22010A0319(01)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja Bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gana dwar l-infurzar tal-liġi għall-foresta, il-governanza u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam fil-Komunità

Official Journal L 070 , 19/03/2010 P. 0003 - 0075


Ftehim ta’ Sħubija Volontarja

Bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gana dwar l-infurzar tal-liġi għall-foresta, il-governanza u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam fil-Komunità

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità" u

IR-REPUBBLIKA TAL-Gana

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Gana"

minn hawn ‘il quddiem imsejħa flimkien il-"Partiijiet",

FILWAQT LI JQISU ir-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u l-Gana, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra ffirmat f’Cotonou (Benin) fit- 23 ta’ Ġunju 2000 [1], minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta’ Cotonou";

FILWAQT LI JINNUTAW il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi għall-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) bħala l-ewwel pass lejn it-trattament tal-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat;

FILWAQ LI JIKKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Awtoritattiva li Ma Torbotx Legalment tal-Prinċipji għal Kunsens Globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli ta’ Kull Xorta ta’ Foresti tal-1992, u l-adozzjoni reċenti mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Strument li Ma Jorbotx Legalment dwar it-tipi kollha ta’ foresta [2];

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio tal-1992 fil-kuntest tal-assigurazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u b’mod partikolari tal-Prinċipju 10 dwar l-importanza tal-għarfien u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali u tal-Prinċipju 22 dwar ir-rwol vitali tan-nies indiġeni u komunitajiet oħra lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

FILWAQT LI JQISU l-Politika dwar il-Foresti u l-Flora u l-Fawna Selvaġġa tal-Gana tal-1994 li għandha l-għan tal-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti u tal-flora u l-fawna selvaġġa tan-nazzjon għaż-żamma tal-kwalità ambjentali u l-fluss perpetwu tal-aħjar benefiċċju għall-partijiet kollha tas-soċjetà [3];

FILWAQT LI JIFTAKRU d-Dikjarazzjoni tal-Ministri ta’ Yaoundé dwar l-Infurzar għaall-Forestii u l-Governanza tas- 16 ta’ Ottubru 2003;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi f’Periklu (CITES) u b’mod partikolari r-rekwiżit li permessi tal-esportazzjoni maħruġa mill-partijiet ta’ CITES għal kampjuni ta’ speċi elenkati fl-Appendiċi I, II jew III jingħataw biss taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż li t-tali kampjuni ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-fawna u l-flora ta’ dak l-Istat;

FILWAQT LI DDEĊIDEW li l-Partijiet għandhom ifittxu li jiminimizzaw kwalunkwe impatt ħażin fuq il-komunitajiet indiġeni u lokali u n-nies foqra li jistgħu jqumu bħala konsegwenza diretta tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JQISU l-importanza li jagħtu l-Partijiet lill-għanijiet tal-iżvilupp miftehma fuq livell nazzjonali u l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti;

FILWAQT LI JQISU l-importanza li jagħtu l-Partijiet lill-prinċipji u r-regoli li jikkontrollaw is-sistemi tal-kummerċ multilaterali, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi f’GATT 1994 u fi ftehim ieħor multilaterali li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-bżonn li japplikawhom b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjoni tal-injam fil-Komunità Ewropea [4];

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li s-sistema tal-assigurazzjoni tal-legalità tal-Gana hija intiża biex tiżgura l-legalità tal-esportazzjonijiet kollha tal-injam;

JAQBLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Ftehim, konsistenti mal-impenn komuni tal-Partijiet lejn l-immaniġġjar sostenibbli ta’ kull xorta ta’ foresta, huwa li jiġi pprovvdut qafas legali li l-għan tiegħu huwa l-assigurazzjoni li l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità ta’ prodotti tal-injam mill-Gana koperti b’dan il-Ftehim ikunu ġew prodotti legalment u permezz ta’ dan jippromwovi l-kummerċ fil-prodotti tal-injam. Barra minn hekk dan il-Ftehim jipprovdi bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-partijiet għall-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim u t-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u l-governanza tal-foresti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "importazzjoni fil-Komunità" tfisser ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ prodotti tal-injam fil-Komunità fis-sens tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 tat- 12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [5] u li ma jistgħux jikkwalifikaw bħala "oġġetti ta’ tip mhux kummerċjali" kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2454/93 tat- 2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2193/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [6];

(b) "esportazzjoni" tfisser it-tluq jew it-teħid fiżiku barra mill-pajjiż ta’ prodotti tal-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ġeografiku tal-Gana;

(c) "prodotti tal-injam" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I;

(d) "Kodiċi SA" tfisser kodiċi ta’ sitt numri kif stabbiliti fis-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana;

(e) "liċenzja FLEGT" tfisser liċenzja li tirreferi għal kunsinna li hija fabbrikata legalment. Liċenzja FLEGT tista’ tkun stampata jew ibbażata fuq mezzi elettroniċi;

(f) "awtorità tal-liċenzjar" tfisser l-awtorità deżinjata mill-Gana biex toħroġ u tivvalida l-liċenzji FLEGT;

(g) "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet deżinjati mill-Istati Membri tal-UE biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw il-liċenzji FLEGT;

(h) "kunsinna" tfisser il-kwantità ta’ prodotti tal-injam koperta minn liċenzja FLEGT li tintbagħat mill-konsenjatur jew minn min bagħatha mill-Gana u ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali fil-Komunità;

(i) "injam prodott legalment" tfisser prodotti tal-injam maqtugħin jew importati u prodotti skont il-leġiżlazzjoni kif stabbilit fl-Anness II.

SKEMA TA’ LIĊENZJI FLEGT

Artikolu 3

Skema ta’ Liċenzji FLEGT

1. "L-Iskema ta’ Liċenzji ta’ Infurzar tal-Liġi, Governanza u Kummerċ tal-Foresti" (minn hawn ‘il quddiem ‘l-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT’) hija b’dan stabbilita bejn il-Partijiet ta’ dan il-Ftehim. Din tistabbilixxi sett ta’ proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jiġi verifikat u attestat, permezz ta’ liċenzji FLEGT, li l-prodotti tal-injam li jiġi kkunsinjat lejn il-Komunità jkunu ġew prodotti legalment. Skont ir-Regolament tal-Kunsill 2173/2005 tal- 20 ta’ Diċembru 2005, il-Komunità tista’ taċċetta konsenji bħal dawn mill-Gana għall-importazzjoni fil-Komunità biss jekk ikunu koperti bil-Liċenzji FLEGT.

2. L-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IA. Il-prodotti tal-Injam elenkati fl-Anness IB ma jistgħux jiġu esportati mill-Gana.

3. Il-partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 f’dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Awtorità tal-Liċenzji

1. Il-Gana għandha tinnomina l-Awtorità tal-Liċenzji tagħha. Il-Gana għandha tinnotifika d-dettalji tal-kuntatt tal-Awtorità tal-Liċenzji lill-Kummissjoni Ewropea. Iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tivverifika li l-prodotti tal-injam ikunu ġew prodotti legalment skont il-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru l-konsenji ta’ prodotti tal-injam prodotti legalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

3. L-Awtorità tal-Liċenzji m’għandhiex toħroġ Liċenzji FLEGT għal kwalunkwe prodotti tal-injam li huma komposti minn, jew jinkludu, prodotti tal-injam importati fil-Gana minn pajjiż terz f’forma li għaliha l-liġijiet ta’ dak il-pajjiżi jippreskrivu l-esportazzjoni, jew jekk hemm evidenza li dawk il-prodotti tal-injam ġew prodotti bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż fejn is-siġar ġew maqtugħin.

4. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha żżomm u tagħmel disponibbli pubblikament il-proċeduri tagħha għall-ħruġ tal-Liċenzji FLEGT. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha żżomm ukoll rekords tal-konsenji kollha koperti mill-Liċenzji FLEGT u, konsistenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, għandha tagħmel dawn ir-rekords disponibbli għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ indipendenti, waqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li hi propjetà tal-esportaturi.

Artikolu 5

Awtoritajiet Kompetenti tal-UE

1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti lill-Gana d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull konsenja tkun koperta minn liċenzja FLEGT valida qabel ir-rilaxx ta’ dik il-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Ir-rilaxx tal-konsenja jista’ jiġi sospiż u l-konsenja miżmuma fejn ikun hemm dubbji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT. Il-proċeduri li jikkontrollaw ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità għal konsenji koperti minn liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

3. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jippermettu li kwalunkwe prodott tal-injam elenkat fl-Anness IB jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena rekord tal-liċenzji FLEGT li jirċievu.

5. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti jisgħtu jagħtu lil persuni jew korpi nnominati mill-Gana bħala Osservatur Indipendenti, aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti.

6. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità m’għandhomx jeżegwixxu l-azzjoni deskritta fil-paragrafu 2 għall-konsenja ta’ prodotti tal-injam miksuba mill-ispeċi elenkati fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi f’Periklu tal-Fawna u l-Flora Servaġġa (CITES) minħabba li dawn huma koperti mid-dispożizzjonijiet għall-verifika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad- 9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom [7]. Is-sistema tal-liċenzji FLEGT madankollu għandha tipprovdi assigurazzjoni tal-ħsad legali ta’ dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1. Il-Liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-Awtorità tal-Liċenzji bħala mezz ta’ attestazzjoni li l-prodotti tal-injam ġew prodotti legalment.

2. Il-liċenzja FLEGT għandha tiġi stabbilita u kompletata bl-Ingliż.

3. Il-Partijiet jistgħu, permezz ta’ ftehim, jistabbilixxu sistemi elettroniċi għall-ħruġ, it-trażmissjoni u r-riċezzjoni tal-liċenzji FLEGT.

4. Il-proċedura għall-ħruġ tal-Liċenzji FLEGT u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

Definizzjoni ta’ Injam Prodott Legalment

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim qed tiġi stabbilita definizzjoni ta’ "injam prodott legalment" fl-Anness II. Id-definizzjoni tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali u subnazzjonali tal-Gana li għandu ikun hemm konformità magħha sabiex il-prodotti tal-injam ikunu koperti mil-liċenzji FLEGT. Din tistabbilixxi wkoll id-dokumentazzjoni inklużi l-kriterji u l-indikaturi li għandhom iservu bħala prova ta’ konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 8

Verifika ta’ Injam Prodott Legalment

1. Il-Gana għandha timplimenta sistema jew sistemi għall-verifika li l-prodotti tal-injam għal konsenja jkunu ġew prodotti legalment u li l-konsenji verifikati bħala tali biss jiġu esportati lejn il-Komunità. Is-sistema għall-verifika għandha tinkludi verifiki tal-konformità sabiex tiġi pprovduta assigurazzjoni li l-prodotti tal-injam destinati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità ikunu ġew prodotti legalment u li l-liċenzji FLEGT ma jinħarġux għal konsenji ta’ injam li mhumiex prodotti legalment, jew li ġejjin minn sorsi mhux magħrufa. Is-sistema għandha tinkludi wkoll proċeduri għall-iżgurar li l-injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħolx fil-katina tal-provvista.

2. Is-sistema għall-verifika li l-konsenji tal-prodotti tal-injam ġew prodotti legalment hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 9

Konsultazzjonijiet dwar il-validità tal-liċenzji

1. Jekk iqum dubju dwar il-validità ta’ kwalunkwe liċenzja, l-Awtorità Kompetenti konċernata tista’ titlob lill-Awtorità tal-Liċenzji għal informazzzjoni addizzjonali u tfittex aktar kjarifiki. Jekk l-Awtorità Kompetenti ma tirċievi l-ebda tweġiba fi żmien 21 ġurnata kalendarja, l-Awtorità Kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u m’għandhiex taċċetta l-liċenzja. Jekk wara l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali u aktar investigazzjoni, jiġi stabbilit li l-informazzjoni fuq il-liċenzja ma tikkorrispondix mal-konsenja, l-Awtorità Kompetenti għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u ma taċċettax il-liċenzja.

2. Fejn ikun hemm nuqqas ta’ ftehim persistenti jew iqumu diffikultajiet fil-konsultazzjonijiet dwar il-liċenzji FLEGT il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni.

Artikolu 10

Monitoraġġ Indipendenti

1. Il-Gana għandha tqabbad is-servizzi ta’ Osservatur Indipendenti b’konsultazzjoni mal-Komunità għall-iskopijiet tal-funzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

2. L-Osservatur Indipendenti għandha tkun entità li m’għandha ebda kunflitt ta’ interess minħabba kwalunkwe relazzjoni organizzattiva jew kummerċjali mal-Komunità, jew l-awtoritajiet regolatorji tas-settur tal-foresti tal-Gana, l-Awtorità tal-Liċenzji tagħha, kwalunkwe korpi mqabda mill-Awtorità tal-Liċenzji tagħha għall-verifika tal-produzzjoni tal-injam, jew kwalunkwe operaturi kummerċjali fis-settur tal-foresti tagħha.

3. L-Osservatur Indipendenti għandu jopera skont struttura ta’ ġestjoni dokumentata u ma’ politiki u proċeduri pubblikati li jissodisfaw l-aħjar prattiki aċċettati internazzjonalment definiti bl-ISO 17021 (rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konformità) u ISO 19011 (linji gwida għal proċeduri ta’ verifika) jew standards ekwivalenti.

4. L-Osservatur Indipendenti għandu jirreferi l-ilmenti li jqumu matul ix-xogħol tiegħu lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni.

5. L-Osservatur Indipendenti għandu jipprepara regolarment rapporti sħaħ u sommarji kif deskritt fl-Anness VI.

6. Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-Osservatur Indipendenti inkluż billi jiżguraw li l-Osservatur ikollu aċċess għal informazzjoni kif meħtieġ fit-territorji taż-żewġ Partijiet sabiex imexxi l-funzjonijiet tiegħu. Madankollu, il-Partijiet, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu kwalunkwe informazzjoni li mhumiex permessi jikkomunikaw.

Artikolu 11

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jinformaw lill-xulxin jekk jissuspettaw jew isibu evidenza ta’ kwalunkwe aġġirament jew irregolarità fl-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT, inkluż b’relazzjoni ma’ dak li ġej:

(a) aġġirament tal-kummerċ, inkluż bit-teħid ta’ rotta ġdida tal-kummerċ mill-Gana lejn il-Komunità permezz ta’ pajjiż terz fejn hemm raġuni li wieħed jemmen li dan sar bl-intenzjoni li jiġi evitat il-liċenzjar;

(b) liċenzji FLEGT li jinħarġu għal prodotti tal-injam li jinkludu importazzjoni minn sorsi suspettużi minn pajjiżi terzi; jew

(c) frodi fil-kisba jew l-użu tal-liċenzji FLEGT.

Artikolu 12

Data tat-Tħaddim tal-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT

1. Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin permezz tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni meta jikkunsidraw li għandhom il-preparazzjonijiet neċessarji biex l-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT topera b’mod sħiħ.

2. Il-Partijiet, permezz tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni, għandhom jikkummissjonaw valutazzjoni indipendenti tal-iskema bl-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VII. Il-valutazzjoni għandha tiddetermina li l-assigurazzjoni tal-legalità li hija l-bażi tal-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT kif deskritt fl-Anness V tissodisfa b’mod xieraq il-funzjonijiet tagħha u li s-sistemi eżistenti fil-Komunità għar-riċezzjoni, il-verifika u l-aċċettazzjoni tal-liċenzji FLEGT, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Anness III, huma eżistenti fil-Komunità.

3. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu fuq data li minnha għandha tibda topera b’mod sħiħ l-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT.

4. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjoni u jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li jaqblu mar-rakkomandazzjoni.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 13

Applikazzjoni tal-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT għal Prodotti tal-Injam Mhux Esportati lejn il-Komunità

1. Il-Gana għandha timpenja ruħha li tivverifika l-legalità tal-injam mibjugħ fis-swieq domestiċi u tal-injam importat, bl-użu fejn possibbli tas-sistemi żviluppati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2. Bħala sostenn ta’ dawn l-isforzi, il-Komunità għandha tinkoraġġixxi, fejn xieraq u bi djalogu mal-partijiet interessati, l-użu tas-sistemi żviluppati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Skeda għall-implimentazzjoni tal-Ftehim

1. Il-Partijiet jaqblu fuq l-iskeda tal-implimentazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.

2. Il-Partijiet, permezz tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni, għandhom jevalwaw il-progress li jsir fl-implimentazzjoni b’referenza għall-iskeda stabbilita fl-Anness VIII.

Artikolu 15

Miżuri ta’ Appoġġ

1. Il-Partijiet jaqblu li, sabiex jindirizzaw il-kawżi ta’ bażi u dak li jwassal għall-qtugħ illegali tas-siġar, huma meħtieġa miżuri supplimentari għat-tisħiħ tal-governanza u l-qafas legali tas-settur. B’mod partikolari fir-rigward tat-trattament tad-domanda dejjem tikber domestika u l-bżonn ta’ għodda ġdida għall-industrija sabiex tibqa’ kompetittiva, il-Gana għandha timpenja ruħha li tieħu miżuri kif stipulat fl-Anness IX u l-Anness II.

2. Il-Partijiet identifikaw l-oqsma stabbiliti fl-Anness IX bħala dawk li fihom hemm bżonn ta’ riżorsi tekniċi u finanzjarji sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim.

3. Il-provvista ta’ dawn ir-riżorsi għandha tkun soġġetta għall-proċeduri li jikkontrollaw l-assistenza tal-Komunità kif previst fil-Ftehim ta’ Cotonou u f’dawk li jikkontrollaw l-assistenza bilaterali tal-Istati Membri tal-UE lill-Gana.

4. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-attivitajiet implimentati taħt dan il-Ftehim jiġu koordinati bil-programmi u inizjattivi tal-iżvilupp eżistenti u futuri rilevanti.

Artikolu 16

Involviment tal-Partijiet Interessati fl-Implimentazzjoni tal-Ftehim

1. Il-Gana, fejn huwa fattibbli, għandha timpenja ruħha biex tinkoraġġixxi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2. Il-Gana, konformi mal-prinċipju tagħha ta’ ġestjoni parteċipatorja u protezzjoni tar-riżorsi tal-foresta u l-flora u l-fawna selvaġġa, għandha tippromwovi strateġiji, modalitajiet u programmi xierqa b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3. Il-Komunità għandha tagħmel konsultazzjonijiet regolari mal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, filwaqt li tqis l-obbligi tagħha taħt il-Konvenzjoni Aarhus tal-1998 dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

Artikolu 17

Protezzjoni Soċjali

1. Sabiex jiġu minimizzati l-impatti ħżiena possibbli, il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw għarfien aħjar tal-mod kif jaqilgħu l-għajxien il-komunitajiet indiġeni u lokali potenzjalment affettwati kif ukoll l-industrija tal-injam, inklużi dawk impenjati fil-qtugħ tas-siġar illegali.

2. Il-Partijiet għandhom jissorveljaw l-impatti ta’ dan il-Ftehim fuq dawk il-komunitajiet u atturi oħra identifikati fil-paragrafu 1, waqt li jieħdu l-passi raġonevoli biex jimmitigaw kwalunkwe impatti ħżiena.

Artikolu 18

Inċentivi tas-suq

Filwaq li tikkunsidra l-obbligi internazzjonali tagħha, il-Komunità għandha taħdem biex tippromwovi l-aċċess favorevoli għas-suq tagħha għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Dawn l-isforzi għandhom jinkludu:

(a) l-inkoraġġament tal-politiki ta’ akkwist pubbliċi u privati li jirrikonoxxu l-isforzi li jiżguraw provvista ta’ prodotti tal-foresti maqtugħin legalment; u

(b) promozzjoni tal-prodotti bil-liċenzji FLEGT fis-suq tal-injam Ewropew.

Artikolu 19

Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni

1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu konġunt li jiffaċilita l-monitoraġġ u r-reviżjoni ta’ dan il-Ftehim, imsejjaħ f’dan il-Ftehim bħala l-‘Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni’ (JMRM). Il-JMRM għandu jkun kostitwit minn missjonijiet perjodiċi li jsiru b’mod konġunt mill-Partijiet.

2. Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha. Il-kompożizzjoni tal-JMRM għandha tirrispetta l-prinċipji ta’ ugwaljanza u parità.

3. Il-JMRM għandu jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim permezz ta’ djalogu u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Partijiet. B’mod partikolari, il-JMRM għandu:

(a) Jirrakkomanda d-data sa meta l-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT għandha tkun topera b’mod sħiħ;

(b) Jirrevedi rapporti maħruġa mill-Osservatur Indipendenti u kwalunkwe lment dwar l-operat tas-Sistema ta’ Liċenzji FLEGT fit-territorju ta’ kull wieħed mill-Partijiet;

(c) Jissorvelja, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati mill-Osservatur Indipendenti;

(d) Jivvaluta l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta’ dan il-Ftehim, skont il-prattika tajba rilevanti u l-kriterji li jridu jiftehmu dwarhom il-Partijiet u jindirizza kwalunkwe kwistjonijiet li jqumu bħala riżultat tal-valutazzjoni;

(e) Jindirizza kwistjonijiet ta’ tħassib li tqajjem kwalunkwe mill-Partijiet u jfittex li jsolvi kwalunkwe konflitt li jista’ jqum, safejn possibbli;

(f) Jipprovdi rakkomandazzjonijiet xierqa dwar il-bżonnijiet għall-bini tal-kapaċitajiet għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Ftehim;

(g) Jirrevedi l-iżvilupp fil-politika ta’ akkwist pubbliku;

(h) Jissorvelja u jirrapporta dwar is-sitwazzjoni tas-suq f’intervalli regolari, jikkummissjona studji kif neċessarju u jirrakkomanda azzjonijiet li jridu jittieħdu li jqumu mir-rapporti ta’ informazzjoni dwar is-suq;

(i) Jirrevedi u jilħaq ftehim fuq rapport annwali dwar il-progress tal-implimentazzjoni;

(j) Joħroġ regolarment rapporti sommarji pubbliċi dwar is-sejbiet tal-Osservatur Indipendenti kif spjegat fl-Anness VI.

4. Il-JMRM għandu:

(a) Jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena f’data miftehma mill-Partijiet;

(b) Jiżviluppa flimkien aġenda u termini ta’ referenza għal azzjonijiet konġunti;

(c) Jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(d) Jippresjedi fuq il-laqgħat tiegħu, jew skont min imiss mir-rappreżentanti ta’ kull parti jew skont arranġament ta’ ko-president;

(e) Jekk neċessarju, jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew korpi oħra sussidjarji għal oqsma tax-xogħol li jeħtieġu eżerċizzju speċifiku.

Artikolu 20

Rapportaġġ u Żvelar Pubbliku

1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-ħidma tal-JMRM ikunu trasparenti kemm jista’ jkun possibbli u li r-rapporti u memorandi li jqumu mill-missjonijiet jiġu preparati b’mod konġunt u distribwiti lill-Partijiet u li jsiru pubbliċi.

2. Il-JMRM għandu jmexxi missjonijiet konġunti regolari biex jirrevedi l-effettività tal-Ftehim kif ukoll l-impatt tiegħu, skont l-informazzjoni disponibbli. Għandu jirreġistra l-isforzi li tkun għamlet il-Gana biex tkun trasparenti billi, fost affarijiet oħrajn, jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-qtugħ tas-siġar, iż-żoni deżinjati għall-qtugħ, l-iskedi tal-qtugħ, l-miżati tad-drittijiet tal-injam u l-ħlasijiet relatati mal-qtugħ, u informazzjoni dwar il-ftehim fuq ir-responsabbiltà soċjali u l-kumpens għad-danni lill-għelejjel.

3. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-Partijiet, il-JMRM jrendi pubbliku rapport annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, dettalji dwar:

(a) il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati lill-Komunità taħt l-iskema tal-liċenzji FLEGT, skont it-Titoli tal-HS rileventi;

(b) in-numru ta’ liċenzji FLEGT maħruġa mill-Gana;

(c) il-progress fl-akkwist tal-għanijiet u l-azzjonijiet marbuta biż-żmien fil-Ftehim u affarijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(d) l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni ta’ prodotti tal-injam prodotti illegalment li jiġu esportati lis-swieq mhux tal-Komunità jew kummerċjati fis-suq domestiku;

(e) l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni tal-importazzjoni ta’ prodotti tal-injam prodotti illegalment u għaż-żamma tal-integrità tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT;

(f) il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fil-Komunità taħt l-iskema ta’ liċenzji FLEGT, skont it-Titoli tal-HS rilevanti u l-Istat Membru tal-UE li fih saret l-importazzjoni fil-Komunità;

(g) in-numru ta’ liċenzji FLEGT li tkun irċeviet il-Komunità;

(h) in-numru ta’ każijiet u l-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti fejn ikun ġie applikat l-Artikolu 9(1).

Artikolu 21

Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim

1. Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjonijiet uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim huma:

Għall-Gana: | Għall-Komunità: |

Il-Ministru tal-Artijiet, il-Forestrija u l-Minjieri | Il-Kap tad-Delegazzjoni, KE fil-Gana |

2. Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin fiż-żmien opportun l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Informazzjoni Kunfidenzjali

1. Kull Parti taqbel li żżomm, safejn meħtieġ taħt il-liġijiet tagħha, il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kunfidenzjali skambjata taħt dan il-Ftehim. L-ebda Parti m’għandha tiżvela lill-pubbliku, lanqas tippermetti lill-awtoritajiet tagħha li jiżvelaw, informazzjoni skambjata taħt dan il-Ftehim li tikkostitwixxi sigriet tal-kummerċ jew informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

2. Bla ħsara għall-klawsola 1 hawn fuq, l-informazzjoni li ġejja m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali:

(a) In-numru u t-tip ta’ liċenzji FLEGT maħruġa mill-Gana u rċevuta mill-Komunità u l-volum ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Gana u rċevuti mill-Komunità taħt it-tali liċenzji;

(b) L-isem u l-indirizz tat-titolari tal-liċenzja u l-importatur.

Artikolu 23

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li jiġi applikat fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u għat-territorju tal-Gana.

Artikolu 24

Riżoluzzjoni ta’ Tilwim

1. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jirrisolvu kwalunkwe tilwima dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet immedjati.

2. Jekk tilwima ma tiġix solvuta permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tat-talba inizjali għall-konsultazzjonijiet, kull Parti għandha tirreferi t-tilwima lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni li għandu jfittex li jirrisolvi t-tilwima. Il-JMRM għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni rilevanti kollha għal eżaminazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-JMRM huwa meħtieġ li jeżamina l-possibbiltajiet kollha għaż-żamma tal-funzjonament tajjeb ta’ dan il-Ftehim.

