|
19.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/1 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUMITAT
tas-16 ta’ Mejju 2008
li taġġorna r-referenzi ġuridiċi fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku rigward il-valutazzjoni tal-konformità
(2009/455/KE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku rigward il-Valutazzjoni tal-Konformità (il-Ftehim) iffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999, u partikolarment l-Artikoli 10(4)(e), 10(5) u 18(2) tiegħu;
Filwaqt li l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002,
Filwaqt li l-Kumitat għandu jieħu deċiżjoni biex jirrevedi r-referenzi ġuridiċi elenkati fl-Anness tal-Ftehim;
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Ir-referenzi ġuridiċi fl-Anness huma aġġornati fl-Anness 1 tal-Ftehim. |
|
2. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-Ko-Presidenti jew minn persuni oħra awtorizzati jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data ta’ meta ssir l-aħħar firma. |
Iffirmata f’Bern, is-16 ta’ Mejju 2008
F’isem il-Konfederazzjoni Żvizzera
Heinz HERTIG
Iffirmata fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2008
F’isem il-Komunità Ewropea
Fernando PERREAU DE PINNINCK
ANNESS
“ANNESS 1
SETTURI TAL-PRODOTTI
Dan l-Anness jinqasam fil-Kapitoli li ġejjin skont is-settur:
|
Kapitolu 1 |
Makkinarju |
|
Kapitolu 2 |
Tagħmir protettiv personali |
|
Kapitolu 3 |
Ġugarelli |
|
Kapitolu 4 |
Tagħmir mediku |
|
Kapitolu 5 |
Apparat tal-gass u bojlers |
|
Kapitolu 6 |
Kontenituri tal-pressa |
|
Kapitolu 7 |
Tagħmir tar-radju u tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet |
|
Kapitolu 8 |
Tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi |
|
Kapitolu 9 |
Tagħmir elettriku u kompatibilità elettromanjetika |
|
Kapitolu 10 |
Impjanti u tagħmir tal-bini |
|
Kapitolu 11 |
Strumenti tal-kejl u imballaġġi lesti |
|
Kapitolu 12 |
Vetturi bil-magni |
|
Kapitolu 13 |
Trakters agrikoli u tal-foresterija |
|
Kapitolu 14 |
Prassi tal-laboratorju tajba |
|
Kapitolu 15 |
Spezzjonijiet tal-Prassi Tajba tal-Manifattura tal-prodotti mediċinali u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Lottijiet |
|
Kapitolu 16 |
Prodotti għall-bini |
KAPITOLU 1
MAKKINARJU
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1.), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1). |
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tad-19 ta' Marzu 1976 dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1977 2370), kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 1993 (RO 1995 2766) |
|
101. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2770) kif emendata fis-27 ta' Marzu 2002 (RO 2002 853) |
|
|
102. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2783) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra ta' korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 98/37/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Makkinarju użat
Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi elenkati fit-taqsima I ma għandhomx ikunu applikabbli għal makkinarju użat.
Il-prinċipju li jinsab fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli, madankollu, għal makkinarju mqiegħed legalment fis-suq u/jew imdaħħal fis-servizz minn waħda mill-Partijiet u esportat bħala makkinarju użat lejn is-suq tal-Parti l-oħra.
Id-dispożizzjonijiet l-oħrajn li jirrigwardjaw il-makkinarju użat, pereżempju dawk li jirrigwardjaw is-sikurezza fil-post tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-istat li jimporta, għandhom jibqgħu applikabbli.
KAPITOLU 2
TAGĦMIR PROTETTIV PERSONALI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 89/686/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1882/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tad-19 ta' Marzu 1976 dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1977 2370), kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 1993 (RO 1995 2766) |
|
101. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2770) kif emendata fis-27 ta' Marzu 2002 (RO 2002 853) |
|
|
102. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2783) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 89/686/KEE.
KAPITOLU 3
ĠUGARELLI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1), u kkoreġuta bir-Rettifika ĠU L 281, 14.10.1988, p. 55 u ĠU L 37, 9.2.1991, p. 42), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1). |
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tad-9 ta' Ottubru 1992 dwar prodotti u prodotti tal-ikel (RO 1995 1469) kif emendata l-aħħar fil-21 ta' Marzu 2003 (RO 2003 4803) |
|
101. |
L-Ordinanza tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-ikel u l-prodotti (RO 2005 5451), kif emendata l-aħħar fil-15 ta' Novembru 2006 (RO 2006 4909) |
|
|
102. |
L-Ordinanza ta' EDI tas-27 ta' Marzu 2002 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (RO 2002 1082), kif emendata l-aħħar fil-15 ta' Novembru 2006 (RO 2006 5157) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 88/378/KEE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Informazzjoni li tikkonċerna ċ-ċertifikati u l-fajl tekniku
Skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 88/378/KEE, l-awtoritajiet tal-ħatra jistgħu fuq talba jiksbu kopja taċ-ċertifikat u, fuq talba motivata, kopja tal-fajl tekniku u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li saru.
2. Notifika dwar ir-raġunijiet taċ-ċaħda mill-korpi approvati
Bi qbil mal-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 88/378/KEE, il-korpi Żvizzeri għandhom jinfurmaw lil-Uffiċċju Federali Żvizzeru dwar is-Saħħa Pubblika meta huma jirrifjutaw li joħorġu ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-KE. L-Uffiċċju Federali għandu wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar dan.
