|
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 37/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness XXII (id-Dritt tal-Kumpanija) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta’ kumpaniji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punti 2 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE), 3 (it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE) u 5 (is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE):
|
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 10e (id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat bi:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/109/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 101, 22.4.2010, p. 25.
(2) ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.