3. Fil-każ li l-JMRM ma jistax isolvi t-tilwima fi żmien xahrejn, il-Partijiet għandhom ifittxu b’mod konġunt il-bon uffiċċju ta’, jew jitolbu l-medjazzjoni minn, terza parti.

4. Fil-każ li ma jkunx possibbli li tiġi solvuta t-tilwima skont il-paragrafu 3, kull Parti tista’ tinnotifika lill-oħra dwar in-nominazzjoni ta’ arbitru; il-parti l-oħra tista’ tappunta t-tieni arbitru fi żmien 30 ġurnata kalendari mill-appuntar tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom jappuntaw b’mod konġunt it-tielet arbitru fi żmien xahrejn mill-appuntar tat-tieni arbitru.

5. Id-deċiżjonijiet tal-arbitru għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza fi żmien sitt xhur minn meta t-tielet arbitru ikun ġie appuntat.

6. Id-deċiżjoni għandha torbot lill-Partijiet u ma tistax tiġi appellata.

7. Il-JMRM għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta’ ħidma għall-arbitraġġ.

Artikolu 25

Sospensjoni

1. Kull Parti tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom jiġu notifikati lill-Parti l-oħra bil-miktub.

2. Għandha tintemm l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim fi żmien 30 ġurnata kalendari wara li tingħata t-tali notifika.

3. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha terġa’ tibda fi żmien 30 ġurnata kalendari wara li l-Parti li tkun issospendit l-applikazzjoni tiegħu tinforma l-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni m’għadhomx japplikaw.

Artikolu 26

Emendi

1. Kull parti li tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tagħmel proposta mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa li jmiss tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni. Il-JMRM għandu jiddiskuti l-proposta, u jekk jinkiseb kunsens jagħmel rakkomandazzjoni. Kull Parti għandha tikkunsidra r-rakkomandazzjoni u jekk ikun hemm qbil għandha tapprovaha skont il-proċeduri tagħha.

2. Kwalunkwe emenda approvata b’dan il-mod miż-żewġ Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop.

3. Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4. Notifika ta’ kwalunkwe emenda għandha tintbagħat lid-depożitarji konġunti għal dan il-Ftehim.

Artikolu 27

Dewmien u Estensjoni

Dan il-Ftehim għandu jibqa fis-seħħ għal perjodu ta’ 10 snin u għandu jiġi estiż għal perjodi konsekuttivi ta’ 5 snin, sakemm Parti ma tirrinunzjax għall-estensjoni billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub mill-anqas sena qabel ma jintemm il-Ftehim.

Artikolu 28

Terminazzjoni

Minkejja l-Artikolu 27, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tagħti notifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim m’għandux jibqa japplika 12-il xahar wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 29

Annessi

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali miegħu.

Artikolu 30

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal duplikatament fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku. Fil-każ ta’ diverġenza fl-interpretazzjoni, it-test Ingliż għandu jipprevali fuq it-testi tal-lingwi l-oħra.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop.

2. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gana, li għandhom ikunu d-depożitarji konġunti għall-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесети ноември две хиляди и девета година

Hecho en Bruselas, el veinte de noviembre de dos mil nueve.

V Bruselu dne dvacátého listopadu dva tisíce devět.

Udfærdiget i Bruxelles den tyvende november to tusind og ni.

Geschehen zu Brüssel am zwanzigsten November zweitausendneun.

Kahe tuhande üheksanda aasta novembrikuu kahekümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι Νοεμβρίου δύο χιλιάδες εννιά.

Done at Brussels on the twentieth day of November in the year two thousand and nine.

Fait à Bruxelles, le vingt novembre deux mille neuf.

Fatto a Bruxelles, addì venti novembre duemilanove.

Briselē, divi tūkstoši devītā gada divdesmitajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai devintų metų lapkričio dvidešimtą dieną Briuselyje

Kelt Brüsszelben, a kétezer-kilencedik év november havának huszadik napján.

Magħmul fi Brussell, fl- għoxrin jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u disgħa.

Gedaan te Brussel, de twintigste november tweeduizend negen.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego listopada roku dwa tysiące dziewiątego.

Feito em Bruxelas, em vinte de Novembro de dois mil e nove.

Încheiat la Bruxelles, la douăzeci noiembrie două mii nouă.

V Bruseli dňa dvadsiateho novembra dvetisícdeväť.

V Bruslju, dne dvajsetega novembra leta dva tisoč devet.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattayhdeksän.

Som skedde i Bryssel den tjugonde november tjugohundranio.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

За Република Гaнa

Por la República de Ghana

Za Ghanskou republiku

For Republikken Ghana

Für die Republik Ghana

Ghana Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατίας της Γκάνας

For the Republic of Ghana

Pour la République du Ghana

Per la Repubblica del Ghana

Ganas Republikas vārdā

Ganos Respublikos vardu

A Ghánai Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Gana

Voor de Republiek Ghana

W imieniu Republiki Ghany

Pela República do Gana

Pentru Republica Ghana

Za Ghanskú republiku

Za Republiko Gano

Ghanaa tasavallan puolesta

För Republiken Ghanas vägnar

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

[2] A/RES 62/98 ta’ 31 ta’ Jannar 2008

[3] Politika dwar il-Foresti u l-Flora u l-Fawna Selvaġġa tal-Gana tal-1994

[4] ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

[5] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[6] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

Anness I | IA Prodotti Koperti mill-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT. IB Prodotti mhux koperti mill-Iskema ta’ Liċenzji FLEGT. |

Anness II | Leġiżlazzjoni li Trid Tingħata Kunsiderazzjoni fid-Determinazzjoni tal-Legalità ta’ Kunsinna tal-Injam, dokumentazzjoni li trid tintuża bħala evidenza, u l-politika tal-foresta u l-aspirazzjoni tar-riforma leġislattiva. |

Anness III | Proċeduri tal-Importazzjoni tal-Komunità inkluża l-verifika tal-Liċenzji. |

Anness IV | Speċifikazzjonijiet tal-Liċenzji FLEGT. |

Anness V | Skema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità, inkluża l-proċedura għall-ħruġ tal-Liċenzji FLEGT (sistema għar-rintraċċar tal-injam, verifika, liċenzjar u monitoraġġ indipendenti). |

Anness VI | Termini ta’ Referenza għall-Monitoraġġ Indipendenti. |

Anness VII | Kriterji għall-verifika tal-Iskema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità. |

Anness VIII | Skeda għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim. |

Anness IX | Miżuri ta’ Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-VPA. |

--------------------------------------------------

ANNESS I

ANNESS 1 A

IL-KODIĊI ARMONIZZATI TAL-KOMODITAJIET GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI TAĦT IL-VPA

KODIĊI HS | DESKRIZZJONI |

440349 | Injam mhux raffinat, biz-zokk u/jew il-linfa mqaxxrin jew maqtugħ kwadru b’mod goff (Tikk mhux raffinat). |

440610 440690 | Binarji u traversi tal-ferrovija. |

440710 440725 440726 440727 440728 440729 440799 | Injam issegat jew maqtugħ f’laqx għat-tul, maqtugħ f’biċċiet jew imqaxxar, huwiex jew le inċanat, xkatlat jew finger-jointed. |

440810 440831 440839 440890 | Fuljetti u folji tal-plajwud (maqtugħin f’biċċiet jew le). |

440921 440929 | Injam (inklużi strixxi u freġji għall-pavimenti tal-parke, mhux immuntati) bit-truf jew faċċati mogħtija forma kontinwa (bil-mudullun ħiereġ, b’kanal dejjaq, b’kanal għall-ġonġiment, iċċanfrinat, bil-ġonot forma ta’ v, ittundjat. Mogħti forma, għat-tond jew simili), huwiex jew le inċanat, xkatlat jew bil-ġonot fit-tarf. |

441210 441231 441232 441239 441294 441299 | Plajwud, panewijiet bil-fuljetta u injam simili laminat. |

441810 441820 441850 441860 441871 441872 441879 441900 | Karpenterija tal-bennejja tal-injam, inkluż injam ċellulari, panewijiet, panewijiet tal-pavimenti immuntati, biċċiet għuda ċatti tawwalija u kwadri. |

442010 | Intars tal-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxex għall-ġojjelli u pożati u oġġetti simili tal-injam; statwetti u ornamenti oħra tal-injam; għamara tal-injam li ma taqax fil-kapitolu 94. |

940151 940159 | Sedili minbarra dawk tat-titolu 94.02. |

ANNESS 1B

IL-KODIĊI ARMONIZZATI TAL-KOMODITAJIET GĦALL-INJAM LI M’GĦANDUX PERMESS GĦALL-ESPORTAZZJONI

KODIĊI HS | DESKRIZZJONI |

440349 | Injam mhux raffinat, biz-zokk u/jew il-linfa mqaxxrin jew maqtugħ kwadru b’mod goff (iz-zkuk kollha, minbarra tikk, ma jistgħux jiġu esportati). |

--------------------------------------------------

ANNESS II

DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI TA’ ESPORTAZZJONI FLEGT U L-PROĊESS TA’ RIFORMA

1. Preambolu

Bħala rekwiżit tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja, il-Gana żviluppat permezz ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati standard legali biex isaħħaħ l-argument għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. L-istandard legali huwa konness mas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità permezz tal-matriċi tal-legalità. Dan id-doument jippreżenta d-definizzjoni legali, il-matriċi tal-legalità, sommarju tal-liġijiet u regolamenti rilevanti li jikkontrollaw is-settur tal-foresti, kif ukoll jiddeskrivi l-proċessi li permezz tagħhom il-Gana għandha tirriforma u tikkonsolida l-liġijiet fis-settur tal-forestrija.

2. Definizzjoni legali annotata

Prodott li jkun fih injam li joriġina mill-Gana jista’ jingħata liċenzja għall-bejgħ fil-Gana jew għall-esportazzjoni mill-Gana:

a. f’każijiet fejn is-sors u l-proprjeta’ huwa permess għat-twaqqigħ:

i. injam li joriġina minn sorsi preskritti [1] u l-individwu, grupp u proprjetarji konċernati taw il-kunsens tagħhom għall-qtugħ tar-riżorsa [2];

ii. min jaqta’ s-siġar, fi żmien it-twaqqigħ, kellu Kuntrat tal-Użu tal-Injam (TUC) validu, maħruġ mil-Ministeru tal-Artijiet, il-Foresti u l-Minjieri, ratifikat mill-Parlament skont il-proċess kompetittiv preskritt [3];

iii. min jaqta’ s-siġar fi żmien it-twaqqigħ kellu Permess ta’ Salvataġġ (SP) validu maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija [4]; jew

iv. min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri tal-operat tal-foresta u l-istandards preskritti fl-istatut [5];

v. min jaqta’ s-siġar fi żmien it-twaqqigħ ingħata sostituzzjoni [6] għad-drittijiet fuq l-injam.

b. Fil-każijiet fejn is-sors u l-proprjeta’ huwa Ċertifikat tax-Xiri (COP):

i. iċ-COP kien maħruġ skont ordni tal-qorti li jiġi konfiskat l-injam [7];

ii. l-injam ġie abbandunat u mibjugħ mill-Kummissjoni tal-Forestrija skont il-proċedurI statutarji [8];

c. l-injam kien dejjem trasportat skont l-istandards preskritti mill-istatut [9];

d. l-injam ġie proċessat skont l-istandards preskritti mill-istatut [10]; u

e. il-bejjiegħa/esportaturi kollha għandhom liċenzji jew permessi validi biex jikkummerċjaw l-injam [11];

f. fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni, l-ebda miżati, kirjiet jew taxxi akkumulati, preskritti mill-istatut ma kienu dovuti lill-Istat [12]; i

g. fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni, min jaqta’ s-siġar kien ikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi taħt il-Ftehim ta’ Responsabbiltà Soċjali [13].

3. Matriċi tal-legalità

Fid-determinazzjoni ta’ jekk l-injam li joriġina mill-Gana jissodisfax l-istandard stabbilit fid-definizzjoni ta’ "Injam Legali" kif dikjarat hawn fuq, għandhom japplikaw il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fit-Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1: Prinċipji u Kriterji għall-Istandard Legali

PRINĊIPJU 1 | Sors tal-Injam: Injam li joriġina mis-sorsi preskritti u l-individwu, grupp u proprjetarji konċernati taw il-kunsens tagħhom bil-miktub biex l-art tkun Bla ħsara għall-għoti ta’ drittijiet fuq l-injam. |

KRITERJU 1.1 | Għall-Kuntratti tal-Użu tal-Injam (TUC) fir-riżervi, il-preparazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresta tkopri pjan strateġiku; Delineazzjoni tal-TUCs; Tmexxija ta’ inventarju qabel il-qtugħ (fir-riżerva, barra mir-riżerva u fil-pjantazzjoni); Kunsens bil-miktub tal-individwu, grupp jew proprjetarji konċernati. |

Noti ta’ gwida dwar il-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | LI. 1649 PARTI 1: Proċedura għall-għoti tad-drittijiet fuq l-injam; Sottoparti1-identifikazzjoni tal-artijiet addattati għall-għoti tad-drittijiet fuq l-injam; MOP Taqsima A- Pjanar strateġiku (riżervi tal-foresti); MOP Taqsima B- Pjanar tal-operat (riżervi tal-foresti); Folja tal-Istruzzjonijiet B2 metodoloġija tal-ippjanar tal-operat (delineazzjoni tar-riżerva); MoP Taqsima C – Produzzjoni tal-Injam fir-Riżerva tal-Foresta; MOP Taqsima F- Produzzjoni kontrollata tal-injam barra mir-riżerva 2.1 (ii) Identifikazzjoni taż-żoni tat-TUC u 3.7 (C) (delineazzjoni ta’ barra mir-riżerva); F3.2 Proċess ta’ konsultazzjoni (kunsens bil-miktub); Manwal tal-Proċeduri (MoP) [14] – Produzzjoni tal-injam sostenibbli barra mir-riżerva (taqsima C; Servej tal-istokk u allokazzjoni tal-produzzjoni (taqsima D) & Produzzjoni kontrollata tal-injam barra mir-riżerva (taqsima F). |

PRINĊIPJU 1 | Sors tal-Injam: Injam li joriġina minn sorsi preskritti u l-individwu, grupp u proprjetarji konċernati taw il-kunsens tagħhom bil-miktub biex l-art tiġi soġġetti għall-għoti ta’ drittijiet fuq l-injam. |

KRITERJU 1.2 | Kunsens bil-miktub tas-sid tal-art, individwu jew grupp. |

Noti gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Att 547: Att dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam artikolu 4(2)(d); LI1649: Parti 1 Proċedura għall-għoti tad-Drittijiet fuq l-Injam, sottoparti1: Spezzjoni fil-post 2 (d); Sottoparti II Proċedura relatata mal-artijiet minbarra art pubblika u riżervi tal-foresti eżistenti; MoP Taqsima F (Produzzjoni Kontrollata tal-Injam Barra mir-Riżerva) -F3.2 – proċess ta’ konsultazzjoni; MoP Taqsima F, F5.0: Finalizzazzjoni (endorsjar). |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara l-proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu Permess ta’ Salvataġġ maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija. |

KRITERJU 2.1 | TUCs tal-Foresti Naturali u l-Pjantazzjonijiet; Kwalifikazzjoni ta’ min jaqta’ s-siġar biex jingħataw TUC minn TREC. |

Noti gwida għall-Leġiżlazzjoni/referenzi oħra rilevanti | LI 1721:Parti II: Proċedura għal Offerti Kompetittivi għall-għoti ta’ dritt fuq l-injam Q; LI 1649: Termini u kondizzjonijiet ta’ TUC (artikolu 14 tal-Att 547: Ratifika mill-Parlament (Artikolu 9). |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara l-proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu Permess ta’ Salvataġġ maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija. |

KRITERJU 2.2 | Permess ta’ Salvataġġ [15] Ħruġ ta’ Permess ta’ Salvataġġ. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Regolament dwar il-proċedura għall-injam ta’ salvataġġ (Att 547 artikolu 18 g); salvataġġ ta’ prodotti tal-injam LI1649 Artikolu 38. |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara l-proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu Permess ta’ Salvataġġ maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija |

KRITERJU 2.3 | Injam Konfiskat Permess maħruġ għal injam konfiskat irkantat kif dovut. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Att dwar il-Ksur 547 Artikolu 17 (3); u Salvataġġ u disponiment ta’ prodott tal-injam abbandunat (LI 1649 Artikolu 37). |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet ta’ Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċfikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.1 | Servejs tal-istokk (inklużi spezzjonijiet ta’ qabel it-twaqqigħ għaż-żoni barra mir-riżerva) tmexxew skont il-manwal tal-qtugħ tas-siġar. Pjan ta’ qtugħ tas-siġar. |

Noti ta’ gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar (Artikolu 10 tal-Att 547). "Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar" ifisser sett ta’ regoli intiżi biex jigwidaw l-attivitajiet ta’ persuni li jaqtgħu l-injam fil-foresta kif interpretat fl-Att 547 (artikolu 20). MoP Taqsima D (Taqsima dwar is-Servej tal-Istokk u l-Produzzjoni). |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjoni ta’ Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut (LI 1649). |

KRITERJU 3.2 | Il-qtugħ tas-siġar sar skont ir-rekwiżit tal-qtugħ fiż-żoni deżinjati għall-produzzjoni tal-injam. |

Noti gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Proċedura relatata mal-operazzjonijiet tal-injam (jiġifieri Pjan tal-qtugħ tas-siġar)- LI 1649 Artikolu 17; MoP Taqsima E- Preparazzjoni tal-iskedi tal-qtugħ tal-injam għar-riżerva tal-foresta; MoP Taqsima F- Produzzjoni Kontrollata tal-Injam Barra mir-Riżerva (Folja tal-Istruzzjonijiet F4.3 –Il-pjan annwali tal-qtugħ tas-siġar); Sorsi oħra ta’ produzzjoni tal-injam (eż. Pjantazzjoni, qtugħ taħt l-ilma) kif speċifikat fit-termini tal-kuntratt, Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar Taqsima 3 (standards u speċifikazzjoni tal-qtugħ tal-injam). |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.3 | Iz-zkuk ġew imkejla u reġistrati b’mod akkurat. |

Noti ta’ gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | MoP Taqsima C,- Rekords, Proċeduri ta’ Rappurtaġġ u ta’ Verifika C5.0. MoP Taqsima F, Rekords u Proċeduri ta’ Rappurtaġġ F5.0. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.4 | L-injam maqtugħ jikkorrispondi għall-ispeċi u l-volum jew numru awtorizzat fit-TUC jew il-permess ta’ Salvataġġ. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | LI 1649 Artikolu 23 – Kejl tal-injam; Immarkar. Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar Appendiċi 5: Formoli tal-Kontroll tal-Qtugħ (TIF & LIF). |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.5 | Il-partijiet tas-siġar li jibqgħu fl-art u z-zkuk maqtugħin ġew immarkati u nnumerati skont il-manwal tal-qtugħ tas-siġar. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | LI 1649 Artikolu 20; Immarkar u nnumerar tas-siġar, zkuk u prodotti tal-injam; Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar Taqsima 3: Standard u speċifikazzjonijiet tal-qtugħ tal-Injam (immarkar taz-zkuk). |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.6 | Min jaqta’ s-siġar eżegwixxa u kkonforma mal-Ftehim ta’ Responsabbiltà Soċjali rilevanti. |

Noti ta’ gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Artikolu 14 ta’ LI 1721; Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar Taqsima 3 – kodiċi tal-kondotta (fir-riżerva) li jirrikonoxxi d-drittijiet tal-utenti l-oħra u juri rispett lejn in-normi kulturali, bħal ġranet ta’ tabu eċċ; u kodiċi tal-kondotta (barra mir-riżerva) li jirrikonoxxi d-drittijiet tal-utenti l-oħra u juri rispett għall-operazzjonijiet tal-biedja, eċċ. Tasima 4.1- Monitoraġġ tal-operat tal-qtugħ tal-injam (Valutazzjoni tar-responsabbiltà soċjali); 4.2- Penali. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri u l-istandards tal-operat tal-foresta speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.7 | Tħallas kumpens lill-bdiewa affettwati għal kwalunkwe danni lill-għelejjel li setgħu seħħu. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Manwal tal-Qtugħ tal-Foresti Taqsima 4.2 (Penali). |

PRINĊIPJU 4. | Trasport L-injam dejjem ġie trasportat skont l-istandards preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 4.1 | L-injam ġie trasportat bid-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti dettalji dwar l-oriġini u li tikkorrispondi għall-identifikazzjoni fiżika tal-injam. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar Taqsima 3: Standards tal-qtugħ tal-injam u kontroll tal-qtugħ appendiċi 5. |

PRINĊIPJU 4 | Trasport L-injam dejjem ġie trasportat skont l-istandards preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 4.2 | L-injam ġie trasportat fil-limiti taż-żmien permessi bil-liġi. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Proċedura relatata mal-operazzjonijiet tal-injam (Perjodi approvati tal-operazzjonijiet tal-injam u trasport tal-produzzjoni tal-foresta): LI1649 Artikolu 18. |

PRINĊIPJU 5 | Proċessar |

KRITERJU 5.1 | Il-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-injam għandhom il-liċenzji validi u reġistrazzjoni mal-KF u jikkonformaw mar-rekwiżiti legali kollha. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Att 571 artikolu 2. |

PRINĊIPJU 5 | Proċessar |

KRITERJU 5.2 | Il-prattiki tar-relazzjonijiet industrijali jikkonformaw mal-istandards legali. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Saħħa, Sigurtà u Ambjent tal-Post tax-Xogħol: Att 651 Att dwar il-Ħaddiema Artikolu 118-124; LI 1833: Saħħa u Impjieg (Artikoli 18-20) u Att dwar l-Uffiċċji u l-Fabbriki. |

PRINĊIPJU 6 | Kummerċ Il-bejjiegħa/esportaturi kollha għandhom il-liċenzja jew il-permessi validi kollha biex jikkumerċjaw l-injam. |

KRITERJU 6.1 | L-esportaturi kisbu l-permess tal-KF. |

VERIFIKA | Liċenzja tal-esportazzjoni valida. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Att 571 Artikolu 2 (i) stħarriġ bir-reqqa’ u reġistrazzjoni tal-kuntratti għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-injam u l-prodotti tal-foresti u tal-flora u l-fawna selvaġġa bħal dawn skont kif tiddetermina l-kummissjoni. |

PRINĊIPJU 6 | Kummerċ Il-bejjiegħa/esportaturi kollha għandhom il-liċenzja jew il-permessi validi kollha biex jikkumerċjaw l-injam. |

KRITERJU 6.2 | Il-Bejjiegħa Domestiċi għandhom reġistrazzjoni mal-KF. |

Gwida għal-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Att 571 Artikolu 2 (ii) it-twaqqif ta’ proċeduri għar-rintraċċar tal-movimenti tal-prodotti tal-injam u tal-flora u l-fawna selvaġġa. Rapporti ta’ verifika tat-TVD dwar il-provvista ta’ prodotti tal-injam lis-suq domestiku. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħalsu l-miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.1 | Min jaqta’ s-siġar ma naqasx milli jħallas il-miżati tad-dritt għall-qtugħ jew kwalunkwe miżati oħra pagabbli minn dawk li jaqtgħu s-siġar fil-Gana. |

Noti ta’ gwida dwar il-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Proċedura relatata mal-operat tal-injam (ħlas għad-dritt għall-qtugħ) LI 1649 Artikolu 25. Rapporti ta’ veifika tat-TVD dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-flussi finanzjarji. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħalsu l-miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.2 | Min jaqta’ s-siġar ma naqasx milli jħallas iċ-ċensiment. |

Gwida dwar ir-Regolamenti tal-Leġiżlazzjoni rilevanti | Il-miżati għad-dritt għall-qtugħ tal-injam u ċ-ċensiment fuq iż-żona tal-kuntratt - LI1649 PARTI V Artikolu 27. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħalsu l-miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.3 | L-esportatur ma naqasx milli jħallas it-taxxi fuq l-esportazzjoni. |

Gwida dwar il-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Taxxi fuq l-esportazzjoni: Att ta’ Emenda dwar it-Taxxi fuq l-esportazzjoni:Siġar u injam Nru 493 Artikolu 4. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħalsu l-miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.4 | La min jaqta’ s-siġar u lanqas l-esportatur ma naqsu milli jħallsu it-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanija. |

Gwida dwar il-Leġiżlazzjoni/Regolamenti rilevanti | Impożizzjoni ta’ Taxxa fuq id-Dħul (Dħul minn Negozju): Att 592 Artikolu 7. |

4. Liġijiet u regolamenti fis-seħħ fil-gana

Id-definizzjoni ta’ "Injam Legali" tirrapreżenta subett ta’ liġijiet fi ħdan il-qafas legali għall-qtugħ, l-ipproċessar u l-esportazzjoni tal-injam fil-Gana. Permezz ta’ konsultazzjoni ma’ partijiet interessati multipli, intlaħaq ftehim li l-verifika tal-konformità ma’ dawn il-liġijiet għandha tkun meħtieġa sabiex tinħareġ liċenzja FLEGT. Il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Gana, li minnhom ittieħdet din id-definizzjoni, jinkludu dawk li ġejjin:

DISPOŻIZZJONIJIET KOSTITUZZJONALI, 1992

1. L-Artikolu 258 jistabbilixxi Kummissjoni tal-Artijiet u jistipula l-funzjonijiet tal-Kummissjoni.

2. L-Artikolu 267(1) jagħti d-dritt legali fuq l-artijiet tas-siġar maqtugħin lis-suġġetti tagħhom skont il-liġi u l-użi tas-soltu.

3. L-Artikolu 266 jimponi restrizzjonijiet fuq id-drittijiet u l-interess fl-art li jistgħu jingħataw lil min mhux ċittadin tal-Gana.

4. L-Artikolu 267(2) jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Amministratur tal-Artijiet tas-Siġar Maqtugħin u jistipula l-funzjonijiet tiegħu.

5. L-Artikolu 267(6) jipprovdi għall-formula tal-iżburżar għad-dħul mill-Artijiet tas-Siġar Maqtugħin.

6. L-Artikolu 268 jeħtieġ ir-ratifikazzjoni Parlamentari tal-ftehimiet relatati mal-għoti ta’ dritt jew konċessjoni għall-isfruttament ta’ kwalunkwe riżorsi naturali.