KAPITOLU 4
TAGĦMIR MEDIKU
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
|
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi, kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
|
|
3. |
Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1), kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) u kkoreġuta bir-Rettifika (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 75 u ĠU L 6, 10.1.2002, p. 70) |
|
|
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/364/KE tas-7 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 131, 16.5.2002, p. 17) |
|
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/12/KE tat-3 ta' Frar 2003 dwar ir-riklassifikazzjoni tal-impjanti tas-sider fil-kwadru tad-Direttiva 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (ĠU L 28, 4.2.2003, p. 43) |
|
|
6. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE tat-23 ta' April 2003 li tintroduċi speċifikazzjonijiet iddettaljati rigward il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KE rigward i l-mezzi mediċi ffabbrikati li jutilizzaw it-tessuti ta' oriġini mill-annimali (ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18) u kkoreġuta bir-Rettifika (ĠU L 6, 8.1.2005, p. 10) |
|
|
7. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/50/KE tal-11 ta' Awwissu 2005 dwar ir-riklassifikazzjoni ta' sostituzzjoni tal-għadma tal-ġenb, tal-irkoppa u tal-ġogi u tal-ispalla fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar tagħmir mediku (ĠU L 210, 12.8.2005, p. 41) |
|
|
8. |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-importazzjoni u t-tranżitu ta' ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98) |
|
|
9. |
Id-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fl-20 ta' Diċembru 2006 (RO 2006 5599) |
|
101. |
Il-Liġi Federali tal-24 ta' Ġunju 1902 dwar installazzjonijiet elettriċi b’kurrent baxx u qawwi (RO 19 252 u RS 4 798), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
|
102. |
Il-Liġi Federali tad-9 ta' Ġunju 1977 dwar il-metroloġija (RO 1977 2394), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
|
103. |
Il-Liġi Federali tat-22 ta' Marzu 1991 dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni (RO 1994 1933), kif emendata l-aħħar fil-21 ta' Marzu 2003 (RO 2004 4719) |
|
|
104. |
L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar it-tagħmir mediku (RO 2001 3487) kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Mejju 2005 (RO 2005 2695) |
|
|
105. |
L-Ordinanza tat-18 ta' April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali u prodotti tal-annimali (RO2007 1847) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fl-Anness XI tad-Direttiva 93/42/KEE, fl-Anness 8 tad-Direttiva 90/385/KEE, u fl-Anness IX tad-Direttiva 98/79/KE, fir-rigward tal-korpi maħtura skont dawk id-Direttivi.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Ir-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid tat-tagħmir fis-suq
Kwalunkwe manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jqiegħed fis-suq ta' waħda mill-Partijiet it-tagħmir mediku msemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 93/42/KEE jew l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/79/KE għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li fiha huwa jkollu l-post irreġistrat tan-negozju tiegħu bid-dettalji msemmija f’dak l-Artikolu. Il-Partijiet għandhom jirrikonoxxu r-reġistrazzjoni reċiprokament. Il-manifattur ma għandux ikun obbligat li jaħtar persuna responsabbli għat-tqegħid tat-tagħmir fis-suq stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra.
2. L-ittikkettjar tat-tagħmir mediku
Il-manifatturi miż-żewġ Partijiet għandhom jindikaw l-isem tagħhom, jew l-isem tal-kummerċ, u l-indirizz fuq it-tikketta tat-tagħmir mediku kif speċifikat fil-punt 13.3(a) tal-Anness 1 tad-Direttiva 93/42/KEE u t-tagħmir mediku djanjostiku in vitro speċifikat fil-punt 8.4(a) tal-Anness 1, tad-Direttiva 98/79/KE. Huma ma għandhomx ikunu obbligati jindikaw l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir, tar-rappreżentant jew tal-importatur stabbilit fit-territorju tal-Parti l-oħra, fuq it-tikketta, fuq l-imballaġġ estern jew fuq l-istruzzjonijiet għall-użu.
Għat-tagħmir impurtat minn pajjiżi terzi, minħabba d-distribuzzjoni tagħhom fil-Komunità u l-Iżvizzera, it-tikketta, jew l-imballaġġ estern, jew l-istruzzjonijiet għall-użu, għandu jkollhom l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat uniku tal-manifattur stabbilit fil-Komunità jew l-Iżvizzera, skont il-każ.
3. Skambju ta' informazzjoni
Bi qbil mal-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom partikolarment iwettqu skambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/385/KEE u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/42/KEE u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/79/KE.
4. Bank tad-dejta Ewropew
L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandu jkollhom aċċess għall-banek tad-dejta Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 98/79/KE u l-Artikolu 14a tad-Direttiva 93/42/KEE. Dawn għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u/jew lill-korp responsabbli għat-tmexxija tal-bank tad-dejta, id-dejta stipulata f’dawk l-Artikoli u miġbura fl-Iżvizzera, biex tiddaħħal fil-bank tad-dejta Ewropew.
KAPITOLU 5
APPARAT TAL-GASS U BOJLERS
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(1)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17), kif emendata sussegwentement |
|
L-Iżvizzera |
100. |
L-Ordinanza tas-16 ta' Diċembru 1985 dwar il-Kontroll tat-Tniġġis tal-Ajru (OAPC) (L-Annessi 4 u 3) (RS 814 318 142.1), kif emendata sussegwentement |
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1). |
|
L-Iżvizzera |
101. |
Il-Liġi Federali tad-19 ta' Marzu 1976 dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1977 2370), kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 1993 (RO 1995 2766) |
|
102. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2770) kif emendata fis-27 ta' Marzu 2002 (RO 2002 853) |
|
|
103. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2783) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 90/396/KEE.
