10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 36/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1738/2005, (KE) Nru 698/2006 u (KE) Nru 377/2008 fir-rigward tal-Klassifika Standard Internazzjonali tal-Mestieri (ISCO) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/824/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandu jżdied mal-punt 28 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel inċiż tal-punt 18db (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1738/2005) u fil-punti 18f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2006) u 18an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008): “, kif emendat bi:
|
3. |
Dan il-punt li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 28d (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 960/2008):
|
4. |
Dan li ġej se jiddaħħal wara l-punt 18z (ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tal-kontenut tal-att li ġej:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1006/2009, (KE) Nru 1022/2009, u (KE) Nru 1023/2009 u tar-Rakkomandazzjoni 2009/824/KE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 61.
(2) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 31.
(3) ĠU L 283, 30.10.2009, p. 3.
(4) ĠU L 283, 30.10.2009, p. 5.
(5) ĠU L 292, 10.11.2009, p. 31.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.