7. L-Artikolu 269 jistabbilixxi kummissjonijiet tar-riżorsi naturali [Kummissjoni tal-Forestrija] li "għandhom ikunu responsabbli għar-regolamentazzjoni u l-ġestjoni tal-użu tar-riżorsi naturali konċernati u l-koordinazzjoni tal-politiki relatati magħhom".

8. L-Artikolu 295 jipprovdi għad-definizzjoni tal-Artijiet tas-Siġar Maqtugħin.

LEĠIŻLAZZJONI PRIMARJA

9. Id-Digriet dwar il-Protezzjoni tal-Foresti, 1974 (N.R.C.D. 234) – Dan l-Att jiddefinixxi r-reati tal-foresti u s-sanzjonijiet preskritti u/jew il-penali għat-tali reati.

10. Il-Liġi (Emenda) dwar il-Protezzjoni tal-Foresti, 1986 (P.N.D.C.L. 142) – Din il-liġi tgħolli l-pieni/multi għar-reati tal-foresti.

11. L-Ordinanza dwar il-Foresti (Kap 157) – Dan l-Att jipprovdi linji gwida għall-kostituzzjoni tar-riżervi tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti u affarijiet oħra relatati.

12. Id-Digriet dwar is-Siġar u l-Injam 1974 (N.R.C.D. 273) – Din il-liġi tippreskrivi linji gwida għall-parteċipazzjoni fl-industrija tal-qtugħ tas-siġar/tal-injam u tipprovdi għall-ħlas tal-miżati kif ukoll is-sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-linji gwida għall-parteċipazzjoni u wkoll għall-esportazzjoni tal-injam mhux ipproċessat.

13. L-Att (Emenda) dwar is-Siġar u l-Injam 1994 (Att 493) – Dan l-Att jgħolli l-miżati u l-multi u jintroduċi wkoll taxxa fuq l-esportazzjoni għal injam u zkuk imnixxfa bl-arja.

14. L-Att dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam 1997 (Att 547) – Dan jirrevoka l-Att dwar il-Konċessjonijiet, 1962 (Att. 124) u jipprovdi għall-għoti tad-drittijiet fuq l-injam b’mod li jiżgura ġestjoni u użu sostenibbli tar-riżorsi tal-injam.

15. L-Att dwar il-Kummissjoni tal-Forestrija, 1999 (Att 571) – Dan l-Att jirrevoka l-Att 453 u jistabbilixxi mill-ġdid il-Kummissjoni tal-Forestrija bħala korp korporattiv semi-awtonomu u jġib ukoll taħt il-Kummissjoni l-aġenziji tas-settur tal-forestrija li qed jimplimentaw il-funzjonijiet ta’ protezzjoni, żvilupp, ġestjoni u regolamentazzjoni tar-riżorsi tal-foresti u tal-flora u l-fawna selvaġġa.

16. L-Att dwar Fond għall-Iżvilupp tal-Pjantazzjonijiet tal-Foresti, 2000 (Att 583) – Dan l-Att jikkonsolida miegħu l-Fond għat-Titjib tal-Foresti u jistipula t-twaqqif ta’ Fond li jipprovdi assistenza finanzjarja u l-ġestjoni ta’ dawn il-fondi għall-iżvilupp ta’ pjantazzjonijiet tal-foresti kummerċjali u privati fil-pajjiż.

17. L-Att (Emenda) dwar il-Protezzjoni tal-Foresti 2002 (Att 624) – Dan l-Att irrevoka l-Liġi (Emenda) dwar il-Protezzjoni tal-Foresti, 1986 (PNDCL. 142), għolla l-multi għar-reati u introduċa responsabbiltà konġunta fil-qbid u l-prosekuzzjoni ta’ reati tal-foresti.

18. L-Att (Emenda) dwar il-Fond għall-Iżvilupp ta’ Pjantazzjonijiet tal-Foresti 2002 (Att 623) – Dan l-Att jemenda l-ATT 583 biex jippermetti l-koltivaturi tal-pjantazzjonijiet, kemm fis-setturi pubbliċi u privati, biex jipparteċipaw fl-iżvilupp tal-pjantazzjonijiet tal-foresti.

19. L-Att (Emenda) dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam 2002 (Att 617) – Dan l-Att jemenda l-ATT 547 biex jeskludi mill-applikazzjoni tiegħu artijiet bi pjantazzjoni tal-foresta privata, biex jipprovdi dewmien massimu u żona ta’ limitu massima għad-drittijiet fuq l-injam, u jipprovdi għal inċentivi u benefiċċji għall-investituri fis-settur tal-forestrija u tal-flora u l-fawna selvaġġa.

20. Att dwar il-Fabbriki, l-Uffiċċji u l-Ħwienet, 1970 (Att 238) – Dan l-Att jipprovdi għar-reġistrazzjoni tal-fabbriki, u l-benessri u s-sigurezza tal-impjegati fil-fabbriki u postijiet oħra tax-xogħol.

21. Il-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali, 1991 (PNDCL. 247) – Din il-Liġi tistabbilixxi fondi fiduċjarji għall-provvista ta’ protezzjoni soċjali lill-popolazzjoni li taħdem.

22. L-Att dwar id-Dħul Intern, 2000 (Att 592) – Dan l-Att jipprovdi għat-tassazzjoni ta’ individwi u entitajiet oħra u għal affarijiet relatati.

23. L-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, 1998 (Att 546) – Dan l-Att jipprovdi għall-impożizzjoni ta’ VAT fuq tranżazzjonijiet u attivitajiet speċifikati.

24. Digriet dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti Ekonomiċi, 1979 (AFRCD. 47) – Dan id-Digriet jipprojbixxi l-għoti ta’ drittijiet għat-twaqqigħ tas-siġar f’irziezet tal-kawkaw.

LEĠIŻLAZZJONI SUSSIDJARJA

25. SL. 1649 – Regolamenti dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam, 1988 – Dan ir-Regolament jipprovdi linji gwida għall-allokazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-injam.

26. SL 1721 – Regolamenti (Emenda) dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam, 2003. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi għall-offerti kompetittivi fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-injam.

5. Aspirazzjoni ta’ riformi tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-foresti

Il-Gana tirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet fil-liġi eżistenti li tipprovdi raġunijiet għall-qafas imsemmi ta’ definizzjonijiet legali għandhom bżonn riformi sinifikanti sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-inadegwezzi eżistenti, kif ukoll jirrispondu għall-kwistjonijiet li qed iqumu fis-settur li għandhom effett fuq il-governanza tajba. Il-Gana għalhekk tixtieq tindika l-intenzjoni tagħha li tagħmel riformi legali u ta’ politika fl-ispirtu tal-governanza tajba tal-foresti. Huwa mistenni li t-tali riformi legali jistgħu jiġu kompletati fil-ħames snin li ġejjin.

L-oqsma li jeħtieġ riformi ta’ politika u legali jinkludu:

- Bidu ta’ proċess li jemenda d-dispożizzjonijiet dwar l-Iffrankar u Tranżizzjonali tal-Att 547 fir-rigward tal-konverżjoni tal-kirjiet/konċessjonijiet eżistenti għal Kuntratti ta’ Użu tal-Injam u l-kwistjoni relatata tal-ħlas tal-Miżati għad-Drittijiet fuq l-Injam;

- Żvilupp ta’ u qtugħ ta’ siġar fi pjantazzjonijiet;

- Proċessar ta’ injam u stabbiliment ta’ standards għall-industrija tal-injam;

- Importazzjoni ta’ materja prima (injam);

- Żvilupp tas-suq domestiku:

a. (intrapriżi żgħar u medji);

b. allokazzjoni tar-riżorsi;

c. standardizzazzjoni tal-komponenti tal-injam fl-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni;

d. introduzzjoni ta’ politiki ta’ akkwist pubbliku.

- Arranġamenti istituzzjonali u proċessi ta’ kontroll tal-foresti:

a. Entità għall-Validazzjoni tal-Injam;

b. Kunsill Governattiv;

c. Monitoraġġ Indipendenti;

d. Bar codes.

- Allokazzjoni tar-Riżorsi tal-Injam Taħt l-Ilma (Lag Volta);

- Rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għall-operat tal-foresti;

- Dikjarazzjoni ċara tal-għanijiet tal-governanza tar-riżorsi – interess pubbliku fis-sosteniment tal-bijodiversità, għajxien rurali, industrijalizzazzjoni sostenibbli u żvilupp kulturali, identifikazzjoni u korrezzjoni tal-inkonsistenzi fil-liġijiet tal-foresta eżistenti relatati mad-definizzjoni tal-injam legali (eż. il-ħruġ ta’ permessi ta’ salvataġġ fir-rigward ta’ artijiet taħt Kuntratt ta’ Użu tal-Injam);

- Affermazzjoni tad-dritt fuq l-art tal-foresta lokali u drittijiet differenti tal-partijiet interessati, b’mod partikolari bdiewa f’tipi differenti ta’ foresti u kjarifikazzjoni tal-ambitu rispettiv tal-istituzzjonijiet lokali (inklużi dawk tas-soltu) u nazzjonali fil-ġestjoni tal-foresti sabiex:

a. isostnu l-foresti;

b. jiżviluppaw u jisfruttaw il-foresti (kemm tal-injam u mhux tal-injam).

- Regolamentazzjoni tal-Investiment:

a. Inċentivi, regolamentazzjoni, arranġamenti fiskali u ta’ taqsim tal-benefiċċji għall-Prodotti tal-Foresti Mhux tal-Injam (inkluż it-turiżmu u s-servizzi ambjentali);

b. Inċentivi, regolamentazzjoni, arranġamenti fiskali u ta’ taqsim tal-benefiċċji għall-investimenti estrattivi;

c. Inċentivi, regolamentazzjoni, arranġamenti fiskali u ta’ taqsim tal-benefiċċji għar-riforestazzjoni;

d. Inċentivi, regolamentazzjoni, arranġamenti fiskali u ta’ taqsim tal-benefiċċji għall-pjantazzjonijiet; u

e. Inċentivi, regolamentazzjoni, arranġamenti fiskali u ta’ taqsim tal-benefiċċji għall-ipproċessar.

6. Implimentazzjoni

Sabiex ikun hemm ċaqliq mill-istandards eżistenti lejn standards legali futuri, il-Gana tantiċipa approċċ ta’ riformi fuq żewġ binarji sabiex tittratta l-liġijiet obsoleti, mifrudin u inkonsistenti u tintroduċi wkoll liġijiet ġodda biex iġġib fis-seħħ politiki li qed jevolvu:

- Bidliet f’oqsma li ma jeħtiġux proċess ta’ riforma legali estensiv għandhom isiru permezz ta’ leġiżlazzjoni sussidjarja fi żmien sena mill-konklużjoni tal-Ftehm ta’ Sħubija Volontarja;

- Bidliet li jeħtieġu konsultazzjonijiet estensivi, involviment ta’ esperti u riflessjonijiet politiċi konsiderevoli, li għandhom x’jaqsmu ma’, pereżempju, kwistjonijiet ta’ governanza tajba, parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, taqsim ta’ benefiċċji, eċċ, huma mistennija li jdumu madwar 3-5 snin.

[1] Att 547 Taqsima 4, u LI 1649 Regolamenti 1 & 2.

[2] LI 1649 Regolamenti 2 - 8

[3] Att 547 Taqsima 1, 7, 8, 9 u LI 1721 Regolamenti 9 – 13

[4] LI 1649 S 38.

[5] Act 547 Section 18(d) and LI 1649 Regulations 16 – 20.

[6] Att 547 Taqsima 15 (1) c, d, e

[7] Taqsima 17 (3), Att 547 u Taqsima 37, LI 1649

[8] S37 ta’ L.I 1649

[9] LI 1649 Regolament 18

[10] Att dwar l-Uffiċċji u l-Ħwienet tax-Xogħol tal-Fabbriki (Att 328) u l-Att dwar il-Ħaddiema (Att 651)

[11] Att 571 Taqsima 2 (i) u (ii)

[12] Att 547 S8 (e) u (f), u LI 1649 S 21, 27

[13] Taqsima 14 LI 1721

[14] Stat legali tal-MoPs: L-MoPs huma r-riżultat tar-rekwiżiti fit-Taqsima 18 tal-Att dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam 547 u r-Regolament dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam LI 1649 Taqsima 14 li jakkompanjah revokat mir-Regolament (Emenda) dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Injam LI 1721, Taqsima 14 li jistipula t-termini u l-kondizzjonijiet tat-TUC.

[15] Il-Kummissjoni tal-Forestrija toħroġ permess soġġett għat-tali termini u kondizzjonijiet kif għandu jiġi speċifikat f’dan ir-rigward għas-salvataġġ tas-siġar minn żona tal-art li qed tiġi żviluppata bħal għall-kostruzzjoni ta’ triq, espansjoni ta’ kolonizzazzjoni tan-nies jew koltivazzjoni ta’ rziezet.

--------------------------------------------------

ANNESS III

KONDIZZJONIJIET LI JIKKONTROLLAW IR-RILAXX GĦAĊ-ĊIRKOLAZZJONI ĦIELSA FIL-KOMUNITÀ TA’ PRODOTTI TAL-INJAM ESPORTATI MINN PAJJIŻ SĦAB U KOPERTI MINN LIĊENZJA FLEGT

Artikolu 1

1. Il-liċenzja FLEGT, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "liċenzja", għandha tiġi depożitata mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kunsinna koperta mil-liċenzja hija dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha, skont il-proċeduri nazzjonali applikabbli, tinforma lill-awtoritajiet tad-dwana li ġiet aċċettata liċenzja.

3. Liċenzja għandha tiġi kkunsidrata bħala nulla jekk id-data li fiha tiġi depożitata hija aktar tard mid-data tal-għeluq indikata fil-liċenzja.

4. Liċenzja depożitata qabel il-wasla tal-kunsinna li hija koperta tista’ tiġi aċċettata jekk il-liċenzja tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness IV għal dan il- Ftehim u l-ebda verifika oħra skont l-Artikolu 3 (1) ma titqies neċessarja.

5. Fejn hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar liċenzja jew kunsinna skont l-Artikoli 3 u 4, il-liċenzja għandha tiġi aċċettata biss wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni dwar il-validità tal-liċenzja.

6. L-ispejjeż mġarrba waqt li l-verifika tkun qed tiġi kompletata għandhom ikunu a karigu tal-importatur, minbarra fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri konċernati tiddetermina mod ieħor.

Artikolu 2

1. Kwalunkwe tħassir jew bidla f’liċenzja m’għandhomx ikunu aċċettati sakemm it-tali tħassir jew bidla ma jkunux ġew validati mill-awtorità tal-liċenzji.

2. L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata sakemm l-estensjoni ma tkunx ġiet validata mill-awtorità tal-liċenzji.

3. Duplikat jew liċenzja ta’ sostituzzjoni m’għandhomx ikunu aċċettati sakemm ma jkunux inħarġu u ġew validati mill-awtorità tal-liċenzji.

4. Liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata jekk, fejn neċessarju wara l-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 3, jew aktar investigazzjoni skont l-Artikolu 4, ikun stabbilit li l-liċenzja ma tikkorrispondix mal-kunsinna.

Artikolu 3

1. Fil-każ ta’ dubju dwar liċenzja, duplikat jew liċenzja ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mill-awtorità tal-liċenzji tal-pajjiż sħab.

2. Il-kopja, id-duplikat jew il-liċenzja ta’ sostituzzjoni konċernati jistgħu jintbagħtu flimkien mat-talba.

Artikolu 4

1. Jekk aktar verifiki tal-kunsinna huma meqjusa neċessarji qabel l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tistax tiġi aċċettata, jistgħu jsiru t-tali verifiki sabiex jiġi stabbilit jekk il-kunsinna konċernata tikkonformax mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja u mar-rekords relatati mal-liċenzja rilevanti li huma miżmuma mill-awtorità tal-liċenzji.

2. Fejn il-volum jew piż tal-prodotti tal-injam fil-kunsinna ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma jiddevjawx b’aktar minn 10 % mill-volum jew piż indikat fil-liċenzja korrispondenti, għandu jkun ikkunsidrat li l-kunsinna tikkonforma mal-informazzjoni pprovduta fil-liċenzja safejn huma konċernati l-volum jew piż.

Artikolu 5

1. Għandha ssir referenza fil-kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni li fih issir id-dikjarazzjoni tad-dwana għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għan-numru tal-liċenzja li tkopri l-prodotti tal-injam soġġetti għad-dikjarazzjoni.

Fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana ssir permezz ta’ teknika ta’ proċessar ta’ data, ir-referenza għandha tipi pprovduta fil-kaxxa xierqa.

2. Il-prodotti tal-injam għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss fejn il-proċedura deskritta fl-Artikolu 1(2) tkun ġiet kompletata.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONDIZZJONIJIET LI JIKKONTROLLAW IL-ĦRUĠ U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-LIĊENZJI FLEGT

Rekwiżiti relatati mal-liċenzji FLEGT

Artikolu 1

1. Liċenzja FLEGT tista’ tkun ibbażata fuq il-karta jew liċenzja elettronika.

2. Kemm il-liċenzji bbażati fuq il-karta kif ukoll dawk elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Appendiċi 1, skont in-noti ta’ gwida stabbiliti fl-Appendiċi 2.

Artikolu 2

1. Il-liċenzja FLEGT għandha ssir valida fil-ġurnata tal-ħruġ attwali tagħha.

2. Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja FLEGT m’għandux jaqbeż it-tliet xhur. Id-data tal-għeluq għandha tkun indikata fil-liċenzja.

3. Wara l-iskadenza tagħha l-liċenzja għandha tkun ikkunsidrata nulla. L-awtorità tal-liċenzji tista’ tiddeċiedi li ttawwal il-perjodu ta’ validità b’xahar. Għal dan il-għan l-awtorità tal-liċenzji għandha tikkoreġi u tivvalida d-data tal-għeluq il-ġdida.

4. Liċenzja FLEGT m’għandhiex tibqa’ valida u għandha tingħata lura lill-awtorità tal-liċenzja jekk il-prodotti tal-injam koperti jkunu ġew meqruda.

Rekwiżiti relatati mal-liċenzji FLEGT ibbażati fuq il-karta

Artikolu 3

Liċenzji bbażati fuq il-karta għandhom jikkonformaw mal-format stabbilit fl-Appendiċi 1.

Artikolu 4

1. Id-daqs tal-karta għandu jkun A4 standard. Il-karta għandha jkollha l-watermarks li juru l-logo tal-Kummissjoni tal-Forestrija li għandhom jiġu ntaljati fuq il-karta flimkien mas-siġill.

2. Il-kulur tal-karta użat għall-formola għandu jkun li ġej:

a. Abjad għall-formola numru 1, l-"Oriġinali";

b. Isfar għall-formula 2, il-"Kopja għall-Awtorità tad-Dwana tal-UE";

c. Aħdar għall-formula 3, il-"Kopja għad-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam";

d. Roża għall-formula 4, il-"Kopja għall-Awtorità tad-Dwana tal-Gana (CEPS)";

e. Blu għall-formula 5, il-"Kopja għall-Awtorità Kompetenti tal-Komunità Ewropea".

Artikolu 5

1. Il-liċenzji għandhom jiġu kompletati b’test ittajpjat jew permezz ta’ mezzi kompjuterizzati. Jistgħu jiġu kompletati bl-idejn, jekk neċessarju.

2. It-timbri tal-awtorità tal-liċenzji għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru tal-metall, preferibbilment magħmul mill-azzar. Madankollu, inċiżjoni tal-intaljar kombinata b’ittri jew numri miksuba permezz tal-perforazzjoni tista’ tissostitwixxi t-timbru tal-awtorità tal-liċenzji. L-awtorità tal-liċenzji għandha tuża kwalunkwe metodu reżistenti għat-tbagħbis biex tirreġistra l-kwantità allokata b’mod li trendi impossibbli l-inserzjoni ta’ numri jew referenzi.

3. Il-formola ma jistax ikun fiha tħassir jew bidliet, sakemm dan it-tħassir jew bidliet ma jkunux ġew awtentifikati bit-timbru u l-firma tal-awtorità tal-liċenzji.

4. Il-liċenzji għandhom jiġu stampati u kompletati bl-Ingliż.

Artikolu 6

1. Il-liċenzja għandha tiġi ppreparata f’ħames kopji u maħruġa lill-applikant.

2. L-ewwel kopja, immarkata "Oriġinali" għandha, wara li tiġi kompletata, iffirmata u ttimbrata mill-awtorità tal-liċenzji, tingħata lill-applikant biex jissottomettiha lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li fih il-kunsinna koperta b’dik il-liċenzja tiġi dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

3. It-tieni waħda, immarkata "Kopja għad-Dwana" għandha, wara li tiġi kompletata, iffirmata u ttimbrata mill-awtorità tal-liċenzji, tingħata lill-applikant biex jissottomettiha lill-Awtorità tad-Dwana tal-Istat Membru li fih il-kunsinna koperta minn dik il-liċenzja tiġi dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

4. It-tielet waħda, immarkata "Kopja għad-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam" għandha, wara li tiġi kompletata, iffirmata u ttimbrata mill-awtorità tal-liċenzji, tinżamm għar-rekords tagħhom u l-verifika futura tal-liċenzji maħruġa.

5. Ir-raba’ waħda, immarkata "Kopja għas-CEPS tal-Gana" għandha, wara li tiġi kompletata, iffirmata u ttimbrata mill-awtorità tal-liċenzji, tingħata lill-applikant biex jissottometiha lill-Awtoritajiet tad-Dwana fil-Gana li lilhom tiġi dikjarata l-kunsinna koperta minn dik il-liċenzja għar-rilaxx għat-tagħbija fuq bastiment.

6. Il-ħames waħda, immarkata "Kopja għall-Awtorità Kompetenti tal-UE" għandha, wara li tiġi kompletata, iffirmata u ttimbrata mill-awtorità tal-liċenzji, tingħata lill-applikant biex jissottomettiha lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi dikjarata l-kunsinna koperta minn dik il-liċenzja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa (Din il-kopja hija meħtieġa fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru hija differenti mill-Awtorità tad-Dwana).

Telf, serq jew qirda ta’ liċenzja FLEGT

Artikolu 7

1. Fil-każ ta’ telf, serq jew qirda tal-"Oriġinali" jew il-"Kopja għad-Dwana" l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jista’ japplika mal-awtorità tal-liċenzji għal sostituzzjoni fuq il-bażi tad-dokument fil-pussess tiegħu.

2. Fil-każ ta’ telf, serq jew qirda ta’ kemm l-"Oriġinali" u l-"Kopja għad-Dwana" l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jista’ japplika mal-awtorità tal-liċenzji għas-sostituzzjoni tat-tnejn.

3. L-awtorità tal-liċenzji għandha toħroġ is-sostituzzjoni fi żmien xahar wara li tirċievi t-talba mill-importatur.

4. Is-sostituzzjonijiet għandhom ikun fihom l-informazzjoni u l-entraturi li jidhru fuq il-liċenzja li jissostitwixxu, inkluż in-numru tal-liċenzja.

Il-liċenzja ta’ sostituzzjoni għandha tkun immarkata "Liċenzja ta’ Sostituzzjoni".

5. Jekk il-liċenzja ta’ sostituzzjoni tintilef, tinsteraq, tinqered jew tintemm, l-ebda liċenzja ta’ sostituzzjoni oħra m’għandha tinħareġ.

6. Fil-każ ta’ rkupru tal-liċenzja mitlufa jew misruqa, il-liċenzja rkuprata m’għandhiex tintuża u għandha tingħata lura lill-awtorità li tkun ħarġitha.

Trattament ta’ dubji dwar il-validità ta’ liċenzja

Artikolu 8

1. Fil-każ ta’ dubju dwar il-validità ta’ liċenzja jew ta’ liċenzja ta’ sostituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu għal informazzzjoni addizzjonali mill-awtorità tal-liċenzji.

2. Jekk meqjus neċessarju, l-awtorità tal-liċenzji tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jibagħtu kopja tal-liċenzja jew tal-liċenzja ta’ sostituzzjoni konċernata.

3. Jekk l-awtorità tal-liċenzji tikkunsidrah neċessarju, għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja kkoreġuta li tinkludi awtentifikazzjoni endorsjata bit-timbru "Duplikat" u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

4. Jekk il-validità tal-liċenzja tiġi konfermata, l-awtorità tal-liċenzji għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti minnufih, preferibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Il-kopji li jinbagħtu lura għandhom ikunu mmarkati bħala validati/awtentifikati bit-timbru "Validat fil-".

5. Fil-każ li l-liċenzja konċernata mhijiex valida, l-awtorità tal-liċenzji għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti minnufih, preferibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ Liċenzja FLEGT Kompjuterizzata

Artikolu 9

1. Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tiġi proċessata bl-użu ta’ sistemi kompjuterizzati.

2. Fl-Istati Membri tal-UE li mhumiex konnessi mas-sistema kompjuterizzata, liċenzja bbażata fuq il-karta għandha tkun disponibbli.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI

1. Formola tal-Liċenzja.

2. Noti ta’ gwida.

--------------------------------------------------

Appendiċi 1

Format tal-Liċenzja FLEGT

Emblema tal-Gana

ORIĠINALI

1

1

1. Awtorità tal-Ħruġ

Isem

Indirizz

2. Gћall-użu tal-pajjiż tal-ћruġ

3. Numru tal-Liċenzja FLEGT

4. Data tal-gћeluq

5. Il-pajjiż li jesporta

7. Mezzi ta’ transport

6. Kodiċi ISO

8. Detentur tal-liċenzja (Isem u Indirizz)

9. Deskrizzjoni kummerċjali tal-prodotti tal–injam

10. Intestatura HS

11. Ismijlet Komuni jew Xjentifiċi

12. Il-Pajjiżi tal-qtugћ

13. Kodiċi ISO

14. Volum (m3)

15. Piż Nett (kg)

16. Gћadd ta’ unitajiet

17. Marki ta’ distinzjoni

18. Firma u timbru tal–awtorità tal-ћruġ

Post u data

+++++ TIFF +++++

Emblema tal-Gana

KOPJA TAD-DWANA

2

2

1. Awtorità tal-Ħruġ

Isem

Indirizz

2. Gћall-użu tal-pajjiż tal-ћruġ

3. Numru tal-Liċenzja FLEGT

4. Data tal-gћeluq

5. Il-pajjiż li jesporta

7. Mezzi ta’ transport

6. Kodiċi ISO

8. Detentur tal-liċenzja (Isem u Indirizz)

9. Deskrizzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-injam

10. Intestatura HS

11. Ismijlet Komuni jew Xjentifiċi

12. Il-Pajjiżi tal-qtugћ

13. Kodiċi ISO

14. Volum (m3)

15. Piż Nett (kg)

16. Gћadd ta’ unitajiet

17. Marki ta’ distinzjoni

18. Firma u timbru tal-awtorità tal-ћruġ

Post u data

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi 2

Noti ta’ Gwida

Ġenerali:

- Ikkompleta b’ittri kapitali.