KAPITOLU 6
KONTENITURI TAL-PRESSA
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(1)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 84/525/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' ċilindri tal-gass tal-azzar mingħajr ġonot (ĠU L 300, 19.11.1984, p. 1), kif emendata sussegwentement |
|||
|
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 84/526/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' ċilindri tal-gass mingħajr ġonot, tal-aluminju mhux imħallat u tal-liga tal-aluminju (ĠU L 300, 19.11.1984, p. 20), kif emendata sussegwentement |
||||
|
3. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 84/527/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' ċilindri tal-gass iwweldjati tal-azzar mhux ligat (ĠU L 300, 19.11.1984, p. 48), kif emendata sussegwentement |
||||
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 20), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/2/KE tal-4 ta' Jannar 2001 (ĠU L 005, 10.1.2001, p. 4), kif emendata sussegwentement |
||||
|
L-Iżvizzera |
100. |
Ebda leġiżlazzjoni marbuta mad-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE. |
|||
|
101. |
Marbuta mad-Direttiva 1999/36/KE:
|
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
5. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta ma' tankijiet sempliċi tal-pressjoni (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1) |
|
6. |
Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' apparat ta' pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1) kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). |
|
|
L-Iżvizzera |
102. |
Il-Liġi Federali tad-19 ta' Marzu 1976 dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1977 2370), kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 1993 (RO 1995 2766) |
|
103. |
L-Ordinanza tal-20 ta' Novembru 2002 dwar is-sikurezza tal-kontenituri bi pressa sempiċi (RO 2003 107) |
|
|
104 |
L-Ordinanza tal-20 ta' Novembru 2002 dwar is-sikurezza tal-kontenituri bi pressa sempliċi (RO 2003 38) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 87/404/KE, l-Annessi IV jew V tad-Direttiva 97/23/KE jew l-Annessi I, II jew III tad-Direttiva 99/36/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Rikonoxximent taċ-ċertifikati u l-marki tal-konformità
B’deroga mill-Artikolu 1(2) ta' dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati u l-marki tal-konformità tal-kontenituri tal-pressa trasportabbli mad-Direttiva 99/36/KE li nħarġu mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità rikonoxxuti skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim.
2. Id-dokumentazzjoni teknika
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew, fejn l-ebda wieħed minn dawn ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, li jkollhom disponibbli d-dokumenti tekniċi meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.
Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
KAPITOLU 7
TAGĦMIR TAR-RADJU U TAGĦMIR TAT-TERMINALI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONIJIET
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
|
2. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/299/KE tas-6 ta' April 2000 li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-bidu ta' tagħmir tar-radju u ta' tagħmir ta' terminali tat-telekomunikazzjonijiet u ta' identifikanti assoċjati (ĠU L 97, 19.4.2000, p. 13) |
|
|
3. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat tar-radju kopert taħt l-arranġament reġjonali dwar is-servizz ta' radju telefown fuq passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 50) |
|
|
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal tagħmir ta' komunikazzjoni bir-radju tal-baħar maħsub li jiġi armat fuq bastimenti mibnija biex jaqsmu l-ibħra mhux SOLAS u li huwa maħsub li jieħu sehem fis-sistema globali ta' għawġ u sigurtà marittima (GMDSS) u li mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir tal-baħar (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 52) |
|
|
5. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/148/KE tal-21 ta' Frar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal sinjali ta' valanga (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 65). |
|
|
6. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE tal-4 ta' Settembru 2003 fuq il-ħtiġiet essenzjali relattivi għall-apparat ta' komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54) |
|
|
7. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/53/KE tal-25 ta' Jannar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tagħmir tar-radju li għandu bħala għan il-parteċipazzjoni fis-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 14) |
|
|
8. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/631/KE tad-29 ta' Awwissu 2005 dwar rekwiżiti essenzjali kif imsemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/5/KE li jiżguraw l-aċċess lis-servizzi tal-emerġenza għall-emittenti ta' sinjali ta' lokalizzazzjoni Cospas-Sarsat (ĠU L 225, 31.8.2005, p. 28) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tat-30 ta' April 1997 dwar it-Telekomunikazzjonijiet (LTC); (RO 1997 2187), kif emendata l-aħħar fl-24 ta' Marzu 2006 (RO 2007 737 u 921) |
|
101. |
Il-Liġi Federali tal-14 ta' Ġunju 2002 dwar it-tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet; (RO 2002 2086) kif emendata l-aħħar fis-16 ta' April 2008 (RO 2008 1903) |
|
|
102. |
L-Ordinanza tal-14 ta' Ġunju 2002 tal-Uffiċċju Federali tal-Komunikazzjonijiet dwar it-tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet (RO 2002 2111) kif emendata fis-17 ta' Settembru 2007 (RO 2007 4427) |
|
|
103. |
L-Anness 1 tal-Ordinanza tal-Uffiċċju Federali tal-Komunikazzjonijiet dwar it-tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet (RO 2002 2111), kif emendata l-aħħar fil-21 ta' Novembru 2005 (RO 2005 5139) |
|
|
104. |
Lista ta' standards tekniċi ppubblikati fil-Feuille Fédérale bit-titli u r-referenzi, kif emendata l-aħħar fid-9 ta' Ottubru 2007 (FF 2007 6431) |
|
|
105. |
L-Ordinanza tad-9 ta' Marzu 2007 dwar is-servizzi tat-Telekomunikazzjonijiet (RO 2007 945) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 1999/5/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. TCAM
L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bħala osservatur fix-xogħol tat-TCAM u ta' dak tas-sottogruppi tiegħu.
2. Is-sorveljanza tas-suq
Il-partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-awtoritajiet stabbiliti fit-territorju tagħhom responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' sorveljanza involuti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom kif stipulat fit-Taqsima I.
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-korpi maħtura għal dan il-għan.
3. Interfaces regolati
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-interfaces li jkunu rregolaw fit-territorju tagħhom. Huma u jistabbilixxu l-ekwivalenza tal-interfaces innotifikati u d-determinazzjoni tal-identifikaturi tal-klassi tat-tagħmir, il-Komunità Ewropea għandha tqis l-interfaces irregolati fl-Iżvizzera.
4. L-Interfaces offruti mill-operaturi pubbliċi tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-interfaces offruti fit-territorju tagħhom mill-operaturi tan-netwerks pubbliċi tat-telekomunikazzjonijiet.
5. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali
Meta l-Kummissjoni tkun biħsiebha tadotta deċiżjoni biex tapplika rekwiżit stipulat fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 1999/5/KE, għandha tikkonsulta l-Iżvizzera dwar il-kwistjoni qabel ma tibgħatha formalment lill-Kumitat.
