Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda
Official Journal L 291 , 09/11/2010 P. 14 - 17
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda L-UNJONI EWROPEA u L-ISLANDA WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda firmat fit- 22 ta’ Lulju, 1972, u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Islanda u l-Komunità, WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjoni mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, IDDEĊIDEW LI JIFFINALIZZAW DAN IL-PROTOKOLL: Artikolu 1 Il-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fuq importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Islanda huma elenkati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Il-kwoti annwali ta’ tariffa mingħajr dazju huma provduti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti ta’ tariffa għandhom ikopru l-perjodu mill- 1 ta’ Mejju 2009 sat- 30 ta’ April 2014. Il-livelli tal-kwoti għandhom jiġu riveduti sal-aħħar ta’ dak il-perjodu b’kunsiderazzjoni lejn l-interessi relevanti kollha. Artikolu 2 Il-volumi ta’ kwoti ta’ tariffa mingħajr dazju għall-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar mill- 1 ta’ Mejju 2009 sat- 30 ta’ April 2010 jiġu allokati għall-perjodu l- 1 ta’ Mejju 2010 sat- 30 ta’ April 2011. Jekk il-volumi tal-kwoti ta’ tariffa għall-perjodu ta’ kwoti ta’ tariffa mill- 1 ta’ Mejju 2010 sat- 30 ta’ April 2011 ma jiġux eżawriti kompletament, il-volumi li jibqa’ jiġu mgħoddija fuq il-perjodu ta’ kwoti ta’ tariffa mill- 1 ta’ Mejju 2011 sat- 30 ta’ April 2012. Għal dan l-iskop dħul mill-kwoti ta’ tariffa applikabbli mill- 1 ta’ Mejju 2010 sat- 30 ta’ April 2011 għandu jieqaf fit-tieni jum tax-xogħol fil-Kummissjoni wara l- 1 ta’ Settembru 2011. Fil-jum tax-xogħol ta’ wara, il-bilanċ mhux użat ta’ dawn il-kwoti ta’ tariffa għandu isir disponibbli taħt il-kwota ta’ tariffa korrispondenti applikabbli mill- 1 ta’ Mejju 2011 sat- 30 ta’ April 2012. Minn dik id-data ‘l hemm ebda dħul retroattiv u ebda ħlasijiet lura m’għandhom ikunu possibbli fuq il-kwoti ta’ tariffa partikolari applikabbli mill- 1 ta’ Mejju 2010 sat- 30 ta’ April 2011. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun depożitata r-ratifika jew l-approvazzjoni tal-aħħar strument. Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan. Artikolu 4 Dan il-Protokoll, imfassal f’oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, u Islandiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim. Съставено в Брюксел на двадесет и осми юли две хиляди и десета година. Hecho en Bruselas, el veintiocho de julio de dos mil diez. V Bruselu dne 28. července 2010. Udfærdiget i Bruxelles, den 28. juli 2010. Geschehen zu Brüssel am 28. Juli 2010. Brüsselis, kahe tuhande kümnenda aasta juulikuu kahekümne kaheksandal päeval 'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις 28 Iουλίου 2010. Done at Brussels, on the twenty-eighth day of July in the year two thousand and ten. Fait à Bruxelles, le vingt-huit juillet deux mil dix. Fatto a Bruxelles, addì ventotto luglio duemiladieci. Briselē, 2010. gada 28. jūlijā Priimta Briuselyje, 2010 m. liepos 28 d. Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év július havának huszonnyolcadik napján. Magħmul fi Brussell, it- 28 ta’ Lulju 2010. Gedaan te Brussel, 28 juli 2010. Sporządzono w Brukseli dnia 28 lipca 2010 r. Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Julho de dois mil e dez. Întocmit la Bruxelles, 28 iulie 2010. V Bruseli dvadsiateho ôsmeho júla dvetisícdesať. V Bruslju, 28. julija 2010. Tehty Brysselissä, kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä, heinäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen. Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde juli tjugohundratio. Gert i Brussel, 28. juli 2010. За Европейския съюз Por la Unión Europea Za Evropskou unii For Den Europæiske Union Für die Europäische Union Euroopa Liidu nimel Για την Ευρωπαϊκή Ένωση For the European Union Pour l'Union européenne Per l'Unione europea Eiropas Savienības vārdā – Europos Sajungos vardu Az Európai Unió részéről Għall-Unjoni Ewropea Voor de Europese Unie W imieniu Unii Europejskiej Pela União Europeia Pentru Uniunea Europeană Za Európsku úniu Za Evropsko unijo Euroopan unionin puolesta För Europeiska unionen +++++ TIFF +++++ Fyrir Ísland +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL L-Unjoni għandha tiftaħ din il-kwota annwali ta’ tariffa bla dazju għall-prodotti li joriġinaw mill-Islanda, b’żieda mal-kwoti ta’ tariffa eżistenti: Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodotti | Volum tal-kwota tat-tariffa annwali (1.5-30.4) f’piż nett, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor | 03035100 | Aringi mill-ispeċi tal-Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd tal-ħut, [1] | 950 tunnellata | 03061930 | Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus) | 520 tunnellata | 03041935 | Flettijiet ta’ skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin | 750 tunnellata | [1] Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa ma għandux jingħata għal oġġetti dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju. --------------------------------------------------