- Kodiċi ISO, fejn indikat irreferi għall-kodiċi ta’ żewġ ittri standard internazzjonali għal kwalunkwe pajjiż.

Kaxxa 1 | Awtorità li toħroġ il-liċenzja | Indika l-isem & l-indirizz tal-awtorità tal-liċenzji. |

Kaxxa 2 | Importatur | Isem u Indirizz tal-Importatur. |

Kaxxa 3 | Numru tal-liċenzja FLEGT | Indika n-numru tal-ħruġ tal-liċenzja. |

Kaxxa 4 | Data tal-għeluq | Perjodu ta’ validità tal-liċenzja. |

Kaxxa 5 | Pajjiż tal-esportazzjoni | Dan jirreferi għall-pajjiż sħab minn fejn il-prodotti tal-injam ġew esportati lejn l-UE. |

Kaxxa 6 | Kodiċi ISO | Indika l-kodiċi ta’ żewġ ittri għall-pajjiż sħab imsemmi fil-Kaxxa 5. |

Kaxxa 7 | Mezzi tat-trasport | Indika l-mezzi tat-trasport fil-punt tal-esportazzjoni. |

Kaxxa 8 | Titolatur tal-liċenzja | Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur. |

Kaxxa 9 | Deskrizzjoni kummerċjali | Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam. |

Kaxxa 10 | Titolu HS & Deskrizzjoni | Il-kodiċi tal-komodità ta’ sitt numri stabbiliti skont id-Deskrizzjoni Armonizzata ta’ Komodità u s-Sistema ta’ Kodifikazzjoni. |

Kaxxa 11 | Ismijiet komuni jew xjentifiċi | Indika l-ismijiet komuni jew xjentifiċi tal-ispeċi tal-injam użati fil-prodott. Fejn aktar minn speċi waħda huma inkużi f’prodott kompost, uża linja separata. Jistgħu jitħallew barra għal prodott kompost jew komponent li fih speċi multipli li l-identità tagħhom intilfet (eż bord tal-partikuli). |

Kaxxa 12 | Pajjiżi tal-qtugħ | Indika l-pajjiżi fejn l-ispeċi tal-injam imsemmija fil-Kaxxa 10 inqatgħu. Fil-każ ta’ prodott kompost, inkludi s-sorsi kollha tal-injam użat. Jista jitħalla barra għal prodotti kompost jew komponent li fih speċi multipli li l-identità tagħhom intilfet (eż bord tal-partikuli). |

Kaxxa 13 | Kodiċi ISO | Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi msemmija fil-kaxxa 12. Jista jitħalla barra għal prodott kompost jew komponent li fih speċi multipli li l-identità tagħhom intilfet (eż bord tal-partikuli). |

Kaxxa 14 | Volum (m3) | Agħti l-volum totali f’m3. Jista’ jitħalla barra sakemm l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15 ma tħallitx barra. |

Kaxxa 15 | Piż nett | Agħti l-piż totali f’kg. Dan huwa definit bħala l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr il-kontenituri immedjati jew kwalunkwe ppakkjar, minbarra ġarriera, spazjaturi, stikers, eċċ. Jista’ jitħalla barra sakemm l-informazzjoni msemmija fil-kaxxa 15 ma tħallitx barra. |

Kaxxa 16 | Numru ta’ unitajiet | Indika n-numru ta’ unitajiet, fejn prodott immanifatturat huwa kwantifikat l-aħjar f’dan il-mod. Jista’ jitħalla barra. |

Kaxxa 17 | Marki ta’ distinzjoni | Indika kwalunkwe marki ta’ distinzjoni fejn xieraq, eż numru tal-lott, numru tad-dokument tat-tagħbija. Jistgħu jitħallew barra |

Kaxxa 18 | Firma u timbru tal-awtorità li toħroġ il-liċenzja | Il-kaxxa għandha tiġi ffirmata mill-uffiċjal awtorizzat u ttimbrata bit-timbru uffiċjali tal-awtorità tal-liċenzji. Il-post u d-data għandhom jiġu indikati ukoll. |

--------------------------------------------------

ANNESS V

SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ (LAS)

1. Introduzzjoni

Taħt il-Ftehim, il-Gana għandha timplimenta sistema ta’ assigurazzjoni tal-legalità (LAS) li għandha timxi mad-definizzjoni legali (Anness II tal-Ftehim). Id-definizzjoni legali tiddeskrivi l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti li fihom injam li ġej u/jew ipproċessat fil-Gana jista’ jiġi liċenzjat għall-bejgħ fil-Gana jew għall-esportazzjoni mill-Gana. Għall-finijiet tal-Ftehim, il-liċenzji għandhom ikopru l-prodotti kollha esportati lejn l-UE. Il-prodotti inklużi huma deskritti fl-Anness I tal-Ftehim. Sistema ta’ rintraċċar tal-injam (WTS) għandha tippermetti l-istabbiliment ta’ sistema ta’ katina tal-kustodja kif ukoll il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-konformità mad-definizzjoni legali. Is-sistema ta’ rintraċċar tal-injam hija deskritta fl-Appendiċi 1 sa 10. Għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-istandard legali, tabella li tagħmel kontraverifika tad-definizzjoni ta’ injam legali mal-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-kriterji hija provduta fil-proċeduri ta’ verifika.

Għandha tiġi stabbilita entità tal-verifika taħt l-LAS. Din l-entità għandha tissejjaħ id-Dipartiment għall-Validazzjoni tal-Injam (TVD). It-TVD għandu jeżegwixxi l-funzjonijiet ta’ verifika. Dan għandu jinvolvi r-rikonċiljazzjoni tad-data ġġenerata waqt il-katina tal-proċessi kollha tal-prodotti tal-injam destinati kemm għall-esportazzjoni u s-suq domestiku. It-TVD għandu ukoll ikejjel il-konformità tal-kunsinni tal-injam mal-istandard legali. L-iskop tal-verifika u monitoraġġ tal-konformità huwa li jippermetti li t-TVD jivverifika jekk kienx hemm konformità mal-proċeduri stipulati fl-istandard legali. Sabiex tiġi eżegwita l-funzjoni ta’ verifika, it-TVD għandu jaħdem b’data bbażata fuq is-sottomissjonijiet u l-approvazzjonijiet mid-Diviżjoni/Unità regolatorja responsabbli fil-KF. It-TVD għandu jeżegwixxi prinċipalment ir-rwol ta’ verifika u validazzjoni tal-proċessi fil-punt tal-kontroll kritiku (qtugħ, trasport, proċessar u esportazzjoni). It-TVD għandu jivverifika u jivvalida wkoll il-proċeduri u r-riżultati fid-Diviżjonijiet. It-TVD huwa deskritt fid-dokument. Il-figura hawn taħt hija preżentazzjoni skematika tar-relazzjoni tal-awturi fl-LAS.

+++++ TIFF +++++

Taħt l-arranġament il-ġdid, id-Diviżjoni tas-Servizz tal-Foresta għandu jkompli jirregola u jiġġestixxi l-interventi ta’ kontroll tal-katina tal-provvista mill-punt tas-servej tal-istokk u l-qtugħ sal-punt tal-bidu tat-trasport taz-zkuk. Id-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam (TIDD) tal-Kummissjoni tal-Forestrija hija l-awtorità tal-liċenzji deżinjata taħt l-LAS. It-TIDD għandha toħroġ il-liċenzji FLEGT flimkien mal-permessi tal-esportazzjoni wara li tkun irrikonċiljat l-applikazzjonijiet għal permess tal-esportazzjoni sottomessi mill-esportaturi mas-settijiet tad-data tat-TVD. Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu għas-suq tal-UE u l-permess tal-esportazzjoni għas-swieq mhux tal-UE. Madankollu, dawn it-tnejn għandhom jiġu konsenjati permezz tal-LAS u għalhekk għandhom ikunu, suppost, evidenza ta’ injam legali.

Il-proċeduri dettaljati u s-sistemi ta’ ġestjoni għandhom jiġu żviluppati matul id-disinn u l-proġett pilota tal-LAS. L-LAS il-ġdida għandha tibni fuq strutturi u sistemi eżistenti u tfittex li tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fis-sistema bbażata fuq il-karta. Dan id-dokument jiddeskrivi l-għanijiet u l-prinċipji li għandhom jigwidaw l-iżvilupp tal-istrutturi u s-sistemi l-ġodda. [1]

Monitoraġġ u Rappurtaġġ Indipendenti taħt is-LAS

L-LAS kollha għandu tkun miftuħa għal monitoraġġ estern minn osservatur indipendenti (IM). L-iskop tal-intervent tal-IM huwa li jidentifika n-nuqqasijiet u jirrakkomanda reform sistemiċi fl-LAS (it-Termini ta’ Referenza tal-IM huma mehmuża bħala l-Anness VI għall-Ftehim).

2. Is-sistema ta’ rintraċċar tal-injam

It-traċċabilità tal-prodotti tal-injam mill-esportazzjoni sal-foresta għandha tinżamm taħt dan il-ftehim. Fil-każ ta’ prodotti miksuba mill-qtugħ ta’ injam minn pajjiż barranin, is-sistema għandha tkun kapaċi żżomm it-traċċabilità mill-punt tad-dħul sal-ipproċessar, li wara għandha ssegwi l-istess protokolli bħall-injam maqtugħ fil-Gana.

Il-monitoraġġ tal-fluss tal-injam jeħtieġ l-identifikazzjoni tal-punti tal-kontroll kritiċi f’postijiet differenti fi ħdan il-katina tal-provvista, kif ukoll il-monitoraġġ tal-istadji u l-proċessi li jaffettwaw l-istat tal-assi kif jiċċaqalqu fil-katina. L-ewwel punt tal-kontroll għandu jkun dak tal-ġabra tad-data tal-inventarju ta’ qabel il-qtugħ. Essenzjalment, dan jinvolvi l-ħolqien ta’ mapep tas-siġar wieqfa bl-użu tat-teknoloġija tal-GPS u l-ġabra ta’ data ta’ metriċi speċifiċi, bħal speċi, u t-tmexxija ta’ kejl bil-lejżer tas-siġar wieqfa magħżula għall-qtugħ sabiex jiġu determinati b’mod akkurat il-volumi ta’ siġar wieqfa. L-informazzjoni miġbura bħala parti mill-Inventarji tal-Foresta għandu jkolha l-opzjoni li tkun disponibbli onlajn u tintuża għall-ħruġ ta’ permessi annwali għall-qtugħ tal-injam. Din l-informazzjoni tifforma l-ewwel punt ta’ kontroll fil-katina tal-kustodja li minnha jiġu monitorjati l-flussi tal-injam.

Il-punt tal-kontroll li jmiss (jiġifieri fejn iseħħ avveniment li jaffettwa l-istat tal-assi) għandu jkun it-twaqqigħ tas-siġra. F’dan il-punt, id-data għandha terġa tiġi rreġistrata. Dan il-proċess għandu jkompli matul l-operazzjonijiet tal-foresti u tal-ipproċessar, il-monitoraġġ tal-injam kif jiġi trasformat u l-flussi fil-katina tal-provvista u r-rikonċiljazzjoni tad-data miġbura f’kull wieħed mill-punti tal-kontroll individwali. Il-WTS għandha tiġbor informazzjoni fil-punti tal-kontroll kollha tal-katina tal-provvista, tipproċessa d-data miġbura u tirrikonċiljaha awtomatikament mad-data miġbura fil-punti tal-kontroll preċedenti, u tidentifika kwalunkwe żball jew anomalija li tinstab fid-data.

Punti tal-Kontroll Kritiċi

Għar-rintraċċar u l-kontroll tal-flussi tal-injam, il-punti tal-kontroll kritiċi li ġejjin huma identifikati u deskritti fil-katina tal-provvistai:

i. Sors tal-Injam

ii. Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam

iii. Enumerazzjoni tal-Istokk

iv. Twaqqigħ ta’ Siġar & Produzzjoni ta’ Zkuk

v. Verifika Wara l-Qtugħ

vi. Trasport & Spezzjonijiet taz-Zkuk

vii. Injam Konfiskat

viii. Importazzjonijiet tal-Injam

ix. Wasla taz-Zkuk fl-Impjant tal-Ipproċessar

x. Proċessar taz-Zkuk

xi. Injam Ipproċessat

xii. Esportazzjoni ta’ Injam Ipproċessat

1. Sors tal-Injam u Allokazzjoni tad-Drittijiet

Il-prodotti tal-injam li ġejjin mill-Gana għandhom joriġinaw minn żoni deżinjati legalment u għandhom jiġu allokati skont il-liġi. It-tali prodotti għandhom jiġu minn żoni deżinjati f’riżervi tal-foresti, pjantazzjonijiet, żoni barra mir-riżervi jew foresti taħt l-ilma. Id-drittijiet fuq l-injam għandhom b’hekk jinkisbu fil-forma ta’ Kuntratti ta’ Użu tal-Injam (TUCs), Permessi ta’ Salvataġġ u Permessi ta’ Twaqqigħ ta’ Pjantazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet fl-istandard legali, speċifikament relatati mal-prinċipji 1 u 2. Il-kontrolli għalhekk għandhom jibdew mis-siġra numerata f’dawn iż-żoni deżinjati. L-allokazzjoni tad-drittijiet tal-użu (TUCs) hija kontrollata bil-proċeduri u s-sessjonijiet tal-offerti jitmexxew pubblikament. Ir-rekords tal-offerenti li jirnexxilhom huma pubbliċi. Il-proċeduri għall-allokazzjoni tat-TUCs huma disponibbli fuq il-websajt tal-KF. Barraminnhekk, ir-rapporti sommarji pubbliċi tat-titolari l-oħra kollha tad-drittijiet tal-użu (permessi ta’ salvataġġ u drittijiet tal-użu ta’ taħt l-ilma) għandhom ikunu indikati bħala riżultat tal-proċess ta’ verifika, sabiex tiżdid it-trasparenza.

L-interventi ta’ kontroll tal-fluss tal-injam huma ġestiti mid-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam (TIDD) u d-Diviżjoni tas-Servizz tal-Foresta (FSD), b’ċertu livell ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tal-endorsjar tal-produzzjoni u l-verifika wara l-qtugħ miċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tar-Riżorsi (RMSC) tal-Kummissjoni tal-Forestrija. Id-data f’kull wieħed mill-punti tal-kontroll għandha tiġi rikonċiljata mit-TVD mas-sett preċedenti ta’ data, sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita t-traċċabilità.

Il-punti ta’ kontroll kritiċi huma relatati mad-dispożizzjonijiet fid-definizzjoni legali stabbilita fl-Anness II tal-Ftehim. Għalhekk dawn huma konnessi mal-prinċipji u l-kriterji (kif indikat fil-parentesi). Fit-tħaddim tas-sistema elettronika, sistema bbażata fuq il-karta għandha tintuża bħala bekap fil-każijiet fejn is-sistema elettronika ma tibqax disponibbli.

2. Enumerazzjoni tal-Istokk (Relatat mal-Prinċipju 3, Kriterju 3.1)

L-Enumerazzjoni tal-Istokk hija ġestita primarjament mid-Diviżjoni tas-Servizz tal-Foresta. L-endorsjar tal-produzzjoni ssir miċ-Ċentru ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tar-Riżorsi. L-ewwel riżultat tal-proċess tal-enumerazzjoni tal-istokk hija mappa tal-istokk. Il-lista/mappa tal-produzzjoni hija derivattiv tal-mappa tal-istokk. Ir-riżultat ensorsjat/approvat huwa r-riżultat finali li jintuża għat-tmexxija tal-qtugħ tas-siġar fil-foresti. Ir-riżultati dokumentarji kollha ta’ dan il-proċess jintbagħtu lid-Dipartiment għall-Validazzjoni tal-Injam (TVD) għall-iskopijiet ta’ verifika. Tagħmir tad-data li jinżamm fl-idejn għandu jintuża għall-ġbir tad-data fil-post. Din id-data għandha titniżżel fl-aħħar tal-ġurnata fuq il-kompjuters tal-uffiċċju tad-Distrett tal-FSD. Mill-uffiċċju tad-Distrett, id-data tintbagħat lid-database ċentrali. Id-database ċentrali tat-TVD għandha żżomm rekords tal-produzzjonijiet approvati li għandhom jiġu rikonċiljati mal-informazzjoni dwar is-siġar (data ta’ siġar imwaqqa’) u l-informazzjoni dwar iz-zkuk (data dwar is-siġar maqtugħin trasversalment). Il-mappa tal-proċess dettaljata għall-enumerazzjoni hija mehmuża fl-Appendiċi 1.

Il-permess għall-qtugħ tas-siġar għandu jkun infurzat permezz tal-ħruġ ta’ permess tal-qtugħ fil-forma ta’ direttiva amministrattiva mill-Kummissjoni tal-Forestrija (FSD), li għandha takkompanja produzzjoni endorsjata. Il-produzzjoni endorsjata tagħti l-lista u l-pożizzjoni tas-siġar kollha li għandhom jinqatgħu. Ir-rekords tal-permessi għall-qtugħ għalhekk għandu jkun fihom il-produzzjoni endorsjata u d-direttiva amministrattiva li takkompanjaha mill-FSD.

3. Twaqqigħ ta’ Siġar & Produzzjoni ta’ Zkuk Maqtugħin (Relatat mal-Prinċipji 3, Kriterju 3.3)

Id-Diviżjoni tas-Servizz tal-Foresta (FSD) timplimenta l-maġġoranza tal-interventi ta’kontroll fil-punt tat-twaqqigħ u tal-produzzjoni taz-zkuk maqtugħin. Ibbażati fuq l-inventarju u d-database tal-produzzjoni endorsjata, it-tikketti li jridu jiġu applikati mal-fdalijiet tas-siġar u z-zkuk maqtugħin jiġu allokati mill-FSD lill-produttur. Dawn it-tikketti huma applikati mill-produttur fuq il-fdal tas-siġra mwaqqa’ kif ukoll iz-zkuk maqtugħin li jiġu prodotti. L-FSD tiġbor id-data dwar is-siġra mwaqqa’ fil-formola tal-informazzjoni dwar is-siġra (TIF). Tagħmir li jinżamm fl-idejn għandu jintuża biex itejjeb din il-funzjoni. Il-permess għat-trasport taz-zkuk maqtugħin mill-post tal-ħatt jingħata wara li l-FSD tkun ħarġet ċertifikat tal-kejl u t-trasport taz-zkuk maqtugħin (LMCC) għal kull tagħbija ta’ trakk. L-LMCC hija bbażata fuq il-paragun u l-awtorizzazzjoni tal-informazzjoni dwar iz-zkuk maqtugħin (LIF) reġistrati mill-produttur. Il-kopji tad-data dwar is-siġar, id-data dwar iz-zkuk maqtugħin u l-informazzjoni dwar it-trasport jiġu trażmessi lit-TVD għal skopijiet ta’ rikonċiljazzjoni. Deskrizzjoni tal-proċess dettaljata tingħata fiċ-ċart fl-Appendiċi 2 mehmuż.

L-FSD toħroġ iċ-ċertifikati tat-trasport u tal-kejl taz-zkuk maqtugħin (PLMCC). Għax-xenarju tal-foresti taħt l-ilma, iz-zkuk maqtugħin iridu jiġu mmarkati b’tikketti tal-barkowd ta’ kulur distintiv, minbarra l-immarkar biż-żebgħa li juri n-numru taz-zokk sekwenzjali tal-kuntrattur. Il-formuli tal-informazzjoni dwar iz-zkuk maqtugħin għandhom jiġu ffajljati mill-persunal tal-FSD fil-post tal-ħatt, billi juru l-post tal-oriġini jew numru tal-inċiżjoni, marka tal-fdal tas-siġra, tad-distrett u tal-proprjetà.

4. Verifika ta’ Wara l-Qtugħ tas-Siġar (Relatat mal-Prinċipju 3, Kriterju 3.2)

Il-Verifika ta’ Wara l-Qtugħ tas-Siġar għandha titmexxa mill-RMSC skont il-pjan ta’ qtugħ sabiex jiġi żgurat li l-qtugħ fil-kompartament ikun komplet. Id-dati uffiċjali tal-ftuħ u l-għeluq tal-kompartament għandhom jinżammu fid-database ċentrali għal skopijiet ta’ rikonċiljazzjoni. L-iskop tal-verifika ta’ wara l-qtugħ tas-siġar huwa biex jiġi żgurat li l-operat ikun żamm mal-pjan tal-qtugħ u ħalla l-kompartament f’kondizzjoni tax-xogħol tajba. Din tipprovdi wkoll opportunità li tiġi verifikata l-kwalità tas-servej tal-istokk. B’mod speċifiku, għandhom jitmexxew il-verifiki li ġejjin:

- l-enumerazzjoni kienet kompleta u d-dijametri tas-siġar ġew imkejla b’mod korrett;

- il-produttur ħa biss dawk is-siġar li kienu fil-lista tal-produzzjoni;

- in-numru, l-ispeċi u d-daqsijiet taz-zkuk maqtugħin dikjarati jikkorrispondu mas-siġar li twaqqgħu;

- ma seħħ l-ebda dannu eċċessiv minħabba l-qtugħ.

Ir-rapport iġġenerat mill-verifika ta’ wara l-qtugħ tas-siġar għandu jkun disponibbli għall-uffiċċju tad-distrett tal-FSD, l-uffiċċju reġjonali, l-FSD/HQ kif ukoll il-KF/HQ. It-TVD għandha tingħata kopja għal skopijiet ta’ rikonċiljazzjoni. It-TVD għandha teżegwizzi kampjun mill-ispezzjonijiet ta’ wara l-qtugħ tas-siġar. L-Appendiċi III juri mappa tal-proċess għall-ispezzjonijiet ta’ wara l-qtugħ.

5. Trasport & Spezzjoni taz-Zkuk Maqtugħin (Relatat mal-Prinċipju 4, Kriterju 4.1)

Id-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam (TIDD) għandha teżegwixxi verifiki mingħajr avviż minn qabel fuq tagħbijiet tat-trakkijiet fit-triq. Il-verifiki mingħajr avviż minn qabel għandhom isiru flimkien ma’ interventi fil-punti tal-verifika fissi. It-trasport u l-ispezzjoni taz-zkuk maqtugħin għandhom jivverifikaw l-LMCCs kontra t-tagħbijiet tat-trakkijiet. Il-verifiki speċifiċi għandhom jiżguraw ukoll li: iz-zkuk maqtugħin kollha għandhom tikketta; li l-formoli ma jerġgħux jintużaw; u li l-oriġini taz-zkuk maqtugħin tikkorrispondi mar-rotta tat-trakk, l-ID tat-trakk u d-destinazzjoni tal-kunsinna/trakk. Ir-rapporti tal-verifiki ta’ rutina tat-TIDD għandhom jiġu reġistrati fuq kompjuters li jinżammu fl-idejn u trażmessi lid-database tat-TVD għal skopijiet ta’ rikonċiljazzjoni. L-Appendiċi IV hija mappa tal-proċessi għat-trasport u l-ispezzjoni taz-zkuk maqtugħin.

6. Injam Konfiskat (Relatat mal-Prinċipju 2, Kriterju 2.3)

L-injam konfiskat mill-KF għandu jinbiegħ biss taħt ordni tal-qorti permezz ta’ rkant pubbliku. Wara l-irkant, l-offerent rebbiegħ għandu jirċievi Ċertifikat tax-Xiri mill-FSD. Iċ-ċertifikat għandu jkun irreġistrat f’database ċentrali. Il-produzzjoni tal-foresta rkantata kollha għandha tkun tikkettata. Ir-riżultat tal-irkant kollu għandu jiġi dokumentat f’Rapport tal-Bejgħ tal-KF, flimkien mal-pagamenti dovuti u mdaħħla fid-database ċentrali. Mappa tal-proċess hija murija fl-Appendiċi V.

7. Injam Importat (Relatat mal-Prinċipju 4, Kriterju 4.1)

Iz-zkuk maqtugħin u injam ieħor importat għall-ipproċessar għandhom jiġu dikjarati mis-CEPS permezz tal-pjattaforma GCNet lit-TIDD. Kwalunkwe kunsinna li tkun dieħla għandha tiġi rapportata lit-TIDD kif xieraq, kif ukoll lit-TVD. Id-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni għandha tintuża għall-verifika taz-zkuk maqtugħin li joriġinaw minn barra l-pajjiż. It-TIDD tkejjel iz-zkuk maqtugħin u tpoġġi tikketta fuq kull wieħed miz-zkuk fil-port. Prodotti oħra, bħall-injam intiż għall-ipproċessar mill-ġdid, għandhom jiġu tikkettati fl-istess mod. It-TIDD toħroġ ukoll l-LMCCs tal-Importazzjoni (ILMCC) għaz-zkuk maqtugħin kif ukoll dawk destinati għall-impjanti tal-ipproċessar lokali. Iz-zkuk maqtugħin imbagħad jiġu mgħobbija fuq it-trakkijiet u akkompanjati mill-ILMCCs sal-impjanti tal-ipproċessar lokali. Id-data dikjarata hija simili għal dik dikjarata għaz-zkuk maqtugħin fil-foresta u trażmessa lit-TVD. Għal kull zokk maqtugħ jew prodott tal-injam importat, jittieħdu rekords tan-numru tat-tikketta, l-ispeċi, it-tul u ż-żewġ dijametri f’kull tarf. Għal kull tagħbija ta’ trakk l-informazzjoni li ġejja tiġi reġistrata: l-LMCC, l-ID tal-importatur, il-pajjiż ta’ oriġini, id-destinazzjoni, l-ID tal-kumpanija tal-ipproċessar, l-ID tat-trakk, is-sewwieq u s-sid tat-trakk. L-injam imbagħad isegwi l-proċess tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista li huwa simili għal dak għall-injam maqtugħ fil-Gana. Mappa tal-proċess hija murija fl-Appendiċi VI.