Meta l-Iżvizzera tkun biħsiebha tadotta regolament tekiniku u amministrattiv biex tapplika rekwiżit stipulat fl-Artikolu 7.4 tal-Ordinanza dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet, għandha tikkonsulta lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni qabel ma tibgħatha formalment lill-Kumitat.
6. Awtorizzazzjoni għall-iskonnessjoni
Meta waħda mill-Partijiet tqis li l-apparat iddikjarat konformi mal-leġiżlazzjoni jikkawża ħsara serja lil netwerk jew interferenza radjuelettrika, jew degradazzjoni ta' netwerk jew l-operat tiegħu, u dik il-Parti tkun awtorizzat lill-operatur biex jirrifjuta konnessjoni tat-tagħmir, jiskonnettjah jew jirtirah mis-servizz, din għandha tinforma lill-Parti l-oħra b’din l-awtorizzazzjoni.
7. Standards armonizzati
Meta l-Iżvizzera tqis li l-konformità ma' standard armonizzat ma jagħtix garanzija li r-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni tagħha kif elenkati fit-Taqsima I jkunu sodisfatti, għandha tinforma lill-Kumitat u tagħti r-raġunijiet tagħha.
Il-Kumitat għandu jqis il-każ u jista' jitlob lill-Komunità Ewropea biex taġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/5/KE. Il-Kumitat għandu jiġi infurmat bir-riżulat tal-proċedura.
8. Notifika reċiproka dwar it-tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju li jikkonforma mar-rekwiżiti iżda li mhux maħsub biex jintuża fl-ispettru ta' waħda mill-partijiet.
Meta kwalunkwe waħda mill-Partijiet tadotta miżura xierqa għall-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq tagħha u/jew titlob l-irtirar mis-suq tagħha ta' tagħmir tal-komunikazzjonijiet bir-radju, inklużi tipi ta' tagħmir tar-radju li kkawżaw jew li raġonevolment tqis li se jikkawżaw interferenza dannuża, inkluż interferenza ma' servizzi eżistenti jew ippjanati fuq faxex tal-frekwenza allokati nazzjonalment, għandha tinnotifika lill-parti l-oħra b’dan u tagħti r-raġunijiet tagħha u ssemmi l-pajjiżi kkonċernati.
9. Il-klawżola tas-salvagwardja marbuta mal-prodotti industrijali
|
9.1. |
Meta kwalunkwe waħda mill-Partijiet tieħu miżura biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' installazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet iddikjarata li hi f’konformità mad-Direttiva 1999/5/KE, għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tgħid kif ġie stabbilit dan in-nuqqas ta' konformità. |
|
9.2. |
Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-miżura u l-evidenza ppreżentata lilhom, u għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom lil xulxin. |
|
9.3. |
Jekk il-Partijiet jaqblu dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li prodotti tali ma jitqiegħdux fis-suq. |
|
9.4. |
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, il-każ għandu jintbagħat quddiem il-Kumitat li jista' jiddeċiedi li jwettaq valutazzjoni esperta. |
|
9.5. |
Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun
|
KAPITOLU 8
TAGĦMIR U SISTEMI PROTETTIVI MAĦSUBA GĦALL-UŻU F’ATMOSFERI POTENZJALMENT SPLUSSIVI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) u kkoreġuta mill-Corrigenda (ĠU L 21, 26.1.2000, p. 42 u ĠU L 304, 5.12.2000, p. 19) |
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tal-24 ta' Ġunju 1902 dwar installazzjonijiet elettriċi b’kurrent baxx u qawwi (RO 19 252 u RS 4 798), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
101. |
L-Ordinanza tat-2 ta' Marzu 1998 dwar is-sikurezza ta' tagħmir u sistemi protettivi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi (RO 1998 963) kif emendata fit-2 ta' Frar 2000 (RO 2002 763) |
|
|
102. |
Il-Liġi Federali tad-19 ta' Marzu 1976 dwar is-sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1977 2370), kif emendata l-aħħar fit-18 ta' Ġunju 1993 (RO 1995 2766) |
|
|
103. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar sikurezza tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2770) kif emendata fis-27 ta' Marzu 2002 (RO 2002 853) |
|
|
104. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità tal-installazzjonijiet tekniċi u t-tagħmir tekniku (RO 1995 2783) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness XI tad-Direttiva 94/9/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju ta' informazzjoni
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità rikonoxxuti skont dan il-Ftehim għandhom jipprovdu lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità l-oħra bl-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati u l-addizzjonijiet tal-eżami tat-tip tal-KE maħruġa u rtirati kif ukoll l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa u rtirati kif stipulat, rispettivament, fil-punt 7 tal-Anness III, il-punt 6 tal-Anness IV u l-punt 6 tal-Anness VII tad-Direttiva 94/9/KE. Barra minn hekk, għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità l-oħra, l-annessi taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-KE maħruġa skont kif stipulat fil-punt 8 tal-Anness III tad-Direttiva 94/9/KE.
2. Id-dokumentazzjoni teknika
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew, fejn l-ebda wieħed minn dawn ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, li jkollhom disponibbli d-dokumenti tekniċi meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.
Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
KAPITOLU 9
TAGĦMIR ELETTRIKU U KOMPATIBILITÀ ELETTROMANJETIKA
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10) |
|
2. |
Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE, (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tal-24 ta' Ġunju 1902 dwar installazzjonijiet elettriċi b’kurrent baxx u qawwi (RO 19 252 u RS 4 798), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
101. |
L-Ordinanza tat-30 ta' Marzu 1994 dwar installazzjonijiet elettriċi b’kurrent baxx (RO 1994 1185) kif emendata l-aħħar fit-2 ta' Frar 2000 (RO 2000 734) |
|
|
102. |
L-ordinanza tat-30 ta' Marzu 1994 dwar installazzjonijiet elettriċi b’kurrent qawwi (RO 1994 1199) kif emendata l-aħħar fit-8 ta' Diċembru 1997 (RO 1998 54) |
|
|
103. |
L-Ordinanza tad-9 ta' April 1997 dwar tagħmir b’vultaġġ baxx (RO 1997 1016) kif emendata l-aħħar fit-2 ta' Frar 2000 (RO 2000 734 u 764) |
|
|
104. |
L-Ordinanza tad-9 ta' April 1997 dwar il-kompatibilità elettromanjetika (RO 1997 1008), kif emendata l-aħħar fl-4 ta' Diċembru 2000 (RO 2000 3012) |
|
|
105. |
Il-Liġi Federali tal-14 ta' Ġunju 2002 dwar it-tagħmir tat-Telekomunikazzjonijiet; (RO 2002 2086) kif emendata l-aħħar fid-9 ta' Marzu 2007 (RO 2007 995) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 2004/108/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Id-dokumentazzjoni teknika
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, li jkollhom disponibbli d-dokumenti tekniċi meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.
Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
2. Indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-manifattur
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, jew fejn l-ebda wieħed minn dawn ma' jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti stabbiliti fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet, li jindikaw isimhom jew l-isem kummerċjali jew l-indirizz tagħhom kif speċifikat fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2004/108/KE. Dawn ma għandhomx jiġu obbligati jkunu stabbiliti jew jaħtru rappreżentant fit-territorju tal-Parti fejn il-prodotti jitqiegħdu fis-suq sabiex jissodisfaw dik id-dispożizzjoni.
3. Korpi tal-istandardizzazzjoni
Bi qbil mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/95/KE, il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar il-korpi responsabbli għat-tħejjija tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva.
4. Korpi notifikati
Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar, u reċiprokament jirrikonoxxu, il-korpi li jkunu responsabbli għat-tħejjija tar-rapporti tekniċi u/jew taċ-ċertifikati skont l-Artikoli 8(2) u9(3) tad-Direttiva 2006/95/KEE kif ukoll dawk li saru responsabbli għall-kompiti deskritti fl-Anness III tad-Direttiva 2004/108/KE.
5. Il-klawżola tas-salvagwardja
Meta kwalunkwe waħda mill-Partijiet tieħu miżura biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' prodott iddikjarat li jkun f’konformità mad-Direttiva 2004/108/KE, għandha tinforma minnufih lill-Parti l-oħra u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u tgħid kif ġie stabbilit dan in-nuqqas ta' konformità.
Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-miżura u l-evidenza ppreżentata lilhom, u għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom lil xulxin.
Jekk il-Partijiet jaqblu dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li prodotti tali ma jitqiegħdux fis-suq.
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, il-każ għandu jintbagħat quddiem il-Kumitat li jista' jiddeċiedi li jwettaq valutazzjoni esperta.
Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun
|
(a) |
mhux ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Parti li ħadet il-miżura għandha tirtiraha; |
|
(b) |
ġustifikata, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-prodotti ma jitqiegħdux fis-suq. |
KAPITOLU 10
IMPJANTI U TAGĦMIR TAL-BINI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44) u kkoreġuta bir-Rettifika (ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35) |
|
L-Iżvizzera |
100. |
L-Ordinanza tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-emissjonijiet ta' storbju fl-ambjent minn tagħmir li jintuża barra (RO 2007 2827) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u dawk il-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Fejn jinsab il-manifattur
B’deroga mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/14/KE, għandu jkun biżżejjed li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew, fejn ebda wieħed minnhom ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ikun stabbilit fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet.
2. Skambju ta' informazzjoni
Skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom partikolarment iwettqu skambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 14(3) tad-Direttiva 2000/14/KEE.
Barra minn hekk, il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan il-Ftehim għandhom jipprovdu lill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità l-oħra bl-informazzjoni dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa u rtirati kif stipulat fil-punt 6 tal-Anness VII tad-Direttiva 2000/14/KE.
3. Ġbir tad-dejta dwar l-istorbju
L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-dejta stabbilita skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/14/KE. Dawn għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u/jew il-korp responsabbli għat-tmexxija tal-bażi tad-dejta, id-dejta stipulata f’dan l-Artikolu kif miġbura fl-Iżvizzera għad-dħul fil-bażi tad-dejta.
