1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/36


DEĊIŻJONI Nru 3/2009 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI TAL-AKP-KE

tal-5 ta’ Ġunju 2009

li ġġedded il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2009/503/KE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku (“l-AKP”) min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut bil-Ftehim (2) li jemenda dak il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(7) tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni Nru 2/2008 tas-7 ta’ Marzu 2008, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE ħatar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (tliet membri tal-UE u tliet membri tal-AKP) għal mandat ta’ ħames snin, soġġett għal reviżjoni wara sena għall-membri tal-UE u wara sentejn u nofs għall-membri tal-AKP.

(2)

L-Unjoni Ewropea wriet l-intenzjoni tagħha li ġġedded il-membri tal-UE għal dan il-Bord għall-bqija tal-mandat li għad fadal, u li tippreżenta l-ismijiet ta’ tliet kandidati ġodda.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru l-membri ġodda għall-Bord Eżekuttiv,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi b’sostituzzjoni tas-Sur Jens Peter BREITENGROSS, is-Sur Philippe GAUTIER u s-Sur Sean MAGEE:

Is-Sur Bayo AKINDEINDE, is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI u s-Sinjura Vera VENCLIKOVA.

Artikolu 2

Għaldaqstant, u għall-bqija tal-mandat, jiġifieri tas-6 ta’ Marzu 2013, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI huwa magħmul kif ġej:

Is-Sur Ibrahim IDDI ANGO,

Is-Sur Adrien SIBOMANA,

Is-Sinjura Valerie Patricia VEIRA,

Is-Sur Bayo AKINDEINDE,

Is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI,

Is-Sinjura Vera VENCLIKOVA.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE

Il-President

Joseph MA’AHANUA


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.