8. Wasla taz-Zkuk Maqtugħin fl-Impjant tal-Ipproċessar (Relatat mal-Prinċipju 5)

Il-produttur huma meħtieġ jagħmel dikjarazzjoni ta’ kuljum tal-wasla taz-zkuk maqtugħin fl-impjant tal-ipproċessar. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-post, id-data/ħin, in-numru tal-formula tal-LMCC u l-ID tat-trakk tal-kunsinni kollha li jaslu. L-LSEs li għandhom bitħa għaz-zkuk maqtugħin ta’ daqs konsiderevoli jkunu meħtieġa jindikaw il-pożizzjoni ta’ kull zokk maqtugħ fil-bitħa wara t-tagħbija. Din ir-rekord għandha tiġi emendata kull darba li tinbidel il-pożizzjoni taz-zokk. Il-verifiki tat-TIDD għandhom jiżguraw li z-zkuk maqtugħin kollha fihom it-tikketta u li l-informazzjoni fuq it-tikketti taqbel mar-rekords iddikjarati. Ir-rekords taz-zkuk maqtugħin immanifatturati mill-ġdid għandhom jinżammu u jiġu dikjarati wkoll. Il-ġabra tad-data mal-wasla taz-zkuk maqtugħin fl-impjant tal-ipproċessar għandha tkun disponibbli għat-TVD. Din id-data dwar il-wasla taz-zkuk maqtugħin għandha tiġi rikonċiljata mal-LIFs u l-LMCCs. L-Appendiċi VII hija mappa tal-proċess għall-wasla taz-zkuk maqtugħin fl-impjant tal-ipproċessar.

9. Rekords tax-Xiftijiet tal-Ipproċessar taz-Zkuk Maqtugħin (Relatat mal-Prinċipju 5)

Fl-aħħar ta’ kull xift, l-impjant fejn jisserraw l-injam/il-kumpanija tal-ipproċessar għandha tagħmel dikjarazzjoni tal-lista taz-zkuk maqtugħin u biċċiet taz-zkuk maqtugħin li ġew ipproċessati matul ix-xift. Ir-rekords li ġejjin għandhom ikunu provduti: id-data, l-ID tal-impjant tal-ipproċessar, in-numri tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, il-kwantitajiet ta’ injam ipproċessat u l-ID tal-kuntratt tal-ipproċessar rispettiv. Is-sistema għandha tkun kapaċi tqabbel il-biċċiet tal-injam minn kull zokk jew biċċa taz-zokk, sabiex jiġu identifikati z-zkuk kostitwenti ta’ sorra partikolari ta’ injam ipproċessat. Il-fattur ta’ konverżjoni jkun jiddependi fuq id-dijametru, l-ispeċi, u l-kwalità, eċċ taz-zkuk li jidħlu u dan l-element kritiku tal-WTS li għandu jippermetti r-rikonċiljazzjoni effettiva għandu jiġi żviluppat aktar fil-fażi pilota. L-ispetturi tat-TIDD għandhom jissorveljaw il-proċess tal-ġbir tad-data biex jiżguraw li r-rekords qed jinżammu b’mod korrett u akkurat. L-ispezzjonijiet aleatorji u l-ġranet/xiftijiet tal-ispezzjoni għandhom jiġu reġistrati sabiex ir-riżultati jistgħu jiġu kontraverifikati mal-ġranet meta l-ebda spettur ma jkun preżenti. Ir-rekords tal-produzzjoni tax-xift kif sottomessi mill-produttur għandhom ikunu disponibbli għad-database ċentrali għal skopijiet ta’ rikonċiljazzjoni. Dawn għandhom jinkludu l-istokkijiet ta’ kull xahar taz-zkuk maqtugħin ipproċessati u tal-prodotti tal-injam ipproċessati. L-Appendiċi VIII juri l-proċessi tan-negozju għall-ipproċessar taz-zkuk maqtugħin.

10. Injam Ipproċessat (Relatat mal-Prinċipju 5)

Sarar tal-injam ipproċessat, meta jkunu kompletati, għandhom ikunu mmarkati b’tikketta tal-injam ipproċessat. L-ispetturi tat-TIDD għandhom jagħmlu verifiki qabel il-kunsinni jiġu mgħobbija fil-kontejners/trakkijiet. Kull trakk għandu jkollu dokument tat-trasport innumerat. Id-data għal kull sorra tal-injam ipproċessat għandha tinkludi n-numru tat-tikketta, it-tip, l-ispeċi, il-volum, in-numru ta’ biċċiet, in-numru tal-kuntratt, id-destinazzjoni, in-numru tad-dokument tat-rasport u lista taz-zkuk maqtugħin użati biex issir is-sorra. Il-verifiki li jsiru mit-TIDD għandhom jiżguraw li d-data pprovduta taqbel mal-kunsinni fiżiċi fuq it-trakk. Ir-rekords għandhom ikunu disponibbli għat-TVD sabiex tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni bejn l-ispezzjonijiet tal-injam ipproċessat u d-dikjarazzjonijiet. Dan għandu jiddetermina jekk il-produtturi jkunux qed jiddikjaraw il-produzzjoni tagħhom b’mod korrett. Ir-rapporti ta’ kull xahar għandhom ikunu disponibbli għall-KF u t-TIDD HQs. L-Appendiċi IX huwa l-mappa tal-proċess tan-negozju għall-injam ipproċessat.

11. Esportazzjoni tas-Sarar tal-Injam Ipproċessat (Relatat mal-Prinċipju 5)

Sabiex jippermettu l-esportazzjoni tas-sarar tal-injam ipproċessat, l-esportaturi għandhom jissottomettu talba (bl-użu ta’ formola tal-web) għall-esportazzjoni ta’ ID tal-kuntratt ta’ injam ipproċessat, bid-dettalji tal-ID tax-xerrej, l-ID tad-destinazzjoni, id-data tat-tbaħħir, l-isem tal-vapur. Għandu jkun hemm provvista għal sottomissjoni manwali ta’ rekords bħala bekap għas-sistema elettronika. Dan għandu jikkonsisti minn lista tan-numri tat-tikketti tas-sarar tal-injam ipproċessat, li juru t-tip ta’ prodott, il-volum, l-ispeċi, il-grad, eċċ, flimken mal-informazzjoni dwar il-kuntratt tal-bejgħ, ix-xerrej, eċċ. Id-database ċentrali għandha tirċievi lista tan-numri tat-tikketti tas-sarar u tipproduċi rapport li jindika l-istorja tal-injam f’dawk is-sarar, li juri meta u fejn sar l-ipproċessar, in-numri tal-ID taz-zkuk maqtugħin u l-IDs u l-pożizzjoni tas-siġar tas-sors involuti, meta u fejn is-siġar tas-sors inqatgħu (mappa diġitali tas-siġar tas-sors għandha tkun disponibbli fuq il-web), u r-riżultati tal-ispezzjonijiet kampjunati tal-KF/TVD (disparitajiet tal-volum u speċi). L-ispezzjonijiet aleatorji jirreferu għal kampjun ta’ spezzjonijiet ta’ verifika ta’ wara l-qtugħ tas-siġar tat-TVD. Jekk ma tinstab l-ebda diskrepanza fuq il-limitu miftiehem, jingħata l-permess lit-TIDD biex toħroġ il-liċenzji FLEGT.

Id-dettalji taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni tal-prodotti jinħażnu fid-database (isem ta’ min jagħti l-awtorizzazzjoni, numru taċ-ċertifikat, volum, speċi, tip ta’ prodott, data tal-ħruġ, esportatur, xerrej, eċċ). Meta l-kuntratt jiġi approvat it-TIDD għandha ddaħħal id-dettalji rilevanti fis-sistema: numru tal-kuntratt, ID tax-xerrej (ta’ barra), ID tal-kumpanija tal-ipproċessar, volumi/dimensjonijiet li jridu jingħataw (skont l-ispeċi u l-ID tal-prodott). Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet taħt l-esportazzjoni tas-sarar tal-injam huma murija fl-Appendiċi X.

It-Tabella 1 fuq il-paġna ta’ wara hija deskrizzjoni sommarja tal-proċeduri għar-rintraċċar tal-injam mill-enumerazzjoni tal-istokk permezz tat-twaqqigħ, il-qtugħ trasversali taz-zkuk, il-konverżjoni fi prodotti primarji u sekondarji u l-esportazzjoni.

Tabella 1: Rikonċiljazzjoni tad-Data mal-Katina tal-Proċessi.

Attività | Riżultat | Sors tad-data | Rikonċiljazzjoni | Data prinċipali |

Enumerazzjoni | Lista/Mappa tal-Istokk | KF/Privat | | Nru tal-Istokk, Speċi, Marka tal-Post, Marka tal-Proprjetà. |

↓ |

Għażla tal-produzzjoni | Lista/Mappa tal-Produzzjoni | KF | | Nru tal-Istokk, Speċi, Marka tal-Post, Marka tal-Proprjetà. |

↓ |

Endorsjar tal-produzzjoni | Lista/Mappa tal-Produzzjoni | RMSC | Lista tal-Istokk, Lista tal-Produzzjoni | Nru tal-Istokk, Speċi, Marka tal-Post, Marka tal-Proprjetà. |

↓ |

Spezzjoni wara t-twaqqigħ | Lista ta’ siġar imwaqqgħin (TIF) | RMSC/TVD | Lista tal-Produzzjoni, TIFs | Nru tal-istokk, Nru tat-tikketta tas-siġar |

Zkuk maqtugħin prodotti u trasportati | Data taz-zkuk maqtugħin (LIF) (dikjarazzjoni), LMCC | FSD/Produttur taz-Zkuk Maqtugħin | TIF, LIF, LMCC | Nru tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, LMCCs. |

↓ |

Spezzjoni fit-Triq taz-Zkuk Maqtugħin | Data taz-zkuk maqtugħin (spezzjoni) | TIDD (HHC) | LMCCs u Tagħbijiet tat-Trakkijiet | Nru tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, Nru tal-LMCC, ID tat-Trakk. |

↓ |

Bitħa taz-Zkuk Maqtugħin | Wasla taz-zkuk maqtugħin | Proċessur Primarju TIDD | Dikjarazzjoni ta’ kontraverifika maz-zkuk maqtugħin, LMCC, ID tat-Trakk. | Nru tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, LMCC, ID tat-Trakk. |

↓ |

Zkuk maqtugħin konvertiti | Konverżjoni taz-zkuk maqtugħin | Proċessur Primarju | Zkuk Maqtugħin Ipproċessati, Vol tal-Produzzjoni/Speċi | Nru tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, Nru tal-kuntratt. |

↓ |

Injam ipproċessat primarju trasportat | Data tal-injam ipproċessat (dikjarazzjoni) | Proċessur Primarju | Kontraverifika maz-zkuk maqtugħin konvertiti | Nru tat-tikketta taz-zkuk maqtugħin, Nru tat-tikketta tal-Injam Ipproċessat Primarju, Nru tal-Kuntratt |

↓ |

Injam Ipproċessat Primarju spezzjonat | Data tal-injam ipproċessat (spezzjoni) | TIDD (HHC) | Kontraverifika mal-injam ipproċessat primarju iddikjarat | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat primarju. |

↓ |

Injam ipproċessat primarju esportat | Wasla tal-injam ipproċessat (fil-port) | Esportatur | Kontraverifika man-numru tad-dokument tat-trasport dikjarat. | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat primarju. Nru tal-inkartament tal-esportazzjoni. |

Jew … wasla fl-impjant tal-ipproċessar sekonardju | Injam ipproċessat Wasla | Proċessur Sekondarju | Kontraverifika mad-dikjarazzjoni tal-injam ipproċessat primarju | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat primarju. Nru tal-kuntratt. |

↓ |

Injam ipproċessat sekondarju trasportat | Data tal-injam ipproċessat (dikjarazzjoni) | Proċessur Sekondarju | Kontraverifika mal-injam ipproċessat primarju konvertit | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat sekondarju |

↓ |

Injam ipproċessat sekondarju spezzjonat | Data tal-injam ipproċessat (spezzjoni) | TIDD (HHC) | Kontraverifika mad-dikjarazzjoni tal-injam ipproċessat sekondarju | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat sekondarju |

↓ |

Injam ipproċessat sekondarju esportat | Wasla tal-injam ipproċessat (fil-port) | Esportatur TIDD/TVD | Storja kompleta | Nru tat-tikketta tal-injam ipproċessat sekondarju Nru tal-inkartament tal-esportazzjoni |

3. Proċedura ta’ verifika

Din it-taqsima tistabbilixxi d-definizzjonijiet legali għall-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-kriterji. Il-proċeduri li għandhom jiġu implimentati mill-aġenziji konċernati huma deskritti. It-Tabella 2 għalhekk turi l-proċeduri ta’ kontroll immexxija mid-diviżjonijiet tal-KF responsabbli. Ir-riżultati tal-proċeduri ta’ kontroll għandhom jiġu verifikati taħt il-protokolli li għandhom jiġu żviluppati fil-fażi pilota tal-LAS. Il-mekkaniżmi biex jiġi ttrattat n-nuqqas ta’ konformità identifikat matul l-attivitajiet ta’ verifika għandhom jiġu żviluppati fid-dettall fil-fażi pilota, skont il-proċeduri u r-regolamenti tal-infurzar tal-liġi eżistenti.

Il-metodoloġija ta’ verifika, li għandha tispeċifika l-perjodiċità, il-metodi tat-teħid ta’ kampjuni, il-proċeduri fuq il-post u l-ġabra ta’ evidenza oġġettiva, għandhom jiġu stabbiliti fil-manwal ta’ proċeduri tad-TVD. Din it-tabella hija meħuda mid-definizzjoni ta’ injam legali fl-Anness II tal-Ftehim.

Tabella 2: Proċeduri ta’ Kontroll kontra l-Prinċipji u l-Kriterji

PRINĊIPJU 1 | Sors tal-Injam: Injam li joriġina minn sorsi preskritti u l-individwu, il-grupp u l-proprjetarji konċernati taw il-kunsens tagħhom bil-miktub biex l-art tiġi Bla ħsara għall-għoti ta’ drittijiet fuq l-injam. |

KRITERJU 1.1 | Għal TUCs fir-riżerva, il-preparazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni tal-foresta tkopri il-pjan strateġiku; Delineazzjoni tat-TUC; Tmexxija ta’ inventarji mill-FSD qabel il-qtugħ tas-siġar (fir-riżerva, barra mir-riżerva u fil-pjantazzjoni); Kunsens bil-miktub tal-individwu, il-grupp jew il-proprjetarji konċernati. |

RESPONSABBILTÀ | L-FSD huwa responsabbli għall-ippjanar strateġiku u operattiv tat-TUCs fir-riżerva. RMSC – Kontroll tal-Kwalità tal-Enumerazzjoni; Endorsjar tal-Produzzjoni;It-TIDD għandha tivverifika d-dokumentazzjoni tal-importazzjoni għall-prodotti tal-injam importati u tipproduċi r-rapporti. |

PROĊEDURA | Fir-riżerva Pjanijiet ta’ ġestjoni strateġika formazzjoni tat-tim tal-ippjanar;reviżjoni tas-sitwazzjoni kurrenti bbażata fuq l-informazzjoni eżistenti;formazzjoni ta’ żoni provviżorji;investigazzjonijiet fil-post;pjanar ta’ ġestjoni proviżorja għal kull żona;kumpilazzjoni tal-ewwel abbozz tal-pjan ta’ ġestjoni;reviżjoni formali tal-abbozz ta’ ħidma mill-proprjetarji tar-riżorsi;reviżjoni tal-abbozz ta’ ħidma;endorsjar lokali tal-abbozz tal-pjan;bgħit tal-abbozz tal-pjan għal reviżjoni u approvazzjoni nazzjonali;pubblikazzjoni u ċirkolazzjoni tal-kopji tal-pjan finali;preparazzjoni tal-pamflet sommarju tal-pjan.Delineazzjoni tat-TUC Twaħħil tal-arblu tal-konfini mill-FSD;Tindif tal-konfini mill-FSD.Kunsens bil-miktub Tqegħid ta’ notifiki f’(a) l-uffiċċji tal-Assemblea tad-Distrett, tal-Kunsill Tradizzjonali u ż-żona tal-Unità li fiż-żona tal-awtorità tagħha hija sitwata l-art identifikata għal 21 ġurnata. L-individwu, grupp jew sid konċernati jinnotifikaw l-interess u l-kunsensi tagħhom bil-miktub lill-KF tal-art Bla ħsara għall-għoti ta’ permessi għall-injam. |

Inventarju Enumerazzjoni tal-istokk mill-KF għall-SMEs. L-LSEs għandhom imexxu l-enumerazzjoni taż-żoni tat-TUCs tagħhom;Verifika tal-kwalità tal-enumerazzjoni u l-approvazzjoni hija r-responsabbiltà tal-FK(RMSC);Produzzjoni ta’ Lista tal-Produzzjoni u Mappa tal-Produzzjoni diġitizzata; responsabbiltà konġunta tal-KF/Intrapriża;Eżaminazzjoni u endorsjar tal-produzzjoni proposta mmexxija bir-reqqa’ mill-KF - (RMSC);L-RMSC tiddepożita kopji tal-produzzjoni approvata mal-FSD, it-TIDD u t-TVD. Fil-każ ta’ intrapriża, kopja tal-produzzjoni tintbagħat permezz tal-FSD b’ittra li tiddikjara r-regoli l-aktar importati tal-qtugħ tas-siġar tal-KF;L-RMSC tendorjsa u ddaħħal il-produzzjoni (element prinċipali tal-WTS) fid-database ċentrali;L-FSD tapprova u ddaħħal il-produzzjoni fid-database. |

Barra mir-riżerva Pjan u inventarju tal-operat Endorsjar u modifika, jekk neċessarju, tal-abbozz tal-pjan tal-operat tat-TUC (KF-FSD);Għażla inizjali tas-siġar mill-kuntrattur (intrapriża);Tmexxija ta’ Spezzjoni Qabel it-Twaqqigħ billi jittieħdu l-pożizzjonijiet bil-GPS tas-siġar kollha li jridu jinqatgħu fl-OFRs (KF-FSD);Reġistrazzjoni tal-parametri (KF-FSD);Għażla u approvazzjoni tal-produzzjoni (KF-FSD);Preparazzjoni tal-pjan tal-qtugħ tas-siġar annwali;Ħruġ mill-FSD tal-kopja tal-produzzjoni approvata lill-Intrapriża u t-TVD;L-FSD iddaħħal il-produzzjoni approvata fid-database ċentrali.Delineazzjoni Verifiki fuq il-post tal-art mhux allokata mill-FSD;Il-konfini jekk possibbli għandhom isegwu l-konfini tal-pussess tal-art mhux kwistjoniti u l-karatteristiċi naturali distinti (xmajjar, toroq, eċċ.);Identifikazzjoni taż-żoni li jridu jiġu esklużi u ffissar tal-konfini mill-FSD;Demarkazzjoni fuq mappa u sostnuta minn deskrizzjoni tal-konfini mill-FSD.Kunsens bil-miktub Konsultazzjoni mal-komunitajiet, il-Kap Eżekuttiv tad-Distrett (DCE) jew ir-rappreżentat akkreditat tagħhom;Spezzjoni fuq il-post taż-żona tal-qtugħ tas-siġar potenzjali bil-kunsens tal-proprjetarji tal-art. |

Pjantazzjoni Enumerazzjoni tas-siġar għall-qtugħ kollha (KF-FSD);Stima tal-volum tas-siġar weqfin (KF-FSD);Ħlas bil-quddiem skont il-kuntratt (INTRAPRIŻA);Ħruġ tal-permess tad-dħul (KF-FSD);L-FSD toħroġ kopja tal-permess tad-dħul għall-Intrapriża u t-TVD;L-FSD iddaħħal id-dettalji tal-permess tad-dħul li jiddikjara l-volum stmat tas-siġar weqfin fid-database ċentrali tagħha.Delineazzjoni Il-pjantazzjonijiet kollha fir-riżervi tal-foresti għandhom il-konfini tal-kompartamenti tagħhom poġġuti f’mapep mill-KF. L-unità tal-pjantazzjoni tad-Distrett tal-FSD timmarka l-konfini (eż permezz ta’ tindif, ta’ żebgħa taż-żejt), Taħt l-Ilma Numru tal-blokk definit minn qabel ta’ taħt l-ilma (KF-FSD/INTRAPRIŻA). Injam importat L-intrapriża tiżgura li l-injam importat jiġi dikjarat permezz tal-pjattaforma GCNet tas-CEPS lit-TIDD;Kwalunkwe kunsina li t kun dieħla għandha tiġi rappurtata lit-TIDD;Il-KF-TIDD jiżguraw li l-injam importat kollu ġej minn sors legali mill-pajjiż ta’ oriġini u għandu d-dokumentazzjoni. Dan għandu jsir permezz ta’ verifika tad-dokumentazzjoni tal-importazzjoni. |

RIŻULTAT | Fir-riżerva Dokumentazzjoni tal-Ġestjoni tal-Foresta;Mapep tal-foresta;Rapport tal-Istħarriġ tal-Foresta, enumerazzjoni tal-istokk u data tal-produzzjoni;Mapep tat-tipi ta’ foresta (ħabitat, żoni kritiċi, żoni ta’ importanza ġenetika, Żoni ta’ Bijodiversità ta’ Importanza Globali, żoni ta’ protezzjoni mhux definiti bir-reqqa’);Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riżerva.Barra mir-riżerva Pjan tal-operat;Mappa tat-TUC;Rapport tal-Inventarju barra mir-riżerva;Formola tal-Ispezzjoni tat-Twaqqigħ CO2;Formola tal-Permess tat-Twaqqigħ CO3/Ittra ta’ approvazzjoni.Pjantazzjoni Mappa tal-Pjantazzjoni;Rapport tal-enumerazzjoni;Rċevuta tal-ħlas;Permess tad-dħul.Taħt l-ilma Rapport tad-definizzjoni tal-blokka.Injam importat Dikjarazzjoni lid-Dwana tal-Injam Importat (Rapport tal-GCNet); ID tal-importatur, Pajjiż ta’ oriġini, eċċ. |

PRINĊIPJU 1 | Sors tal-Injam: Injam li joriġina minn sorsi preskritti u l-individwu, il-grupp u l-proprjetarji konċernati taw il-kunsens tagħhom bil-miktub biex l-art tiġi Bla ħsara għall-għoti ta’ drittijiet fuq l-injam. |

KRITERJU 1.2 | Kunsens tal-proprjetarji tal-art/individwu/grupp. |

RESPONSABBILTÀ | Il-KF-FSD jivverifikaw in-notifika Pubblika permezz tar-rapporti ta’ kull kwart ta’ sena tad-distretti. |

PROĊEDURA | Fir-riżerva Il-kunsens huwa parti mill-pjan ta’ ġestjoni tar-riżerva (KF-FSD).Barra mir-riżerva Is-sid tal-art u l-bidwi(bdiewa) affettwati identifikati permezz tal-Assemblea tad-Distrett, il-Kunsill Tradizzjonali u l-Unità, l-Uffiċċju tal-Foresti tad-Distrett bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni;It-tim tal-ispezzjoni fil-post kostitwit kif dikjarat fil-liġi (KF-FSD);Kwalunkwe disputi dwar id-dritt fuq l-art solvuti permezz tal-arbitraġġ (KF-FSD);Il-Partijiet interessati lokali (eż il-proprjetarji tal-art, il-bdiewa affettwati) taw il-kunsens bil-miktub għall-qtugħ tas-siġar fir-riżerva. |

RIŻULTAT | Notifiki tad-Distrett;Kunsens bil-miktub;Minuti tal-Konsultazzjoni;Rekords tal-Arbitraġġ tal-Proċeduri Legali. |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu SP maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija. |

KRITERJU 2.1 | TUCs tal-Foresti Naturali u tal-Pjantazzjonijiet Kwalifikazzjoni ta’ dawk li jaqtgħu is-siġar mit-TREC. |

RESPONSABBILTÀ | MLFM,TREC & FC. |

PROĊEDURA | Min jaqta’ s-siġar jipparteċipa fil-proċess ta’ offerti kompetittiv;Il-Kummissjoni tal-Forestrija tirrakomanda lill-MLFM biex tagħti TUC lil min jaqta’ s-siġar;Min jaqta’ s-siġar jikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha speċifikati fin-notifika tal-għoti tal-permess tal-Ministru taħt l-Att. Din tinkludi l-kunsens assigurat mill-individwu, grupp jew sid tal-art konċernati;Il-Ministru jeżegwixxi t-TUC fil-forma preskritta;Il-Parlament jirratifika t-TUCs (bl-eċċezzjoni tat-TUCs tal-pjantazzjonijiet). |

RIŻULTAT | Rapport ta’ qabel il-kwalifikazzjoni tat-TREC;Ittra ta’ Kunsens;Rapport dwar l-offerti tat-TREC;Rapport tal-KF lill-MLFM dwar il-konformità;TUC;TUC u Rapport Uffiċjali tad-Dibattitu Parlamentari (Minbarra t-TUC tal-pjantazzjoni). |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu SP maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija. |

KRITERJU 2.3 | Permess ta’ salvataġġ [2] Ħruġ ta’ Permess ta’ Salvataġġ. |

RESPONSABBILTÀ | KF-HQ. |

PROĊEDURA | L-intrapriża tapplika mal-KF;L-FSD tmexxi spezzjoni u tissottometti rapport tas-CEO tal-KF dwar il-ġustifikazzjoni għas-salvataġġ ta’ siġar kummerċjali f’post definit;Il-KF toħroġ permess ta’ salvataġġ;L-FSD iddaħħal id-dettalji tal-permess ta’ salvataġġ fid-database ċentrali. |

RIŻULTAT | Applikazzjoni tal-applikant;Rapport tal-ispezzjoni tal-FSD;Permess ta’ salvataġġ. |

PRINĊIPJU 2 | Allokazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam Min jaqta’ s-siġar kellu TUC maħruġ mill-Ministru u ratifikat mill-Parlament wara proċess kompetittiv speċifikat jew min jaqta’ s-siġar kellu SP maħruġ mill-Kummissjoni tal-Forestrija. |

KRITERJU.3 | Injam Konfiskat. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD. |

PROĊEDURA | Il-KF tiddetermina l-vjolazzjoni u l-qorti tawtorizza l-bejgħ tal-prodott tal-injam konfiskat;COP maħruġ lix-xerrej skont l-istatut; jiġi segwit il-proċess dovut għall-irkantar tal-injam konfiskat. |

RIŻULTAT | Ordni tal-Qorti;Ċertifikat tax-Xiri;Rapport tal-bejgħ tal-KF. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operat tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.1 | Is-servejs tal-istokk (inklużi l-ispezzjonijiet ta’ qabel it-twaqqigħ għaż-żoni barra r-riżerva) tmexxew skont il-manwal tal-qtugħ tas-siġar. Preparazzjoni tal-pjan tal-qtugħ tas-siġar. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (jivvalidaw il-pjan tal-qtugħ tas-siġar sottomess mill-industrija);RMSC (tivverifika li l-produzzjoni allokata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-MoP). |