KAPITOLU 11
STRUMENTI TAL-KEJL U IMBALLAĠĠI LESTI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(1)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/347/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl tal-massa standard ta' kull volum ta' ħażna ta' ċereali (ĠU L 239, 25.10.1971, p. 1.), kif emendata sussegwentement |
|
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/349/KEE tat-12 ta' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kalibrar tat-tankijiet ta' bastimenti (ĠU L 239, 28.10.1971, p. 15), kif emendata sussegwentement |
|
|
3. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/765/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' meters tal-alkoħol u hydrometers tal-alkoħol (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 143), kif emendata sussegwentement |
|
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/217/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-gauges tal-pressjoni tat-tajer għall-vetturi bil-mutur (ĠU L 152, 6.6.1986, p. 48), kif emendata sussegwentement |
|
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prekondizzjonament bil-volum ta' ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1), kif emendata sussegwentement |
|
|
6. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta' kejl (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14), kif emendata sussegwentement |
|
|
7. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1), kif emendata sussegwentement |
|
|
8. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/232/KEE tal-15 ta' Jannar 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-firxa ta' kwantitajiet nominali u kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 51, 25.2.1980, p. 1), kif emendata sussegwentement |
|
|
9. |
Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17) applikabbli mill-11 ta' April 2009 |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
L-Ordinanza tat-8 ta' Ġunju 1998 dwar il-kejl u d-dikjarazzjoni tal-kwantità tal-merkanzija fil-kummerċ (RS 941 281), kif emendata sussegwentement |
|
101. |
L-Ordinanza tat-12 ta' Ġunju 1998 dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet dwar l-ippakkjar industrijali li jsir minn qabel (RS 941 281.1), kif emendata sussegwentement |
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
|
10. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva ta-Kummissjoni 2007/13/KEE tas-7 ta' Marzu 2007 (ĠU L 73, 13.3.2007, p. 10) |
|
11. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/317/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' użin f’għamla parallelpiped ta' preċiżjoni medja ta' 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta' preċiżjoni medja ta' 1 sa 10 kilogrammi (ĠU L 202, 6.9.1971, p. 14) |
|
|
12. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/148/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-użin minn 1 mg sa 50 kg ta' preċiżjoni ogħla mill-medja (ĠU L 84, 28.3.1974, p. 3) |
|
|
13. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1999/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Jannar 2000 (ĠU L 34, 9.2.2000, p. 17) |
|
|
14. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' tabelli tal-alkoħol (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 149) |
|
|
15. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1). |
|
|
16. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/22 tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl (2004/22/KE) (ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1). |
|
|
L-Iżvizzera |
102. |
Il-Liġi Federali tad-9 ta' Ġunju 1977 dwar il-metroloġija (RO 1977 2394), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
103. |
L-Ordinanza tat-23 ta' Novembru 1994 dwar l-unitajiet tal-kejl (RO 1994 3109) |
|
|
104. |
L-Ordinanza tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-istrumenti tal-kejl (RO 2006 1453) |
|
|
105. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tas-16 ta' April 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl li mhumiex awtomatiċi (RO 2004 2093) |
|
|
106. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti li jkejlu t-tul (RO 2006 1433) |
|
|
107. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar il-kejl tal-volum (RO 2006 1525) |
|
|
108. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar sistemi ta' kejl għal-likwidi minbarra l-ilma (RO 2006 1533) |
|
|
109. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti tal-kejl awtomatiċi (RO 2006 1545) |
|
|
110. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti li jkejlu l-enerġija termali (RO 2006 1569) |
|
|
111. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti li jkejlu l-kwantitajiet tal-gass (RO 2006 1591) |
|
|
112. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti li jkejlu l-gassijiet tal-egżost tal-magni b’kumbustjoni (RO 2006 1599) |
|
|
113. |
L-Ordinanza tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Pulizija tad-19 ta' Marzu 2006 dwar l-istrumenti li jkejlu l-enerġija u l-qawwa tal-elettriku (RO 2006 1613) |
|
|
114. |
L-Ordinanza tal-15 ta' Awwissu 1986 dwar l-użini (RO 1986 2022), kif emendata l-aħħar fil-21 ta' Novembru 1995 (RO 1995 5646) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u mal-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fl-Anness V tad-Direttiva 90/384/KEE u fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/22/KE, fir-rigward tal-prodotti koperti minn dawn id-Direttivi.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju ta' informazzjoni
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu perjodikament lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri bl-informazzjoni stipulata fil-punt 1.5 tal-Anness II tad-Direttiva 90/384/KEE.
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità rikonuxxuti skont dan il-Ftehim jistgħu jitolbu l-informazzjoni stipulata fil-punt 1.6 tal-Anness II tad-Direttiva 90/384/KEE.
2. Imballaġġi lesti
L-Iżviżżera għandha tirrikonoxxi l-verifiki mwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità elenkati fit-Taqsima I minn korp tal-Komunità rikonuxxut skont dan il-Ftehim fil-każ tal-imballaġġi lesti mil-Komunità mqiegħda fis-suq tal-Iżvizzera.
F’dak li jirrigwarda l-istatistika tal-verifika tal-kwantitajiet iddikjarati fuq l-imballaġġi lesti, il-Komunità Ewropea għandha tirrikonoxxi l-metodu Żvizzeru stabbilit fl-Artikoli 14 sa 17 tal-Ordinanza dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet tal-imballaġġi lesti industrijali (RS 941 281.1) bħala ekwivalenti għall-metodu tal-Komunità stabbilit fl-Anness II tad-Direttivi 75/106/KEE u 76/211/KEE, kif emendati bid-Direttiva 78/891/KEE. Il-produtturi Żvizzeri li l-imballaġġi lesti tagħhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u li jkunu ġew ivverifikati skont il-metodu Żvizzeru għandhom ipoġġu l-marka ‘e’ fuq il-prodotti tagħhom esportati lejn il-KE.
3. Immarkar
|
3.1. |
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 għandhom jinqraw b’dawn l-adattamenti segwenti:
|
|
3.2. |
B’deroga mill-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim, ir-regoli dwar l-immarkar għall-istrumenti tal-kejl impoġġija fis-suq Żvizzeru huma li ġejjin:
Il-marka li għandha titwaħħal hi l-marka tal-KE u l-marka supplimentari tal-metroloġija jew il-marka tal-Istat Membru tal-KE kkonċernat kif ipprovdut fl-ewwel inċiż tal-punt 3.1 tal-Anness I u l-ewwel inċiż tal-punt 3.1.1.1 tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971. |
4. Strumenti tal-kejl koperti mid-Direttiva 2004/22/KE
4.1.
Skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/22/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-obbligi tagħhom biex issir is-sorveljanza tas-suq.
B’mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw:
|
— |
l-informazzjoni li tirrigwarda kemm l-istrumenti li jeżaminaw jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/22/KE, u r-riżultati ta' eżamijiet bħal dawn; |
|
— |
iċ-ċertifikat tat-tip tal-KE u ċ-ċertifikati tal-eżamijiet tad-disinn u l-annessi tagħhom maħruġa mill-entitajiet innotifikati kif ukoll, l-addizzjonijiet, l-emendi u l-irtirar li jkollhom x’jaqsmu maċ-ċertifikati diġà maħruġa; |
|
— |
l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa mill-korpi nnotifikati, kif ukoll l-informazzjoni dwar is-sistemi tal-kwalità rrifjutati jew irtirati; |
|
— |
ir-rapporti tal-valutazzjoni stabbiliti mill-korpi nnotifikati meta mitluba minn awtoritajiet oħra. |
L-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata maċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità tkun disponibbli għall-korpi li huma nnotifikaw.
