29.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/57


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-11 ta' Ottubru 2004, jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, f'konformità mal-Artikolu 100.