PROĊEDURA | Servej tal-Istokk Irreferi għall-proċedura taħt il-kriterju 1.1. Pjan tal-qtugħ tas-siġar (riżerva tal-foresta) Ikkompleta l-format tal-pjan tal-qtugħ tas-siġar approvat, li jinkludi: Deskrizzjoni ġenerali tal-kompartament;id-dati proposti tal-bidu u tat-tmiem tal-qtugħ tas-siġar;il-kostruzzjoni tat-triq/mogħdija;it-total ta’ mogħdijiet tat-trasport taz-zkuk meħtieġa;mappa mfassla fuq skala (≥ 1:10,000) li turi dak li ġej:żoni protetti li għandhom jiġu esklużi mill-produzzjoni tal-injam;il-kanali tal-ilma kollha;il-pożizzjoni tal-mogħdijiet eżistenti u dawk ġodda li jridu jinbnew;miżbliet taz-zkuk maqtugħin. |

| Pjan tal-qtugħ tas-siġar (barra mir-riżerva) deskrizzjoni dettaljata taż-żona tal-qtugħ tas-siġar inklużi l-konfini delineati taż-żona;sommarju tan-numru ta’ siġar miftiehem għat-twaqqigħ skont il-formola tal-ispezzjoni ta’ qabel it-twaqqigħ tas-siġar-CO2;kostruzzjoni ta’ toroq/mogħdijiet;tul totali tal-mogħdijiet tat-trasport taz-zkuk meħtieġa;mappa mfassla fuq skala(≥ 1:25,000) li turi dak li ġej:żoni protetti li jridu jiġu esklużi mill-produzzjoni tal-injam;il-mogħdijiet tal-ilma kollha;il-pożizzjoni tal-mogħdijiet eżistenti u ta’ dawk ġodda li jridu jinbnew.Pjanijiet tal-ftehim li jaffettwaw il-bdiewa/komunitajiet matul il-kostruzzjoni tal-mogħdijiet. |

| Qtugħ ta’ siġar Fir-riżervi tal-foresti, is-superviżur taż-żona jirreġistra l-parametri tas-siġar;L-operatur jirreġistra l-parametri tas-siġar barra r-riżervi;Reġistrazzjoni tad-data tas-siġar fit-TIF;Skanjar tan-numru tat-tikketta (barkowd);Jimmarka l-fdal tas-siġar/jittikketta l-fdal tas-siġarJaqta’ s-siġar trasversalment fi zkuk. |

RIŻULTAT | Skeda tal-qtugħ tas-siġar;Rapport tas-servej tal-istokk;Rapport tal-ispezzjoni ta’ qabel it-twaqqigħ;Mapep tal-istokk;Listi tal-Produzzjoni;Mapep tal-Produzzjoni. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operat tal-foresti speċifikati fl-istatut (SL 1649). |

KRITERJU 3.2 | Il-qtugħ tas-siġar sar skont ir-rekwiżiti tal-qtugħ tas-siġar fiż-żoni deżinjati għall-produzzjoni tal-injam. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (Verifiki fuq il-qtugħ tas-siġar mill-Intrapriża; verifika tan-numerar u t-tikkettar tal-fdal tas-siġar; verifika tal-impatti ambjentali skont il-manwal tal-qtugħ tas-siġar (jiġifieri l-istrixxi ta’ protezzjoni eċċ));RMSC (tmexxija ta’ verifiki tas-servejs tal-istokks). |

PROĊEDURA | Min jaqta’ s-siġar jinnotifika lill-Uffiċċju tad-Distrett dwar il-kompletar tal-qtugħ tas-siġar f’kompartament. L-FSD tmexxi spezzjoni dettaljata 100 % wara t-twaqqigħ tas-siġar fil-kompartmanet fejn sar il-qtugħ tas-siġar. L-FSD tivverifika l-Intrapriża għall-konformità mal-istandards/speċifikazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar kif definiti fil-manwal tal-qtugħ tas-siġar. Fil-każijiet fejn l-intrapriża tmexxi servej tal-istokk, l-RMSC tivverifika l-akkuratezza tas-servej tal-istokk Min jaqta’ s-siġar (l-Intrapriża) jivverfika li l-fdal kollha tas-siġar għandhom tikketta tas-siġra numerata fuqhom. Kemm l-FSD u l-Intrapriża jiżguraw li s-siġar kollha elenkati bħala approvati fil-produzzjoni ġew estratti u li l-miżati, is-somom u l-kumpens tħallsu kollha: L-Intrapriża tiżgura li l-btieħi għaz-zkuk tas-siġar ġew maqtugħin għall-ksur tal-ħamrija kumpatta;L-Intrapriża tiżgura li l-iskart/mazkan kollu jitneħħa mill-post;In-nixxiegħat u l-kanali tal-ilma kollha ġew imnaddfa mill-mazkan;Tiżgura li l-aċċess kollu u l-mogħdijiet tat-trasport taz-zkuk isegwu l-alinjament miftiehem u li jiġi provdut tnixxif adegwat;Il-prattika tajba tat-twaqqigħ tas-siġar tiġi osservata;L-FSD tiżgura li d-data rilevanti kollha tiġi reġistrata bl-użu ta’ kompjuters li jinżammu fl-idejn għat-trażmissjoni lit-TVD. |

| Standards ambjentali L-Intrapriża tiżgura dak li ġej: Li jiġi evitat li l-kanali tal-ilma jintlew bis-sediment għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma;L-ebda operazzjoni ta’ qtugħ tas-siġar ma hi permessa fl-istrixxa ta’ protezzjoni, 25 metru fuq kull naħa ta’ kwalunkwe nixxiegħa jew 50 metru fuq kull naħa ta’ xmara;L-ebda tipjip ma hu permess matul perjodi ta’ periklu tan-nar għoli, minbarra fuq toroq ħielsa minn materjal li jaqbad;L-ebda operazzjoni tal-qtugħ tas-siġar, inkluż twaqqigħ, ġarr, kostruzzjoni ta’ toroq u btieħi taz-zkuk maqtugħin, ma hi permessa f’żona protetta;Kwalunkwe siġra klassifikata bħala Black Star (speċi ta’ interest u valur ta’ konservazzjoni internazzjonali) ma tistax titwaqqa’ f’kwalunkwe ċirkostanza; għal speċi li jridu permess speċjali, hija meħtieġa awtorizzazzjoni mill-RMSC. |

RIŻULTAT | Rapport ta’ verifika ta’ wara l-Qtugħ tas-Siġar tal-RMSC;Ċertifikat ta’ Għeluq tal-Kompartament. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet ta’ Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar jikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operazzjonijiet tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.3 | Iz-zkuk maqtugħin ġew imkejla u reġistrati akkuratament. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (jivverifikaw ir-reġistrazzjonijiet tal-LIF u jivverifikaw it-tikkettar fuq iz-zkuk u l-fdal tas-siġar);TIDD (jivverifika b’mod aleatorju z-zkuk fil-punti ta’ verifika). |

PROĊEDURA | Is-superviżur tal-post tal-FSD jieħu l-kejl sħiħ tas-siġar imwaqqgħin;Jirreġistra l-parametri tas-siġar fuq il-Formola tal-Informazzjoni tas-Siġar (TIF);Min jaqta’ s-siġar (l-Intrapriża) jirreġistra l-parametri taz-zkuk maqtugħin inkluż in-numru tat-tikketta taz-zokk fuq il-Formula tal-Informazzjoni taz-Zkuk (LIF);Il-KF-TVD joħroġu tikketti lill-KF-FSD u l-Intrapriża skont il-produzzjoni permess;L-FSD tagħmel kontraverifika tad-data tat-TIF mal-LIF mill-Intrapriża;L-FSD tivverifika d-data taz-zkuk u n-numru tat-tikketta. |

RIŻULTAT | It-TIF u l-LIF jiġu kompletati. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operazzjonijiet tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.4 | l-Injam maqtugħ jikkorrispondi mal-ispeċi u l-volumi jew numri awtorizzati fit-TUC jew il-Permess ta’ salvataġġ. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (jivverifikaw id-dikjarazzjoni tal-ispeċi u tal-volum fuq it-TIF u l-LIF; jivverifikaw il-qtugħ tas-siġar mal-produzzjoni). |

PROĊEDURA | Il-produttur jirreġistra d-data taz-zkuk maqtugħin, inkluż in-numru tat-tikketta taz-zokk, in-numru ta’ zkuk mis-siġar, id-dimensjonijiet (tul plass iż-żewġ dijametri f’kull tarf), l-ispeċi, in-numru tat-tikketta tas-siġra (fdal tas-siġar, in-numru tal-istokk tas-siġar, fuq il-formola tal-LIF;Il-KF u l-Intrapriża jivverifikaw li l-fdal tas-siġar kollha huma tikkettati u numerati; bil-kulur tat-tikketta xieraq fuqhom;L-FSD tagħmel kontraverifika tad-data tat-TIF mal-LIF mill-Intrapriża;L-FSD tivverifika d-data taz-zokk u n-numru tat-tikketta. |

RIŻULTAT | Produzzjoni;TIF u LIF kompletati. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operazzjonijiet tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.5 | Il-fdal tas-siġar u z-zkuk maqtugħin kienu mmarkati u numerati skont il-manwal tal-qtugħ tas-siġar. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (jivverifikaw l-immarkar u t-tikkettar);TIDD (tivverifika l-immarkar fuq iz-zkuk maqtugħin fil-punti ta’ verifika). |

PROĊEDURA | Il-KF u l-Intrapriża jiżguraw li: L-fdal tas-siġar kollha huma mmarkati u numerati;Kull zokk maqtugħ għandu jiġi mmarkat:Bil-kodiċi tal-ispeċi, il-marka tal-post, in-numru tas-siġar tal-kuntrattur, li huma numri sekwenzjali li jibdew b’1 (jiġifieri n-numru ta’ siġar imwaqqgħin mir-reġistrazzjoni tal-marka tal-proprjetà tal-intrapriża;In-numru taz-zokk maqtugħ li huwa n-numru taz-zokk maqtugħ mis-siġra; in-numru taz-zokk 1 huwa z-zokk bażi;Il-marka tal-proprjetà tal-intrapriża.Iz-zkuk maqtugħin fir-riżervi tal-foresti għandhom ikunu mmarkati:Bil-kodiċi tar-riżerva, in-numru tal-kompartament u tas-servej tal-istokk.Iz-zkuk maqtugħin barra mir-riżerva għandhom ikunu mmarkati bil-kodiċi "OFR";Il-fdal tas-siġar/iz-zkuk maqtugħin għandhom il-kulur tat-tikketta xieraq fuqhom. |

RIŻULTAT | Il-fdal tas-siġar immarkati u tikkettati, iz-zkuk maqtugħin immarkati u tikkettati. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operazzjonijiet tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.6 | Min jaqta’ s-siġar eżegwixxa u kkonforma mal-Ftehim ta’ Responsabbiltà Soċjali rilevanti. |

RESPONSABBILTÀ | Il-KF-FSD jivverifikaw il-konformità fuq l-SRA. |

PROĊEDURA | Il-KF-FSD jiżguraw li min jaqta’ s-siġar jidħol f’SRA mal-komunitajiet li għandhom pussess tal-art u li dan jifforma parti integrali tat-TUC u t-termini u kondizzjonijiet jorbtu ż-żewġ partijiet;L-intrapriża tiddepożita dokument tal-SRA mal-KF;Il-KF-FSD jirrapportaw daw il-konformità mal-SRA;Il-komunitajiet li għandhom pussess tal-art jirrispettaw id-dritt ta’ min jaqta’ s-siġar sabiex ikun jista’ jopera fiż-żona tat-TUC. |

RIŻULTAT | Dokument tal-SRA; rapporti tal-FSD dwar il-konformità. |

PRINĊIPJU 3 | Operazzjonijiet tal-Qtugħ tal-Injam Min jaqta’ s-siġar ikkonforma mal-proċeduri & l-istandards tal-operazzjonijiet tal-foresti speċifikati fl-istatut. |

KRITERJU 3.7 | Tħallas kumpens lill-bdiewa affettwati fir-rigward ta’ danni lill-għelejjel, jekk applikabbli. |

RESPONSABBILTÀ | Il-KF-FSD jivverifikaw il-livell u l-ħlas tal-kumpens. |

PROĊEDURA | L-FSD tmexxi verifika tad-danni kif speċifikat fil-Manwal tal-Qtugħ tas-Siġar;L-FSD tiżgura li min jaqta’ s-siġar (l-Intrapriża) ħallas il-pagament tal-kumpens xieraq fir-rigward ta’ għelejjel li jsofru dannu. |

RIŻULTAT | Rapport tal-valutazzjoni u l-kumpens għad-danni u rċevuta tal-ħlas. |

PRINĊIPJU 4. | Trasport L-injam dejjew ġie trasportat skont l-istandards stabbiliti fl-istatut. |

KRITERJU 4.1 | L-injam ġie trasportat bid-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti dettalji dwar l-oriġini tiegħu u tikkorrispondi mal-identifikazzjoni fiżika tal-injam. |

RESPONSABBILTÀ | TIDD (tivverifika l-LMCCs/PLMCC/ILMCC u tissottometti data lit-TVD). |

PROĊEDURA | L-Intrapriża tapplika għal LMCC/PLMCC mill-KF-FSD;Il-KF-FSD jivverifikaw od-dettalji tat-TIF mad-dikjarazzjonijiet dwar iz-zokk (LIF & Nru tat-tikketta taz-zokk);Il-KF-FSD joħorġu LMCC/PLMCC għall-moviment tat-trakk lejn id-destinazzjoni (impjant tal-ipproċessar);Il-KF-TIDD imexxu verifiki fit-triq f’punti tal-verifika deżinjati u l-ispetturi tat-TIDD jagħmlu verifiki mingħajr avviż minn qabel fuq kampjun ta’ tagħbija tat-trakk; jiġifieri l-LMCC/PLMCC jiġu kontraverifikati maz-zkuk fuq it-trakk (id-dettalji tal-verifika jinkludu l-marka tal-proprjetà, il-marka tal-post, in-numru tas-servej tal-istokk, l-ID tat-trakk, id-destinazzjoni, eċċ);Il-KF-TIDD jivverifikaw u jirreġistraw id-data tal-LMCC/PLMCC fil-punti ta’ verifika deżinjati bl-użu ta’ kompjuters li jinżammu fl-idejn u jitrażmettu d-data lid-database ċentrali tat-TVD;Mal-wasla fl-impjant tal-ipproċessar, id-dettalji taz-zkuk jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Impjant tal-Ipproċessar.Trasport (Injam importat) It-TIDD tkejjel l-injam u tpoġġi tikketta fuq kull zokk/sorra fil-port;Iz-zkuk destinati għall-impjanti tal-ipproċessar lokali jitgħabbew fuq trakkijiet u t-TIDD toħroġ ILMCC;Id-data dikjarata hija simili bħal dik dikjarata għaz-zkuk maqtugħin fil-foresta u trażmessa lit-TVD. Din tinkludi n-numru tat-tikketta, l-ispeċi, it-tul u ż-żewġ dijametri f’kull tarf. Għal kull tagħbija ta’ trakk jiġu reġistrati n-numru tal-LIF, l-ID tal-importatur, il-pajjiż ta’ oriġini, id-destinazzjoni, l-ID tal-kumpanija tal-ipproċessar, l-ID tat-trakk, is-sewwieq u sid it-trakk. |

RIŻULTAT | LMCC/PLMCC,ILMCC, id-Dokument tat-Trasport, Dettalji taz-zkuk irreġistrati fir-Reġistru tal-Impjant tal-Ipproċessar. |

PRINĊIPJU 4 | Trasport L-injam dejjew ġie trasportat skont l-istandards stabbiliti fl-istatut. |

KRITERJU 4.2 | L-injam ġie trasportat fil-perjodu permessi bil-liġi. |

RESPONSABBILTÀ | KF-TIDD (verifiki fuq il-moviment tat-trakk). |

PROĊEDURA | Il-KF-TIDD & l-KF-FSD jiżguraw li l-injam jiġi trasportat bejn is-6:00 am u s-6:00pm f’ġurnata tax-xogħol sakemm mhux permess mod ieħor mill-Kap Eżekuttiv fuq applikazzjoni lilu għal dan l-iskop. |

RIŻULTAT | LMCC/PLMCC/ILMCC. |

PRINĊIPJU 5 | Proċessar |

KRITERJU 5.1 | Il-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-injam għandhom liċenzji validi u reġistrazzjoni mal-KF bir-rekwiżiti legali kollha. |

RESPONSABBILTÀ | KF-TIDD (jivverifikaw id-dokumenti sottomessi mill-Intrapriża; jivverifikaw is-sors tal-materja prima tal-Intrapriża). |

PROĊEDURA | Intrapriżi ġodda: L-Intrapriża tissottometti applikazzjoni lill-KF dwar l-intenzjoni tagħha li tibda Intrapriża tal-Injam;Il-KF-TIDD jivverifikaw id-dokumenti meħtieġa (Pjan tan-negozju u rapport tal-fattibilità, inkluż is-sors tal-materja prima);Il-KF-TIDD jirreġistraw l-intrapriża u joħorġu ċertifikat jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha.Intrapriżi eżistenti L-intrapriża tissottometti applikazzjoni lill-KF dwar ir-rinnovazzjoni tal-liċenzja tagħha kull sena;Il-KF-TIDD jivverifikaw id-dokumenti meħtieġa (Kodiċi & ċertifikat tal-kumpanija biex jibdew in-negozju li jinkisbu mill-Uffiċċju tar-Reġistru Ġenerali; Attestazzjoni tar-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali mis-Servizz tat-Taxxa fuq id-Dħul; rinnovazzjoni tal-Marka tal-Proprjetà mill-KF-FSD);Il-KF-TIDD jirrinnovaw iċ-ċertifikat jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha. |

RIŻULTAT | Ċertifikat/liċenzja valida. |

PRINĊIPJU 5 | Proċessar |

KRITERJU 5.2 | Il-prattiki tar-relazzjonijiet industrijali jikkonformaw mal-istandards legali |

RESPONSABBILTÀ | TIDD (tivverifika r-rekwiżiti tax-xogħol, tas-saħħa u s-sigurtà);Unità tal-Ispettorat tal-Fabbriki (Dipartiment tax-Xogħol). |

PROĊEDURA | L-Intrapriża tiżgura li: kull ħaddiem impjegat jaħdem taħt kondizzjonijiet tas-siġurtà u s-saħħa sodisfaċenti;il-ħaddiema huma pprovduti bl-informazzjoni, l-istruzzjonijiet u t-taħriġ neċessarji dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol tagħhom;jeżistu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa li jiżguraw is-sigurtà tal-ħaddiema fil-każ ta’ nar;hemm miżuri ta’ prevezjoni ta’ inċidenti u korrimenti għas-saħħa li jqumu minn, b’rabta ma’ jew li jseħħu matul, ix-xogħol permezz tal-minimizzazzjoni tal-kawżi tal-periklu inerenti fl-ambjent tax-xogħol;teżisti assigurazzjoni ta’ kumpens għall-ħaddiema kollha;id-dipartiment tax-xogħol imexxi spezzjoni u/jew jidderieġi lil min iħaddem biex jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. |

RIŻULTAT | Struzzjonijiet tax-xogħol, taħriġ, assigurazzjoni u rekords tal-inċidenti. |

PRINĊIPJU 6 | Kummerċ Il-bejjiegħa/esportaturi kollha għandhom il-liċenzji jew il-permessi validi biex jikkumerċjaw l-injam. |

KRITERJU 6.1 | L-esportaturi kisbu l-permess tal-KF. |

RESPONSABBILTÀ | KF-TIDD. |

PROĊEDURA | Ix-xerrej japplika għall-ispezzjoni;L-esportatur jissottometti ċertifikat li jattesta r-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali tiegħu;It-TIDD toħroġ rapport tal-ispezzjoni;Rikonċiljazzjoni tad-data mit-TIDD;Il-KF-TIDD imexxu rikonċiljazzjoni tal-input u l-produzzjoniL-esportazzjoni hija preċeduta mis-sottomissjoni ta’ talba mill-esportatur f’formola tal-web jew manwalment għall-esportazzjoni ta’ ID tal-kuntratt ta’ injam ipproċessat. Il-proċess tal-approvazzjoni tal-kuntratt isegwi:Fi żmien l-esportazzjoni, it-TIDD iddaħħal fis-sistema tad-database tat-TVD id-dettalji bħall-ID tal-kumpanija tal-ipproċessar, in-numru tal-Kuntratt, l-ID tax-xerrej, il-volumi u d-dimensjonijiet li jridu jiġu provduti skont l-ispeċi u l-ID tal-prodott, eċċ.;It-TIDD għandha toħroġ rapporti dwar l-ispejjeż annwali tal-prodotti tal-injam ipproċessati għal kull produttur jew esportatur;Id-database ċentrali tat-TVD għandha tirċievi lista tan-numri tat-tikketti tas- sarar u tipproduċi rapport li jindika l-istorja tal-injam f’ċerti sarar kampjunati, li juri meta u fejn sar l-ipproċessar, in-numri tal-ID taz-zkuk maqtugħin u l-IDs u l-postijiet tas-siġar tas-sors involuti, meta u fejn inqatgħu s-siġar tas-sors, eċċ;Wara rikonċiljazzjoni b’suċċess tas-settijiet tad-data aċċettabbli, it-TVD għandha toħroġ rekord tal-verifika lit-TIDD. It-TIDD toħroġ il-liċenzja ta’ Esportazzjoni/FLEGT;It-TIDD tittrażmetti d-data lis-CEPS għar-rilaxx tal-merkanzija għat-tagħbija fuq il-bastiment.Ir-rilaxx mis-CEPS għall-esportazzjoni. |

RIŻULTAT | Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni tax-Xerrej;Ċertifikati/Liċenzja tal-KF għall-operat;Kuntratt tal-bejgħ approvat mill-KF-TIDD;CLC;Ċertifikat li jattesta r-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali, Rapport ta’ spezzjoni tal-prodotti, CLC u Approvazzjoni doganali. |

PRINĊIPJU 6 | Kummerċ Il-bejjiegħa/esportaturi kollha għandhom liċenzja jew permessi validi biex jikkummerċjaw l-injam. |

KRITERJU 6.2 | Il-Bejjiegħa Domestiċi għandhom reġistrazzjoni tal-KF. |

RESPONSABBILTÀ | KF-TIDD (jivverifikaw l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni mill-bejjiegħa domestiċi; jivverifikaw il-postijiet tal-bejjiegħa; jivverifikaw ix-xiri tal-Bejjiegħa mill-postijet fejn jisserraw l-injam). |

PROĊEDURA | Il-bejjiegħ japplika għal spezzjoni;Il-bejjiegħ jissottometti ċertifikat li jattesta r-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali tiegħu;Ħruġ ta’ rapport tal-ispezzjoni mill-KF-TIDD;Rikonċiljazzjoni tad-data mill-KF-TIDD;Rikonċiljazzjoni tad-dħul u l-produzzjoni mill-KF-TIDD;Fil-futur, it-TIDD għandha toħroġ rapport dwar il-provvista ta’ kull xahar lis-suq domestiku ta’ prodotti tal-injam ipproċessati għal kull produttur. |

RIŻULTAT | Liċenzja tar-reġistrazzjoni tal-KF valida tal-Bejjiegħ;Ċertifikati/Liċenzja tal-KF għall-operat;Rapport tal-ispezzjoni tal-prodotti;Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-VAT;Ċertifikat li jattesta r-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħallsu miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.1 | Min jaqta’ s-siġar ma naqasx milli jħallas il-miżati għad-dritt fuq l-art jew kwalunkwe miżati oħra pagabbli minn dawk li jaqtgħu s-siġar fil-Gana. |

RESPONSABBILTÀ | TIDD (tivverifika l-ħlas tad-dritt fuq l-art u miżati oħra qabel il-ħruġ ta’ liċenzja FLEGT);KF-FSD (jivverifikaw il-ħlas tad-dritt fuq l-art qabel tiġi mġedda l-Marka tal-Proprjetà);TREC (jivverifika l-ħlas tad-dritt fuq l-art qabel il-kwalifikazzjoni tal-offerenti għal offerti kompetittivi); |

PROĊEDURA | Is-superviżuri tal-post jiġġeneraw rapporti tal-kontijiet ta’ kull ġimgħa skont it-TIF. L-Akkawntant tad-Distrett tal-Foresta jipprepara l-kont tal-kuntrattur. Il-kont tal-kuntratt/id-dikjarazzjoni tal-kont ta’ kull ġimgħa jiġu sottomessi. Il-KF-FSD għandhom joħorġu rapporti dwar l-analiżi tal-invojsis tas-somom ibbażati fuq il-produzzjoni tal-injam għal kull produttur. It-TIDD tmexxi r-rikonċiljazzjoni tal-flussi finanzjarji. Għall-esportaturi din għandha tinkludi: Il-miżati għad-dritt fuq l-art;Il-formola tal-Uffiċċju tal-Kambju tal-Bank tal-Gana Approvata A2;Evidenza tal-ħlas tal-ittri tal-kreditu. |

RIŻULTAT | Il-kont tal-kuntratturi, l-irċevuti tal-ħlas, il-Formula tal-Uffiċċju tal-Kambju A2, l-Ittri tal-Kreditu. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħallsu miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.2 | Min jaqta’ s-siġar ma naqasx milli jħallas iċ-ċensiment. |

RESPONSABBILTÀ | KF-FSD (jivverifikaw il-ħlas taċ-ċensiment). |

PROĊEDURA | Il-KF-FSD jibagħtu d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar tal-kuntratturi. |

RIŻULTAT | Id-dikjarazzjoni ta’ kull xahar tal-kuntratturi tal-FSD, irċevuti tal-ħlas. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħallsu miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.3 | L-esportatur ma naqasx milli jħallas it-taxxa fuq l-esportazzjoni. |

RESPONSABBILTÀ | -TIDD (tivverifika l-ħlas tat-taxxa fuq l-importazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni u l-ħruġ tal-liċenzji FLEGT). |

PROĊEDURA | L-esportatur jippreżenta d-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni;It-TIDD tiddetermina liema speċi huma taxxabbli;L-esportatur iħallas;Il-KF-TIDD joħorġu l-permess;Il-KF-TIDD jipprovdu rapporti ta’ kull kwart ta’ sena lill-MLFM, l-MFEP, l-Akkawntant Ġenerali. |

RIŻULTAT | Rċevuti tal-ħlas u rapporti ta’ kull xahar/kwart ta’ sena tal-KF-TIDD. |

PRINĊIPJU 7 | Obbligi Fiskali La min jaqta’ s-siġar u lanqas il-Bejjiegħ ma kienu fi żmien il-bejgħ jew l-esportazzjoni naqsu milli jħallsu miżati, kirjiet jew taxxi, preskritti fl-istatut. |

KRITERJU 7.4 | La min jaqta’ s-siġar u lanqas l-esportatur ma naqsu milli jħallsu t-taxxa fuq id-dħul korporattiva. |

RESPONSABBILTÀ | FSD (tivverifika l-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul qabel ir-reġistrazzjoni tal-marka tal-proprjetà u l-allokazzjoni tar-riżorsi);TIDD (tivverifika t-taxxa fuq id-dħul qabel ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi/bejjiegħa domestiċi tal-prodotti tal-injam). |

PROĊEDURA | L-esportatur jew il-bejjiegħ jissottomettu ċertifikati li jattestaw ir-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali tagħhom matul ir-reġistrazzjoni jew it-tiġdid tal-marka tal-proprjetà u r-reġistrazzjoni mat-TID jew it-tiġdid taċ-ċertifikat. |

RIŻULTAT | Ċertifikat li jattesta r-regolarità tas-sitwazzjoni fiskali, Rċevuti tal-ħlas. |

4. Proċedura ta’ liċenzjar

ħala l-awtorità tal-liċenzji deżinjata, it-TIDD għandha tkun responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji għall-kunsinni kollha. It-TIDD għandha tiddependi fuq l-informazzjoni mit-TVD li tikkonferma l-konformità legali tal-kunsinna konċernata. Il-proċeduri dettaljati tal-ġestjoni u l-ħruġ tal-liċenzji għandhom jiġu żviluppati waqt fażi pilota u għandhom jibnu fuq il-proċeduri eżistenti tat-TIDD għall-ħruġ tal-liċenzji. Is-sistema għalhekk għandha tippermetti lit-TIDD toħroġ liċenzji bbażati fuq il-kunsinni għall-prodotti tal-injam esportati skont id-definizzjoni tal-legalità. Id-data li għandha tiġi rikonċiljata mal-katina tal-proċessi hija stabbilita fit-Tabella 1, kif ukoll il-verifika tal-proċeduri fit-Tabella 2.

