16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 72/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/126/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/46/KE tal-24 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/56/KE tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkoreġi d-Direttiva 2008/126/KE li temenda d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, fir-rigward tad-data tat-traspożizzjoni (4) tagħha għandha tkunu inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (5) għandha tkunu inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Id-Direttiva 2009/100/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE (6), li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu fil-punt 47a (id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
It-test tal-punt 48 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/135/KEE) għandu jkun mibdul b’dan li ġej: “32009 L 0100: Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2008/126/KE, 2009/46/KE, 2009/56/KE u 2009/100/KE fil-lingwi tal-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.
(3) ĠU L 109, 30.4.2009, p. 14.
(4) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 5.
(5) ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8.
(6) ĠU L 21, 29.1.1976, p. 10.
(*) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.