10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (2) inkorporat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fil-Ftehim u ħassret id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/3/Euratom,KEFA,KEE (4), 98/28/KE (5) u 2004/4/KE (6) kif ikkoreġut permezz ta’ ĠU L 81, 19.3.2004, p. 92, skont il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, id-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu sostitwiti permezz tad-deżjonijiet adottati b’konformità ma’ dak ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Deċiżjonijiet bħal dawn għadhom ma ġewx adottati.

(4)

Id-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE għalhekk għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej għandu jiġi mdaħħal fil-punt 54j (imħassar):

31996 L 0003: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/Euratom, KEFA, KEE tas-26 ta’ Jannar 1996 li tagħti d-deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE fuq l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-massa (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42) kif emendata permezz ta’

32004 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/4/KE tal-15 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 25), kif rettifikata mill-ĠU L 81, 19.3.2004, p. 92.”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/654/KE):

“54zzzzf.

31998 L 0028: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/28/KE tad-29 ta’ April 1998 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/43/KEE dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasport bil-baħar ta’ zokkor bil-kwantità mhux maħdum (ĠU L 140, 12.5.1998, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 96/3/Euratom,KEFA,KEE, 98/28/KE u 2004/4/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, ipprovdut li n-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod proviżorju mid-data tal-adozzjoni sad-dħul fis-seħħ tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42.

(5)  ĠU L 140, 12.5.1998, p. 10.

(6)  ĠU L 15, 22.1.2004, p. 25.

(7)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.