Fuq livell operattiv, it-TIDD għandha tirrikonċilja dak li ġej: verifika tad-dokumentazzjoni, inklużi d-dikjarazzjoni u l-permessi tal-produzzjoni; spezzjonijiet fil-post li jiżguraw il-konformità mar-rekord dokumentat; rintraċċar taz-zkuk u tal-prodotti tal-injam mis-sors sal-punt tal-esportazzjoni; verifika tal-pagamenti tas-somom u pagamenti oħra; u verifiki aleatorji fuq iż-żoni tal-qtugħ tas-siġar, it-tagħbijiet tat-trakkijiet u l-impjanti tal-ipproċessar. Dawn il-verifiki għandhom jiġu appoġġati mill-awtorizzazzjoni tat-TVD għall-ħruġ tal-liċenzja FLEGT. Dan għandu jiġi żviluppat aktar fl-istadju pilota.

L-awtorità tal-liċenzji FLEGT għandha jkollha aċċess għad-data rikonċiljata fil-punti tal-kontroll differenti sabiex tkun tista’ toħroġ il-liċenzji. Il-liċenzji maħruġa mill-awtorità għandhom jiġi verifikati b’mod aleatorju sabiex jiġi żgurat li l-pakketti tal-esportazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti legali għas-sejba, il-qtugħ, it-trasport, l-ipproċessar u l-kummerċ u jissodisfaw l-obbligi finanzjari/tat-taxxa tagħhom.

5. Id-dipartiment għall-validazzjoni tal-injam (TVD)

1. Introduzzjoni

Fl-implimentazzjoni tal-LAS huwa importanti li l-prinċipji ta’ indipendenza, trasparenza u kredibilità jiġu rispettati. F’dan ir-rigward, għandu jiġi maħluq Dipartiment għall-Validazzjoni tal-Injam (TVD) sabiex jeżegwixxi l-funzjonijiet li ġejjin:

i. Awditur fl-operazzjonijiet tal-atturi fis-settur tal-forestrija. F’dan ir-rispett għandu jivverifika l-istat tal-implimentazzjoni tal-funzjoni regolatorja kif stipulat fil-liġi u fid-definizzjoni tal-qafas tal-legalità. It-TVD għandu juża l-proċeduri ta’ verifika deskritti fit-Tabella 2 bħala l-qafas li jiggwidah sabiex jissodisfa l-funzjonijiet ta’ verifika tiegħu;

ii. Rikonċiljazzjoni tas-settijiet tad-data ġenerati permezz tal-operazzjonijiet fil-post fi ħdan is-settur sabiex jippermetti l-ħruġ ta’ liċenzji bbażati fuq is-sistema.

Assistenza teknika għandha tiġi mfittxa sabiex jiġu stabbiliti s-sistemi ta’ ġestjoni u l-protokolli ta’ verifika tat-TVD, kif ukoll għall-provvista ta’ bażi sabiex tiġi stabbilita l-kredibilità tal-LAS. Dan għandu jservi wkoll bħala bażi għall-bini tal-kapaċitajiet.

2. Arranġamenti istituzzjonali u reklutaġġ ta’ personal

It-TVD għandu jiġi stabbilit bħala dipartiment fi ħdan il-KF u bbażat fl-Uffiċċju Prinċipali. Is-Segretarjat tal-VPA għandu jifforma n-nukleau tat-TVD il-ġdid u għandu jkollu bħala kap Direttur li għandu jiġi appuntat pemezz ta’ proċess ta’ reklutaġġ kompetittiv. Sabiex tiġi inkoraġġata l-introduzzjoni ta’ kultura ta’ ħidma ġdida, it-TVD għandu jimpjega personal biex jimla l-postijiet battala prinċipalment matul il-fażi pilota. Approċċ simili għandu jintuża wara l-fażi pilota meta s-sistema tkun qed tiffunzjona bis-sħiħ. Il-persunal prinċipali tat-TVD għandu jkollu gradwati b’esperjenza kbira fl-ICT, il-Forestrija, it-Teknoloġija tal-Injam u l-Ġestjoni tal-Katina tal-provvista. Il-funzjonijiet prinċipali tat-TVD għandhom jinkludu r-rappurtaġġ dwar il-ksur u l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-LAS u l-qafas regolatorju lill-Ministeru tal-Artijiet, il-Forestrija & l-Minjieri permezz tal-Kap Eżekuttiv. Sabiex jiġi żgurata l-awtorizzazzjoni tat-TVD, l-MLFM għandha tintroduċi strument legali bħala parti mill-ewwel fażi ta’ riformi taħt ir-reviżjoni leġislattiva.

Sabiex jiġi żgurat li jinżamm personal ta’ kalibru għoli, id-Direttur għandu jkun meħtieġ jiżviluppa programm għat-taħriġ tal-persunal tat-TVD. Dan għandu jiżgura li l-kapaċitajiet tal-persunal tat-TVD jibqgħu jiġu aġġornati skont id-domandi tas-sistema.

Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u l-kredibilità, għandu jiġi stabbilit Kunsill għall-Validazzjoni tal-Injam (TVC) biex jissuperviżjona l-funzjonament tat-TVD. Il-Kunsill għandu jiżgura li t-TVD jiffunzjona b’mod trasparenti u indipendenti. Il-Kunsill għandu jkun magħmul minn partijiet interessati differenti li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dak li ġej:

i. Il-Ġudikatura

ii. Il-Ministeru tal-Artijiet, il-Forestrija u l-Minjieri

iii. Id-Dwana

iv. Il-Pulizija

v. Is-Soċjetà Ċivili

vi. Il-Kap Eżekuttiv tal-KF

vii. L-Industrija

viii. Id-Direttur tat-TVD bħala membru ex-officio

Il-Kunsill għandu jkun presjedut mill-Kap Eżekuttiv tal-KF. Il-kapijiet tal-aġenziji tal-KF jistgħu jiġu invitati biex jattendu l-laqgħat li jittrattaw suġġetti fil-qasam tagħhom.

3. Relazzjoni mal-istituzzjonijiet eżistenti

L-interazzjoni dettaljata tat-TVD bħala awditur mad-Diviżjonijiet/Unitajiet eżistenti fi ħdan il-KF hija illustrata fil-mapep tal-proċess trasfunzjonali fl-appendiċi 1-10. Id-Diviżjonijiet u l-Unitajiet eżistenti għandhom ikomplu jeżegwixxu l-funzjonijiet mandatorji tagħhom, waqt li t-TVD jibqa indipendenti bħala korp ta’ verifika. It-TVD u t-TVC għandhom jirrapportaw lill- MLFM permezz tal-Kummissjoni tal-Forestrija.

4. Finanzjament

GOG għandu jfittex assistenza esterna fit-twaqqif tat-TVD biex tassisti fid-disinn tekniku u tgħin sabiex jintlaħqu l-ispejjeż tal-investiment għall-istabbiliment tat-TVD u l-funzjonijiet prinċipali tiegħu. Fit-tul, il-GOG jistenna li l-miżati/kirjiet intaxxati fuq is-settur tal-injam ikopru l-ispejjeż tal-operat tat-TVD u l-kontrolli regolatorji li jikkontrollaw l-estrazzjoni tal-injam.

Il-baġit totali tal-implimentazzjoni tat-TVD għandu jkopri l-oqsma li ġejjin:

- l-ispejjeż tal-akkwist tas-sistema tar-rintraċċar;

- l-ispejjeż tas-sourcing ta’ assistenza teknika permezz ta’ verifikatur akkreditat;

- il-loġistika u l-attrezzar għat-twaqqif tat-TVD kif ukoll ir-rekwiżiti tad-Diviżjonijiet l-oħra għall-implimentazzjoni tal-LAS;

- l-ispejjeż tat-taħriġ tal-persunal tat-TVD kif ukoll il-persunal tal-KF li s-servizzi tagħhom huma kruċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema;

- l-ispejjeż inizjali tal-assistenza lill-industrija sabiex tiġi faċilitata l-preparazzjoni teknoloġika bażika (IT) għat-tħaddim tas-sistema.

5. Proċedura tal-ilmenti

It-TVC għandu jirċievi l-ilmenti dwar l-operat tat-TVD fil-ħruġ tas-settijiet tad-data tal-verifika (jiġifieri l-konferma tat-tmiem tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u verifika għall-awtorizzazzjoni tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT). L-iskop tal-proċedura tal-ilmenti għandu jkun li jiġi provdut lok għall-partijiet offiżi biex ifittxu riparazzjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tal-kunfidenza tal-pubbliku fl-operat tas-sistema ta’ verifika. It-TVC għalhekk għandu jappunta tim ta’ aġġudikaturi li għandu bħala kap professjonist legali kwalifikat bħala mħallef tal-qorti għolja.

[1] Saret reviżjoni indipendenti għall-valutazzjoni ta’ din il-proposta f’Awwissu 2008. Din identifikat l-oqsma ta’ tħassib li ż-żewġ Partijiet qablu li jkun aktar xieraq li jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tas-sistema malli tkun operattiva. Dawn l-oqsma ta’ tħassib għandhom jiġu kkunsidrati wkoll matul id-disinn u l-proġett pilota tal-LAS.

[2] Il-Kummissjoni tal-Forestrija toħroġ permess soġġett għat-tali termini u kondizzjonijiet kif għandu jiġi speċifikat f’dan ir-rigward għas-salvataġġ tas-siġar minn żona tal-art li qed tiġi żviluppata bħal għall-kostruzzjoni ta’ triq, espansjoni ta’ kolonizzazzjoni tan-nies jew koltivazzjoni ta’ rziezet.

--------------------------------------------------

Appendiċi 1 - 10 – Ċarts Deskrittivi tal-WTS

Appendix I: Stock Enumeration — On-Reserve

+++++ TIFF +++++

Appendix II: Tree Felling & Log Production

+++++ TIFF +++++

Appendix III: Post Harvest Audit

+++++ TIFF +++++

Appendix IV: Log Transport & Inspections

+++++ TIFF +++++

Appendix V: Confiscated Timber

+++++ TIFF +++++

Appendix VI: Log Imports

+++++ TIFF +++++

Appendix VII: Log Arrival at Processing Plant

+++++ TIFF +++++

Appendix VIII: Log Processing

+++++ TIFF +++++

Appendix IX: Processed Wood

+++++ TIFF +++++

Appendix X: Export of Processed Wood Bundles

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

AKRONIMI

CEO | Uffiċjal Kap Eżekuttiv |

CEPS | Servizzi tas-Sisa u d-Dwana & Preventivi |

CLC | Ċertifikat ta’ Konformità Legali |

CoC | Katina ta’ Kustodja |

CoP | Ċertifikat tax-Xiri |

DCE | Kap Eżekuttiv tad-Distrett |

DfID | Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali |

DFO | Uffiċċju tal-Foresta tad-Distrett |

EU | Unjoni Ewropea |

FC | Kummissjoni tal-Forestrija |

FLEGT | Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ |

FMP | Pjan ta’ Ġestjoni tal-Foresti |

FMU | Unità ta’ Ġestjoni tal-Foresti |

Formola CO2 | |

Formola CO3 | |

FR | Riżerva tal-Foresti |

FSC | Kunsill tal-Protezzjoni tal-Foresti |

FSD | Diviżjoni tas-Servizz tal-Foresta |

GCNet | Ghana Community Network Services Ltd. |

GFTN | Netwerk Globali tal-Foresti & l-Kummerċ |

GIS | Sistema tal-Informazzjoni Ġeografika |

GPS | Sistema tal-Ippożizzjonar Globali |

GSBA | Żona ta’ Bijodiversità ta’ Importanza Globali |

HHC | Kompjuter li Jinżamm fl-Idejn |

HQ | Uffiċċju Prinċipali |

ICT | Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni |

ID | Identifikazzjoni/Identità (kif użata fis-Sistemi tal-Informazzjoni) |

ILMCC | Ċertifikat tal-Kejl u tat-Trasport taz-Zkuk għall-Importazzjoni |

IM | Osservatur Indipendenti |

LAS | Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità |

LI | Strument Leġislattiv |

LIC | Ċertifikat ta’ Spezzjoni tal-Injam |

LIF | Formola tal-Informazzjoni dwar iz-Zkuk |

LMCC | Ċertifikat tal-Kejl u t-Trasport taz-Zkuk |

LSE | Intrapriża ta’ Skala Kbira |

MoFEP | Ministeru tal-Finanzi u l-Ippjanar Ekonomiku |

MLFM | Ministeru tal-Artijiet, il-Forestrija u l-Minjieri |

NGO | Organizzazzjoni Mhux Governattiva |

NTFP | Prodott tal-Foresta Mhux tal-Injam |

OASL | Uffiċċju tal-Amministratur tal-Artijiet tas-Siġar Maqtugħin |

OFR | Barra mir-Riżerva tal-Foresta |

PC | Kompjuter Personali |

PEFC | Programm għall-Endorsjar taċ-Ċertifikazzjoni tal-Foresti |

PLMCC | Ċertifikat tal-Kejl u t-Trasport taz-Zkuk tal-Pjantazzjoni |

PPC | Ċertifikat ta’ Produzzjoni tal-Pjantazzjonijiet |

PW | Injam Ipproċessat |

RFID | Tagħmir tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju |

RFO | Uffiċċju tal-Foresti Reġjonali |

RMSC | Ċentru ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tar-Riżorsi |

RS | Superviżur tal-Post |

SME | Intrapriża ta’ Skala Żgħira & Medja |

SP | Permess ta’ Salvataġġ |

SRA | Analiżi tar-Rekwiżiti tas-Sistema |

TIDD | Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam |

TIF | Formola tal-Informazzjoni dwar is-Siġar |

TO | Uffiċjal Tekniku |

TREC | Kumitat tal-Evalwazzjoni tad-Drittijiet fuq l-Injam |

TSP | Kampjun ta’ Plot Temporanju |

TUC | Kuntratt tal-Użu tal-Injam |

TUP | Permess tal-Użu tal-Injam |

TVD | Dipartiment għall-Validazzjoni tal-Injam |

VAT | Taxxa fuq il-Valur Miżjud |

VIC | Ċertifikat ta’ Spezzjoni tal-Folji |

VLC | Verifika tal-Konformità Legali |

VLTP | Validazzjoni tal-Programm tal-Injam Legali |

VPA | Ftehim ta’ Sħubija Volontarja |

WTS | Sistema ta’ Rintraċċar tal-Injam |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

TERMINI TA’ REFERENZA GĦALL-MONITORAĠĠ INDIPENDENTI

Fi ħdan il-qafas tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-Gana-UE, il-Gana għandha tappunta, b’konsultazzjoni mal-UE, Osservatur Indipendenti (IM) għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proċeduri rilevanti u l-miżuri ta’ kontroll, b’mod partikolari dawk relatati mal-Iskema tal-Assigurazzjoni Legali (LAS). Il-monitoraġġ indipendenti għandu l-għan li jipprovdi assigurazzjoni lill-partijiet interessati kollha, inkluż il-JMRM, li l-LAS tkun qed tiffunzjona b’mod effettiv u b’hekk jiżgura l-kredibilità tal-liċenzji taħt dan il-Ftehim.

1. Xogħol prinċipali tal-Osservatur Indipendenti (IM):

Ix-xogħol prinċipali tal-IM huwa dak li ġej:

- Valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-effettività tal-LAS;

- Tmexxija ta’ investigazzjonijiet fil-post fuq ix-xogħol rilevanti tal-aġenziji regolatorji tal-foresti fuq il-livelli kollha tal-foresta, industrija u katina tal-provvista, inklużi kontraverifiki mal-informazzjoni miżmuma mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE;

- Identifikazzjoni u dokumentazzjoni tan-nuqqasijiet fis-sistemi u valutazzjoni ta’ jekk l-azzjonijiet korrettivi ġewx irrakomandati u meħuda mill-aġenziji regolatorji sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità u n-nuqqasijiet fis-sistemi;

- Valutazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi meħuda;

- Valutazzjoni tal-adegwezza tas-sistemi ta’ ġestjoni tad-data li jappoġġaw l-LAS u l-ħruġ tal-liċenzji FLEGT;

- Valutazzjoni tal-kompletezza u l-akkuratezza tal-istatistika tal-produzzjoni u tal-kummerċ FLEGT rilevanti. Valutazzjoni tal-effettività tal-proċeduri ta’ verifika tal-liċenzji mad-dħul fl-UE;

- Rappurtaġġ tas-sejbiet.

2. Metodoloġija

L-IM għandhu jkollu proċeduri dokumentati disponibbli pubblikament għat-tmexxija tal-monitoraġġ, il-valutazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-monitoraġġ u l-preparazzjoni tar-rapporti:

- l-aħjar prattiki aċċettati internazzjonalment, bħal dawk stabbiliti fl-ISO 17021 u l-ISO 19011 jew ekwivalentiIl-proċeduri ta’ monitoraġġ għandhom jissodisfaw;

- L-IM għandu jipprepara skeda ta’ monitoraġġ għall-perjodu tal-kuntratt, inklużi d-dati meta l-abbozzi tar-rapporti għandhom jiġu konsenjati;

- Il-metodoloġija tal-IM għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza;

- Il-verifika għandha ssir approssimament f’intervalli ta’ sitt xhur fl-ewwel sena, u mbagħad f’intervalli annwali;

- Il-proċeduri dokumentati għandhom jipprovdu linji gwida għat-teħid ta’ kampjuni ta’ dokumenti, rekords u operazzjonijiet li għandhom jiġu miftehma mal-awtorità kuntrattwali;

- Il-proċeduri dokumentati għandhom jinkludu stipulazzjoni għall-użu tal- informazzjoni rċevuta mill-partijiet interessati li mhumiex neċessarjament involuti direttament fl-implimentazzjoni tal-LAS;

- L-osservazzjonijiet ta’ monitoraġġ kollha għandhom jiġu dokumentati;

- Il-monitoraġġ għandu jiżgura li l-aspetti kollha tal-LAS ikunu qed jiffunzjonaw kif suppost u b’mod partikolari jidentifika kwalunkwe nuqqasijiet sistematiċi minħabba n-nuqqas ta’ konformità osservata u jivvaluta t-talbiet tal-aġenziji regolatorji għal Azzjonijiet Korrettivi u l-konformità rispettiva ma’ dawn;

- Ir-rapporti dwar il-monitoraġġ għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-programm u s-sejbiet tal-monitoraġġ. Deskrizzjoni ġenerali għar-rapporti ta’ monitoraġġ u rapporti sommarji għandhom jiġu provduti fil-proċeduri dokumentati;

- Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-IM għandu aċċess ħieles għall-informazzjoni rilevanti sakemm din mhijiex klassifikata bħala ristretta, kif ukoll il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-LAS, l-attivitajiet ta’ verifika tagħhom, l-attivitajiet rilevanti fil-foresta, mal-ktajjen tal-forniment tal-injam, fil-faċilitajiet tal-ipproċessar u fil-postijiet tal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-injam.

3. Kwalifiki

L-IM għandu jkun organizzazzjoni parzjali u indipendenti li tkun urit kompetenza fil-prattiki ta’ verifika u fis-settur tal-foresti. Esperjenza fis-settur tal-foresti fil-Gana jew f’pajjiżi oħra li jipproduċu injam tropikali tkun ta’ vantaġġ:

- L-IM m’għandux ikun involut direttament fil-ġestjoni tal-foresti, l-ipproċessar tal-injam, il-kummerċ tal-injam jew il-kontroll tas-settur tal-foresti fil-Gana jew l-UE;

- Fornituri tas-servizzi kummerċjali kuntrattati mill-Gvern tal-Gana biex jipprovdu servizzi oħrajn ta’ appoġġ għall-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur tal-foresti mhumiex eliġibbli għas-selezzjoni;

- L-IM għandu jkollu sistema ta’ kwalità interna li tissodisfa r-rekwiżit tal-ISO 17021 jew ekwivalenti;

- L-IM u l-impjegati tiegħu nominati biex jagħmlu x-xogħol ta’ monitoraġġ għandhom ikollhom provi ta’ esperjenza fil-verifika tal-ġestjoni tal-foresti, l-industrija tal-ipproċessar tal-injam u l-kontrolli tal-katina tal-provvista relatata;

- Jekk l-IM mhuwiex organizzazzjoni rreġistrata fil-Gana, għandu jkun meħtieġ jingaġġa organizzazzjoni bħal din bħala sħab lokali; u

- Għandu jiżviluppa l-kapaċità ta’ dik l-organizzazzjoni biex tkun IM matul perjodu miftiehem li jrid jiġi speċifikat fil-kuntratt tagħha.

4. Rappurtaġġ mill-IM

Ir-rapporti tal-IM għandhom jinkludu: (i) rapport sħiħ għall-konsiderazzjoni mill-Partijiet li fih l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-programm ta’ monitoraġġ u l-funzjonament effettiv tal-LAS u l-liċenzji FLEGT; u (ii) rapport sommarju pubbliku bbażat fuq ir-rapport sħiħ li jagħti sommarju tas-sejbiet prinċipali u n-nuqqasijiet fis-sistemi identifikati.

L-IM għandu jirrapporta minnufih lill-awtorità kuntrattwali (Ministeru tal-Artijiet, il-Foresti u l-Minjieri) u, wara 30 ġurnata għall-awtorità kuntrattwali biex tikkummenta dwar l-akkuratezza, kopji tar-rapport jintbagħtu liż-żewġ Partijiet permezz tal-JMRM.

L-IM għandu jkun meħtieġ jipprovdi informazzjoni jekk il-JMRM jeħtieġ aktar kjarifiki.

L-IM għandu jipprepara rapporti finali li jikkunsidraw u jirrapportaw kwalunkwe kjarifiki pprovduti minn Parti jew oħra fl-abbozzi tar-rapporti.

5. Arranġamenti istituzzjonali

Il-Gana għandha tikkuntratta lill-IM b’konsultazzjoni mal-UE dwar il-bażi tal-proċeduri ta’ għażla dokumentati u trasparenti.

Ir-rapporti tal-IM u kwalunkwe azzjonijiet korrettivi neċessarji għandhom jiġu diskussi mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni.

Il-JMRM għandu jipprepara u jippubblika rapporti sommarji pubbliċi dwar is-sejbiet tal-IMs.

L-IM għandu jirrapporta lill-GoG, li għandu jkun responsabbli għal:

- reviżjoni tal-abbozzi tar-rapporti u provvista ta’ kwalunkwe kummentarju neċessarju biex jiżgura l-akkuratezza u ċ-ċarezza ta’ dawn, u jitlob permezz tal-JMRM li l-UE tirrevedi l-abbozzi tar-rapporti u tipprovdi kwalunkwe kummentarju neċessarju;

- deċiżjonijiet fuq azzjonijiet li jridu jittieħdu fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rapport ta’ monitoraġġ, b’mod partikolari dawk neċessarji biex jindirizzaw problemi sistemiċi fl-LAS u problemi fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi mitluba mill-aġenziji regolatorji varji;

- li jinforma lill-IM u l-partijiet interessati dwar kwalunkwe azzjonijiet korrettivi mibdija fuq il-bażi tar-rapporti ta’ monitoraġġ.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ OPERATTIVA TAL-GANA

Il-Ftehim ta’ Sħubija FLEGT tal-UE-Gana (FLEGT-PA) jipprovdi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità (LAS) li tiżgura li l-prodotti tal-injam kollha speċifikati fil-ftehim u esportati mill-Gana lejn l-UE ġew prodotti legalment. L- LAS għandha tinkludi: definizzjoni tal-injam prodott legalment li tiddeskrivi l-liġijiet li jrid ikun hemm konformità magħhom sabiex tinħareġ liċenzja; kontrolli tal-katina tal-provvista għar-rintraċċar tal-injam mill-operazzjonijiet tal-foresta sal-punt tal-esportazzjoni; proċeduri ta’ verifika li jiżguraw u jiddokumentaw il-konformità mal-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u l-kontroll tal-katina tal-provvista; proċeduri ta’ liċenzjar u ħruġ tal-liċenzji FLEGT; u monitoraġġ indipendenti għall-provvista tal-assigurazzjoni li s-sistema qed taħdem kif ippjanat.

L-aspettazzjonijiet tal-Komunità fir-rigward tal-LAS huma deskritti f’serje ta’ dokumenti informattivi minn grupp ta’ esperti konvenuti mill-Kummissjoni Ewropea KE) [1].

Kriterji ta’ Valutazzjoni

L-LAS għandha tkun Bla ħsara għal evalwazzjoni teknika indipendentti qabel l-iskema tal-liċenzjar issir operativa bis-sħiħ, li t-Termini ta’ Referenza għaliha għandhom jiġu miftehma b’mod konġunt bejn il-Partijiet, il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni. Dawn il-kriterji ta’ valutazzjoni jiddeskrivu x’inhu mistenni li s-sistema tal-LAS tipproduċi u għandhom jipprovdu l-bażi għat-Termini ta’ Referenza għall-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni għandha jkollha l-għan li:

(i) tirrevedi d-deskrizzjoni tas-sistema b’attenzjoni speċifika fuq kwalunkwe reviżjonijiet li jsiru wara l-FLEGT-PA jkun ġie iffirmat u

(ii) teżamina l-funzjonament tas-sistema fil-prattika.

Taqsima 1: Definizzjoni ta’ legalità

Injam prodott legalment għandu bżonn jiġi definit fuq il-bażi tal-liġijiet eżistenti tal-Gana. Id-definizzjoni użata għandha tkun mhux ambigwa, verifikabbli oġġettivament u tista’ tintuża operattivament u, bħala minimu, tinkludi dawk il-liġijiet li jkopru:

Drittijiet fuq il-Qtugħ tal-Injam : Għoti ta’ drittijiet legali biex jinqatal-injam fi ħdan konfini reġistrati legalment.

Operazzjonijiet tal-foresta : Konformità mar-rekwiżiti legali fir-rigward tal-ġestjoni tal-foresti, inkluża l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali u tax-xogħol rilevanti.

Miżati u taxxi : Konformità mar-rekwiżiti legali dwar it-taxxi, l-importazzjoni, is-somom u l-miżati relatati direttament mal-qtugħ tal-injam u d-drittijiet fuq il-qtugħ.

Utenti oħra : Rispett għal drittijiet legali ta’ partijiet oħra jew drittijiet ta’ użu fuq l-art u riżorsi oħra li jistgħu jiġu affettwati bid-drittijiet fuq il-qtugħ tal-injam, fejn drittijiet oħra bħal dawn jeżistu.

Kummerċ u dwana : Konformità mar-rekwiżiti legali għall-kummerċ u l-proċeduri tad-dwana.

Jidher ċar liema srument legali huwa l-bażi ta’ kull element tad-definizzjoni?

Hemm speċifikati kriterji u indikaturi li jistgħu jintużaw għall-ittestjar tal-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni?

Il-kriterji/indikaturi huma ċari, oġġettivi u jistgħu jintużaw operattivament?

L-indikaturi u l-kriterji jidentifikaw b’mod ċar ir-rwoli u responsabbiltajiet tal-atturi differenti u l-verifika tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-atturi rilevanti kollha?

Id-definizzjoni ta’ legalità tinkludi l-oqsma prinċipali tal-liġi eżistenti deskritta hawn fuq? Jekk le, għalfejn ċertu oqsma tħallew barra mid-definizzjoni?

L-oqsma prinċipali kollha tal-liġi applikabbli ġew ikkunsidrati fil-proċess tal-involviment tal-partijiet interessati fl-iżvilupp tad-definizzjoni?

Is-sistema għall-verifika tal-legalità tinkorpora d-dispożizzjonijiet legali prinċipali identifikati permezz tad-diskuzzjonijiet mal-partijiet interessati?

Id-definizzjoni ta’ legalità u l-matriċi tal-infurzar ġew emendati minn meta ġie konkluż il- FLEGT-PA? L-indikaturi u l-kriterji ġew żviluppati biex jiżguraw il-verifika ta’ dawn il-bidliet?

Taqsima 2: Kontroll tal-Katina tal-provvista

Is-sistemi għall-kontroll tal-katina tal-provvista għandhom jipprovdu assigurazzjoni kredibbli li l-prodotti tal-injam jistgħu jiġu rintraċċati permezz tal-katina tal-provvista mill-punt tal-qtugħ tas-siġar jew tal-importazzjoni legali sal-punt tal-esportazzjoni. Mhux dejjem għandu jkun neċessarju li tinżamm traċċabilità fiżika għal zokk, tagħbija taz-zkuk jew prodott tal-injam mill-punt tal-esportazzjoni lura sal-foresta ta’ oriġini, iżda hija dejjem meħtieġa bejn il-foresta u l-ewwel punt ta’ taħlit (eż. terminal tal-injam jew faċilità tal-ipproċessar).

2.1. Drittijiet għall-użu: Hemm delineazzjoni ċara tal-erjas fejn id-drittijiet fuq ir-riżorsi tal-foresta ġew allokati u l-identifikazzjoni tat-titolari ta’ dawk id-drittijiet.

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li l-injam li joriġina minn żona ta’ foresta bi drittijiet tal-użu validi u permissibbli biss jidħol fil-katina tal-provvista?

Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li l-intrapriżi li jmexxu l-operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar ingħataw id-drittijiet tal-użu xierqa għaż-żoni tal-foresti konċernati?

Il-proċeduri għall-ħruġ tal-drittijiet tal-użu u l-informazzjoni fuq id-drittijeit tal-użu maħruġa u t-titolari tagħhom huma disponibbli fid-dominju pubbliku?

2.2. Sistemi għall-kontroll tal-katina tal-provvista: Hemm mekkaniżmi effettivi għar-rintraċċar tal-injam permezz tal-katina tal-provvista mill-punt tal-qtugħ sal-punt tal-esportazzjoni.

L-approċċ għall-identifikazzjoni tal-materjal jista’ jvarja u jista’ jvarja mill-użu ta’ tikketti għal oġġetti individwali sad-dipendenza fuq id-dokumentazzjoni li takkompanja tagħbija jew sorra. Il-metodu magħżul għandu jirrifletti t-tip u valur ta’ materjal u r-riskju ta’ kontaminazzjoni b’materjal illegali jew mhux verifikat.

L-alternattivi tal-katina tal-provvista kollha ġew identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

L-istadji kollha fil-katina tal-provvista ġew identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

Huma definiti u dokumentati metodi li (a) jidentifikaw l-oriġini tal-prodott u (b) jevitaw it-taħlit ma’ materjal minn sorsi mhux magħrufa fl-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin?

- injam fil-foresta

- trasport

- ħażna temporanja

- wasla fil-faċilitajiet tal-ipproċessar primarju

- faċilitajiet tal-ipproċessar

- ħażna temporanja

- trasport

- wasla fil-punt ta’ esportazzjoni

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-kontroll tal-flussi tal-injam? Dawn għandhom riżorsi umani u riżorsi oħra xierqa biex imexxu l-attivitajiet ta’ kontroll?

2.3. Kwantitajiet: Hemm mekkaniżmi robusti u effettivi għall-kejl u r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet ta’ injam jew prodotti tal-injam f’kull stadju tal-katina tal-provvista, inklużi stimi affidabbli ta’ qabel il-qtugħ ta’ akkuratezza xierqa tal-volum ta’ injam wieqaf f’kull post tal-qtugħ tas-siġar.

Is-sistema tal-kontroll tipproduċi data kwantitattiva tad-dħul u l-produzzjoni fl-istadji li ġejjin tal-katina tal-provvista?

- injam wieqaf

- zkuk fil-foresta

- injam trasportat u maħżun

- injam li jasal fl-impjant tal-ipproċessar primarju

- fi ħdan il-faċilitajiet tal-ipproċessar

- materjal li jasal fil-punt tal-esportazzjoni.

Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għat-tmigħ tad-data kwantitattiva fis-sistema tal-kontroll? Kif tiġi kkontrollata l-kwalità tad-data?

2.4. Rikonċiljazzjoni: Id-data kollha għandha tiġi reġistrata b’mod li trendi possibbli r-rikonċiljazzjoni tagħha ma’ konnessjonijiet preċedenti u sussegwenti fil-katina fiż-żmien opportun. Ir-rikonċiljazzoni affidabbli ssir għall-katina tal-provvista kollha.

Id-data kwantitattiva kollha tiġi rreġistrata b’mod li trendi possibbli r-rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ma’ stadji preċedenti u sussegwenti fil-katina tal-provvista fiż-żmien opportun?

Qed jiġu żviluppati metodi għall-valutazzjoni tal-konsistenza bejn id-dħul ta’ materji primi u l-produzzjoni ta’ prodotti proċessati fil- postijiet fejn jisserraw l-injam u impjanti oħra?

Ir-rikonċiljazzjoni affidabbli ta’ oġġetti individwali jew sarar ta’ prodotti tal-injam hija possibbli matul il-katina tal-provvista kollha?

X’sistemi ta’ informazzjoni u teknoloġiji huma applikati għall-ħażna u r-rikonċiljazzjoni tad-data u għar-rappurtaġġ? Hemm sistemi robusti eżistenti għas-sigurezza tad-data?

Liema organizzazzjoni hija responsabbli għar-rikonċiljazzjoni tad-data? Għandha riżorsi umani u oħra xierqa għat-tmexxija ta’ attivitajiet tal-ġestjoni tad-data?

X’informazzjoni dwar il-kontroll tal-katina tal-provvista titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

2.5. Taħlit ta’ injam verifikat legalment ma’ injam ieħor approvat: jekk it-taħlit ta’ zkuk jew injam minn sorsi verifikati legalment ma’ zkuk jew injam minn sorsi oħra huwa permess, hemm kontrolli suffiċjenti eżistenti biex jiġi eskluż materjal minn sorsi mhux magħrufa jew li nqata’ mingħajr id-drittijiet ta’ qtugħ legali.

Is-sistema tal-kontroll tippermetti t-taħlit ta’ injam verifikat ma’ injam ieħor approvat (eż. ma’ injam importat jew injam li joriġina minn żona tal-foresta li għandha d-drittijiet tal-qtugħ tas-siġar legali u ċari iżda mhuwiex kopert mill-proċess ta’ verifika kollu)?

X’miżuri ta’ kontroll huma applikati għal dawn il-każijiet? Pereżempju, il-kontrolli jiżguraw li f’kull stadju l-produzzjoni verifikata dikjarata ma taqbiżx id-dħul verifikat?

2.6. Prodotti tal-injam importati: Hemm kontrolli xierqa għall-iżgurar li l-prodotti tal-injam importati ġew importati legalment.

Kif tiġi evidenzjata l-importazzjoni legali tal-injam u l-prodotti tal-injam?

X’evidenza hija meħtieġa sabiex jintwera li l-prodotti importati joriġinaw minn siġar maqtugħin legalment f’pajjiż terz?

L-LAS tidentifika l-injam u l-prodotti tal-injam importati matul il-katina tal-provvista?

Fejn jintuża injam importat, jistal-pajjiż tal-qtugħ tal-injam oriġinali jiġi identifikat fuq il-liċenzja FLEGT, inkluż dak tal-komponenti f’prodotti komposti?

Taqsima 3: Verifika

Il-verifika tipprovdi verifiki u kontrolli xierqa għall-iżgurar tal-legalità tal-injam. Il-verifika għandha tkun robusta u effettiva biżżejjed biex tiżgura li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti, jew fil-foresta jew fil-katina tal-provvista jiġi identifikat u li tittieħed azzjoni fiż-żmien opportun sabiex jissolva.

3.1. Organizzazzjoni: Il-verifika ssir mill-gvern, jew organizzazzjoni ta’ terzi partijiet - jew kombinazzjoni ta’ dawn - li għandhom riżorsi adegwati, sistemi ta’ ġestjoni u personal ta’ ħila u mħarreġ, kif ukoll mekkaniżmi robusti u effettivi għall-kontroll tal-konflitti tal-interess.

Il-gvern appunta korp/korpi biex jagħmlu x-xogħol ta’ verifika? Il-mandat (u r-responsabbiltajiet assoċjati) huwa ċari ta’ dominju pubbliku?

Il-korp ta’ verifika għandu r-riżorsi adegwati biex jagħmel il-verifika tad-definizzjoni tal-legalità u tas-sistemi għall-kontroll tal-katina tal-provvista tal-injam?

Il-korp ta’ verifika għandu sistema ta’ ġestjoni dokumentata li:

- Tiżgura l-kompetenza/esperjenza xierqa tal-persunal tal-korp ta’ verifika?

- Tapplika kontroll/superviżjoni interna?

- Tinkludi mekkaniżmi biex tivverifika l-konflitti tal-interess?

- Tiżgura t-trasparenza tas-sistema?

- Tiddefinixxi u tapplika metodoloġija ta’ verifika?

3.2. Verifika kontra d-definizzjoni ta’ legalità: Hemm definizzjoni ċara li tistabbilixxi dak li jrid jiġi verifikat. Il-metodoloġija ta’ verifika tiġi dokumentata u tiżgura li l-proċess huwa sistematiku, trasparenti, ibbażat fuq evidenza, jsir f’intervalli regolari u jkopri kollox li huwa inkluż fid-definizzjoni.

Il-metodoloġija ta’ verifika tkopri l-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u tinkludi testijiet ta’ konformità bl-indikaturi kollha speċifikati?

Il-verifika teħtieġ

- verifiki tar-rekords tal-operat tad-dokumentazzjoni u l-operazzjonijiet fil-post (inkluż mingħajr avviż minn qabel)?

- ġabra ta’ informazzjoni minn partijiet interessati esterni?

- manutenzjoni tar-rekords tal-verifiki li jippermettu l-verifika minn awdituri interni u l- IM?.

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet istituzzjonali huma definiti u applikati b’mod ċar?

Ir-riżultati tal-verifika kontraverifikati mad-definizzjoni ta’ legalità huma disponibbli għall-pubbliku? Kif jistgħu l-partijiet interessati jaċċedu għal din l-informazzjoni?

3.3. Verifika tas-sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ forniment: hekk ambitu ċar li jistabbilixxi xi jrid jiġi verifikat, li jkopri l-katina ta’ forniment kollha mill-qtugħ sal-esportazzjoni. Il-metodoloġija ta’ verifika hija dokumentata u tiżgura li l-proċess huwa sistematiku, ibbażat fuq evidenza u jsir f’intervalli regolari, u li jkopri kollox li hu inkluż fi ħdan l-ambitu, u jinkludi rikonċiljazzjoni regolari u fiż-żmien opportun tad-data bejn kull stadju fil-katina.

Il-metodoloġija ta’ verifika tkopri kompletament il-verifiki fuq il-kontrolli tal-katina tal-provvista? Dan jidher ċar fil-metodoloġija ta’ verifika?

X’evidenza hemm li turi l-applikazzjoni tal-verifika tal-kontroll tal-katina tal-provvista?

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet istituzzjonali huma definiti b’mod ċar u applikati?

Ir-riżultati tal-verifika fuq il-kontroll tal-katina tal-provvista huma disponibbli għall-pubbliku? Kif jistgħu l-partijiet interessati jaċċedu għal din l-informazzjoni?

3.4. Nuqqas ta’ konformità: Hemm mekkaniżmu effettiv u funzjonali biex tkun meħtieġa u infurzata azzjoni korrettiva fejn jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità.

Is-sistema ta’ verifika tiddefinixxi r-rekwiżit hawn fuq?

Qed jiġu żviluppati mekkaniżmi għall-ġestjoni tan-nuqqas ta’ konformità u applikati fil-prattika?

Hemm rekords xierqa disponibbli fuq in-nuqqas ta’ konformità identifikata u l-azzjonijiet korrettivi meħudin? Tiġi evalwata l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi?

X’informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità identifikat ssir ta’ dominju pubbliku?

Taqsima 4: Liċenzjar

Il-Gana assenjat Awtorità tal-Liċenzji bir-responsabbiltà totali għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT. Il-liċenzji FLEGT jinħarġu fuq il-bażi ta’ jew kunsinni individwali jew inkella parteċipanti tas-suq approvati.

4.1. Organizzazzjoni:

Liema korp għandu r-responsabbiltà biex joħroġ il-liċenzji FLEGT?

Ir-rwoli tal-awtorità tal-liċenzji u l-persunal tagħha fir-rigward tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT huma definiti b’mod ċar u disponibbli pubblikament?

Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma definiti u l-kontrolli interni stabbiliti għall-persunal tal-awtorità tal-liċenzji?

Il-korp tal-liċenzji għandu riżorsi adegwati biex jagħmel ix-xogħol tiegħu?

4.2. Ħruġ ta’ liċenzji

Il-korp tal-liċenzji għandu proċeduri dokumentati għall-ħruġ tal-liċenzji? Dawn huma disponibbli pubblikament inklużi kwalunkwe miżati li jridu jitħallsu?

X’evidenza hemm li turi li dawn il-proċeduri huma applikati sew fil-prattika?

Hemm rekords adegwati disponibbli fuq in-numri ta’ liċenzji maħruġa u miċħuda? Ir-rekords juru b’mod ċar l-evidenza li bbażat fuqha jinħarġu l-liċenzji?

4.3. Liċenzji bbażati fuq il-kunsinni

Il-liċenzja hija bbażata fuq kunsinni individwali?

Il-legalità tal-kunsinna tal-esportazzjoni tiġi evidenzjata permezz ta’ sistemi ta’ verifika u traċċabilità tal-gvern?

Ir-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji huma speċifikati b’mod ċar u disponibbli għall-esportatur?

X’informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa ssir ta’ dominju pubbliku?

Taqsima 5: Prinċipji dwar proċeduri ta’ monitoraġġ indipendenti

Il-Monitoraġġ Indipendenti (IM) huwa funzjoni indipendenti mill-korpi regolatorji tas-settur tal-foresti tal-Gana. Dan għandu l-għan li jipprovdi kredibilità lill-iskema tal-liċenzji FLEGT billi jivverifika li l-aspetti kollha tal-LAS tal-Gana jiġu operati kif suppost.

5.1. Arranġamenti istituzzjonali

5.1.1. Deżinjazzjoni tal-awtorità: Il-Gana awtorizzat formalment il-funzjoni ta’ monitoraġġ indipendenti u din topera b’mod effettiv u trasparenti.

5.1.2. Indipendenza tal-elementi l-oħra tal-LAS: Hemm separazzjoni ċara bejn l-organizzazzjonijiet u l-individwi li huma involuti fil-ġestjoni jew ir-regolamentazzjoni tar-riżorsi tal-foresta u dawk involuti fil-Monitoraġġ Indipendenti.

Il-gvern iddokumenta r-rekwiżiti ta’ indipendenza għall-osservatur terza parti (TPM)? Huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet jew l-individwi b’interess kummerċjali jew rwol istituzzjonali fis-settur tal-foresti tal-Gana ma jkunux eliġibbli biex jeżegwixxu l-funzjoni ta’ monitoraġġ ta’ terza parti?

5.1.3. Appuntar tal-Osservatur Terza Parti: Il-TPM ġie appuntat permezz ta’ mekkaniżmu trasparenti u hemm regoli ċari u disponibbli pubblikament dwar l-operat tiegħu.

Il-gvern għamel it-termini ta’ referenza għat-TPM disponibbli għall-pubbliku?

Il-gvern iddokumenta l-proċeduri għall-appuntar tat-TPM u għamilhom disponibbli għall-pubbliku?

5.1.4. Stabbiliment ta’ mekkaniżmu għall-ilmenti: Hemm mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-ilmenti u t-tilwim li jqumu mill-monitoraġġ indipendenti. Dan il-mekkaniżmu huwa xieraq biex jittratta kwalunkwe lment dwar l-operat tal-iskema tal-liċenzji.

Jeżisti mekkaniżmu tal-ilmenti dokumentat li huwa disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

Huwa ċar kif l-ilmenti jiġu rċevuti, dokumentati, eskalati (fejn neċessarju) u mwieġba?

5.2. Osservatur Terza Parti

5.2.1. Rekwiżiti organizzattivi u tekniċi: It-TPM huwa indipendenti minn komponenti oħra tas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità u jopera skont struttura, politika u proċeduri ta’ ġestjoni dokumentati li jissodisfaw l-aħjar prattika aċċettata internazzjonalment.

It-TPM jopera skont sistema ta’ ġestjoni dokumentata li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Gwida tal-ISO 62, 65, jew standards simili?

5.2.2. Metodoloġija ta’ monitoraġġ: Il-metodoloġija tat-TPM hija bbażata fuq evidenza u ssir f’intervalli minimi speċifikati

Il-metodoloġija tat-TPM tibbaża s-sejbiet kollha fuq evidenza oġġettiva dwar il-funzjonament tal-LAS?

Il-metodoloġija tat-TPM tispeċifika l-intervalli massimi li fihom irid jiġi verifikat kull element tat-TLAS?

5.2.3. Ambitu tal-monitoraġġ: It-TPM jopera skont it-termini ta’ referenza li jispeċifikaw b’mod ċar xi jrid jiġi monitorjat u li jkopru r-rekwiżiti kollha miftehma għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.

Il-metodoloġija tat-TPM tkopri l-elementi kollha tal-LAS u tispeċifika t-testjiet prinċipali tal-effettività?

5.2.4. Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ: It-TPM jirrapporta regolarment lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u Reviżjoni dwar l-integrità tal-iskema ta’ assigurazzjoni tal-legalità, inkluż dwar in-nuqqas ta’ konformità, kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu tal-azzjonijiet korrettvi biex jindirizzaw dan.

It-termini ta’ referenza tat-TPM jispeċifikaw ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ u l-intervalli tar-rapportaġġ?

[1] http://ec.europa.eu/development/policies/9interventionareas/environment/forest/flegt_briefing_notes_en.cfm

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

SKEDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM

| | Sena [1] 1 | Sena 2 | Sena 3 |

Nru | Ġrajjiet Importanti | Q1 | Q2 | Q3 | Q4 | Q5 | Q6 | Q7 | Q8 | Q9 | Q10 | Q11 | Q12 |

1 | Bini tal-Kapaċitajiet | | | | | | | | | | | | |

2 | Kampanja ta’ Għarfien tal-VPA | | | | | | | | | | | | |

3 | Għażla tal-Fornitur tal-WTS | | | | | | | | | | | | |

4 | Introduzzjoni ta’ Leġiżlazzjoni Sussidjarja | | | | | | | | | | | | |

5 | It-TVD Stabbilit | | | | | | | | | | | | |

6 | Tibda l-fażi pilota tal-LAS | | | | | | | | | | | | |

7 | Il-fażi pilota tal-LAS tiġi reviżjonata | | | | | | | | | | | | |

8 | L-LAS Implimentata man-Nazzjon Kollha | | | | | | | | | | | | |

9 | Tibda l-Promozzjoni tal-Prodotti FLEGT | | | | | | | | | | | | |

10 | Prodotti bil-liċenzja FLEGT jiġu esportati | | | | | | | | | | | | |

11 | L-UE lesta biex timporta l-prodotti FLEGT | | | | | | | | | | | | |

12 | L-Osservatur Indipendenti jiġi appuntat | | | | | | | | | | | | |

13 | Il-Politiki tal-Akkwist jiġu Introdotti | | | | | | | | | | | | |

14 | Promozzjoni ta’ injam legali verifikat fis-Suq Domestiku | | | | | | | | | | | | |

15 | Reviżjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet tal-foresta | | | | | | | | | | | | Xahar 48 |

[1] Sena 1 tibda meta l-ftehim jiġi ffirmat

--------------------------------------------------

ANNESS IX

MIŻURI TA’ APPOĠĠ GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-VPA

Ir-ristrutturazzjoni tal-industrija u l-espansjoni tal-pjantazzjonijiet għandhom jilgħabu rwol importanti fil-kisba tal-viżjoni ta’ settur tal-foresti sostenibbli tal-Gana. Ir-ristrutturazzjoni tal-industrija għandha teħtieġ bini tal-kapaċitajiet mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u ċ-ċentru tat-taħriġ tal-industrija tal-injam, ir-rikapitalizzazzjoni u l-attrezzar mill-ġdid tal-industrija tal-ipproċessar tal-injam sabiex tappoġġa l-ipproċessar downstream. L-iżvilupp tal-pjantazzjonijiet, li – minbarra l-espansjoni tal-forniment tal-injam domestiku – għandu joħloq opportunitajiet għal attivitajiet relatati mal-CDM, għandu jeħtieġ riformi tal-art, l-iżvilupp ta’ arranġamenti għat-taqsim ta’ benefiċċji u livelli sinifikanti ta’ investiment.

L-implimentazzjoni tal-VPA, li għandu joħloq l-ambjent ta’ faċilitazzjoni għal dawn l-investimenti, għandu jeħtieġ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ Skema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità, riformi legali, promozzjoni tal-kummerċ u l-bini tal-kapaċitajiet assoċjati, kif ukoll miżuri ffukati fuq is-suq domstiku. Hawn taħt qed jingħata sommarju tal-miżuri ta’ appoġġ meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-VPA.

1. Żvilupp tal-LAS

1.1. Bini tal-Kapaċitajiet ta’

1.1.1. id-Diviżjoni tas-Servizzi tal-Foresta

1.1.2. id-Diviżjoni tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Injam

1.1.3. iċ-Ċentru għall-Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Foresta

1.1.4. l-Infrastruttura tal-ICT li tappoġġa l-konnessjoni tal-industrija tal-injam mal-WTS

1.2. Monitoraġġ indipendenti

1.3. Twaqqif tat-TVD/TVC

1.4. MLFM (JMRM)

2. Rekwiżiti Oħra għall-Bini tal-Kapaċitajiet

2.1. Aġenziji oħra relatati mal-VPA (CEPS, Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali, MoFEP)

2.2. Soċjetà Ċivili

2.3. Assoċjazzjonijiet tal-Kummerċ

3. Riformi Legali

3.1. Introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni sussidjarja

3.2. Reviżjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet tal-foresta

4. Promozzjoni tal-Kummerċ

4.1. Promozzjoni tal-liċenzji FLEGT

4.2. Promozzjoni ta’ prodotti legali verifikati

4.3. Promozzjoni ta’ politika tal-akkwisti fil-Gana

5. Suq Domestiku

5.1. Promozzjoni tar-regolamentazzjoni tas-suq domestiku

5.2. Promozzjoni ta’ mezzi ta’ għajxien alternattivi

5.3. Żvilupp tal-ipproċessar tal-injam tal-lastku u l-bambù

5.4. Promozzjoni tal-ipproċessar u l-użu tal-LUS

--------------------------------------------------