Kull Parti għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra liema awtoritajiet kompetenti ħatret għall-iskambju tal-informazzjoni ta' din ix-xorta.
4.2.
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq li jkollhom disponibbli d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-finijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.
Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
KAPITOLU 12
VETTURI BIL-MAGNI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/156/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (70/157/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
3. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur positive-ignition (70/220/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tankijiet ta' karburant likwidu u mezzi ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/221/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/222/KEE) (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 25), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2005 (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 9) |
|
|
6. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/311/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/7/KE tas-26 ta' Jannar 1999 (ĠU L 40, 13.2.1999, p. 36) |
|
|
7. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (70/387/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 (ĠU L 130, 12.5.2001, p. 33) |
|
|
8. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar strumenti ta' twissija akustika għall-vetturi bil-mutur (70/388/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
9. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' mirja li minnhom tista' tara fuq wara ta' vetturi bil-mutur (71/127/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
10. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (71/320/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
11. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-trażżin tal-interferenza radju prodotta mill-magni spark-ignition imwaħħlin fuq vetturi bil-mutur (72/245/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, tat-20.12.2006, p. 81) |
|
|
12. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta' Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emmissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (72/306/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/21/KE tas-7 ta' Marzu 2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25). |
|
|
13. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (partijiet interni tal-kompartiment tal-passiġġier minbarra l-mirja li minnhom tista' tara fuq wara, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf jew is-saqaf li jiżżerżaq, is-serħan tad-dahar u n-naħa ta' wara tas-sedili) (74/60/KE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2000/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2000 (ĠU L 87, 8.4.2000, p. 22) |
|
|
14. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1973 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta' vetturi bil-mutur (74/61/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
15. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (l-imġieba tal-mekkaniżmu tal-isteering f’każ ta' impatt) (74/297/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/662/KE tas-6 ta' Diċembru 1991 (ĠU L 366, 31.12.1991, p. 1) u r-Reittifika (ĠU L 172, 27.6.1992, p. 86) |
|
|
16. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta' vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u tal-ankoraġġi tagħhom) (74/408/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
17. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur (74/483/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/15/KE tal-14 ta' Marzu 2007 (ĠU L 75, 15.3.2007, p. 21) |
|
|
18. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir tal-ispeedometer ta' vetturi bil-mutur (75/443/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 97/39/KE tal-24 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 177, 5.7.1997, p. 15) |
|
|
19. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta' kif jitwaħħlu (76/114/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
20. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur (76/115/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149) |
|
|
21. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-installazzjoni ta' mezzi ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/756/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/35/KE tat-18 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 157, 19.6.2007, p. 14) |
|
|
22. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għar-rifletturi tar-rifless għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/757/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
23. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw it-tmiem tat-tarf, il-fanali ta' pożizzjoni ta' quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta' pożizzjoni ta' wara (tal-ġenb) u l-fanali tal-waqfien għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/758/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81). |
|
|
24. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/759/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
25. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/760/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
26. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala headlamps b’raġġ ewlieni u/jew raġġ dipped u għall-bozoz bil-filament elettriċi inkandexxenti għal dawn il-headlamps (76/761/KE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KEE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
27. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/762/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
28. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-mezzi ta' rmunkar ta' vetturi bil-mutur (77/389/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/64/KE tat-2 ta' Ottubru 1996 (ĠU L 258, 11.10.1996, p. 26) |
|
|
29. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta' wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (77/538/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
30. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (77/539/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
31. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1977 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' lampi tal-ipparkjar ta' vetturi bil-magna (77/540/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
32. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin f’vetturi bil-mutur (77/541/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
33. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur (77/649/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 90/630/KEE tat-30 ta' Ottubru 1990 (ĠU L 341, 6.12.1990, p. 20) |
|
|
34. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-muntaġġi interni ta' vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi) (78/316/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 94/53/KE tal-15 ta' Novembru 1994 (ĠU L 299, 22.11.1994, p. 26) |
|
|
35. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar ta' uċuħ bil-ħġieġ ta' vetturi bil-mutur (78/317/KEE), (ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27) u r-Rettifika (ĠU L 194, 19.7.1978, p. 30) |
|
|
36. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur (78/318/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
37. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur (78/549/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE tal-21 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 354, 31.12.1994, p. 10) u r-Rettifika (ĠU L 153, 4.7.1995, p. 35) |
|
|
38. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-‘head restraint’ tas-sedili ta' vetturi bil-mutur (78/932/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
39. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-konsum tal-karburanti mill-vetturi bil-magna (80/1268/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew 2004/3/KE tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36) |
|
|
40. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għall-qawwa tal-magna ta' vetturi bil-mutur (80/1269/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 99/99/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 334, 28.12.1999, p. 32) |
|
|
41. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diżil għall-użu f’vetturi (88/77/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1) |
|
|
42. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' April 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-gwardji tal-ġenb ta' ċerti vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (89/297/KEE) (ĠU L 124, 5.5.1989, p. 1) |
|
|
43. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi ta' soppressjoni ta' titjir ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (91/226/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
44. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 1992 dwar il-mases u d-dimensjonijiet ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 (92/21/KE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/48/KE tal-20 ta' Settembru 1995 (ĠU L 233, 30.9.1995, p. 73) u l-corrigenda (ĠU L 252, 20.10.1995, p. 27 u ĠU L 304, 16.12.1995, p. 60) |
|
|
45. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 1992 it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom (92/22/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/92/KE tat-30 ta' Ottubru 2001 (ĠU L 291, 8.11.2001, p. 24) |
|
|
46. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyres ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (92/23/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/11/KE tas-16 ta' Frar 2005 (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 42) |
|
|
47. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (92/24/KEE), (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/11/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 19) |
|
|
48. |
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar oġġetti ħerġin ‘il barra ‘l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija N (92/114/KEE), (ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17) |
|
|
49. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-mezzi mekkaniċi ta' igganċjar ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u t-twaħħil tagħhom ma' dawk il-vetturi (94/20/KE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
50. |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-mod kif iġibu ruħhom fi ħruq ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni minn ġewwa ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (95/28/KEE), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
51. |
Id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1996 il-protezzjoni tal-okkupanti ta' vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta mill-ġenb u li temenda d-Direttiva 70/156/KE (ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1) u r-Rettifika (ĠU L 102, 19.4.1997, p. 46) |
|
|
52. |
Id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta fuq quddiem u temenda d-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 9, 13.1.2000, p. 14) |
|
|
53. |
Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/19/KE tal-21 ta' Marzu 2003 (ĠU L 79, 26.3.2003, p. 6) |
|
|
54. |
Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 1998 vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, (ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25) |
|
|
55. |
Id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwarda l-mezz ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
56. |
Id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar is-sistemi li jsaħħnu tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE u tabroga d-Direttiva tal-Kunsill 78/548/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
57. |
Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
58. |
Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skont it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
59. |
Id-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar il-protezzjoni ta' pedestrians u utenti vulnerabbli oħra tat-triq qabel u fil-każ ta' xi ħabta ma' vettura bil-mutur, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, ikkompletata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/90/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 (ĠU L 31, 4.2.2004, p. 21) u r-Rettifika (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 12) |
|
|
60. |
Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE, (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24) |
|
|
61. |
Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta' inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/81/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 92) |
|
|
62. |
Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10) |
|
|
63. |
Id-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni ta' quddiem fuq vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 37) |
|
|
64. |
Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar ir-rekwiżiti għal vetturi tat-trasport bil-magna u l-karri tagħhom (RO 1995 4145) kif emendata fit-28 ta' Marzu 2007 (RO 2007 2177) |
|
101. |
L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tat-triq (RO 1995 3997) kif emendata fid-29 ta' Novembru 2006 (RO 2007 95) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jirreferu għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rispettivi tagħhom kif elenkati fit-Taqsima I.
Dispożizzjonijiet supplimentari
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għandhom japplikaw esklussivament għar-relazzjonijiet bejn l-Iżvizzera u l-Komunità.
1. Skambju ta' informazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-approvazzjoni tat-tip fl-Iżvizzera u fl-Istati Membri għandhom partikolarment iwettqu l-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(5) u (6) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
Fil-każ ta' rifjut mill-Iżvizzera u mill-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81), l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jinnotifikaw lil xulxin bid-deċiżjoni tagħhom u jagħtu r-raġunijiet dwar dan. L-awtorità kompetenti Żvizzera għandha wkoll tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
2. Rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
L-Iżvizzera wkoll tirrikonoxxi l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim bi qbil mad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2006/96/KEE, tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81), mill-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip meta dik l-approvazzjoni tkun għadha valida fil-KE.
Il-Komunità Ewropea għandha tirrikonoxxi l-approvazzjoni tat-tip Żvizzera meta r-rekwiżiti Żvizzeri jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KEE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81),.
Ir-rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa mill-Iżvizzera għandu jkun sospiż jekk l-Iżvizzera tonqos milli tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità li tkun fis-seħħ.
3. Klawżoli tas-salvagwardja tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
|
1. |
Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandhom jirreġistraw, jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda abbażi tal-kostruzzjoni tagħhom u l-operat fil-każ biss li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat validu tal-konformità. Fil-każ ta' vetturi mhux kompluti, kull Stat Membru u l-Iżvizzera ma jistgħux jipprojbixxu l-bejgħ ta' tali vetturi iżda jistgħu jiċħdu r-reġistrazzjoni permanenti tagħhom u d-dħul fis-servizz għal dak iż-żmien li l-vetturi jibqgħu mhux kompluti. |
|
2. |
Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' komponenti jew unitajiet tekniċi separati biss fil-każ li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva relevanti separata jew mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Żvizzera li jkunu ekwivalenti għad-Direttiva separata relevanti. |
|
3. |
Jekk Stat Membru jew l-Iżvizzera jistabbilixxu li vetturi, komponenti jew unitajiet separati tekniċi ta' tip partikolari huma ta' riskju serju għas-sikurezza fit-triq, għalkemm ikunu akkumpanjati minn ċertifikat validu tal-konformità jew ikollhom il-marka t-tajba, jistgħu għal perjodu massimu ta' sitt xhur, jirrifjutaw li jirreġistraw dawk il-vetturi jew jipprojbixxi l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz fit-territorju tagħhom ta' vetturi, komponenti jew unitajiet separati tekiniċi bħal dawn. Għandu minnufih jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Iżvizzera u lill-Kummissjoni dwar dan, billi jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Jekk l-Istat Membru, jew l-Iżvizzera, li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip jikkuntestaw in-nuqqas ta' sikurezza tat-triq kif innotifikat lilhom, l-Istati Membri jew l-Iżvizzera, skont il-każ, għandu jagħmel sforz biex isolvi dik il-kwistjoni. Il-Kummissjoni u l-Kumitat għandhom jinżammu infurmati u għandhom, meta meħtieġ, jikkonsultaw b’mod xieraq bl-iskop li jintlaħaq ftehim. |
|
1. |
Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jagħtu l-approvazzjoni tat-tip, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa bi qbil mal-Anness X fid-Direttiva ta' Qafas 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KEE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81), fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni, biex jivverifika, jekk ikun meħtieġ b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn jew mal-Iżvizzera, li l-arranġamenti adegwati jkunu saru biex jassiguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kif prodotti, ikunu konformi mat-tip approvat. |
|
2. |
Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jagħtu l-approvazzjoni tat-tip, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa bi qbil mal-Anness X fid-Direttiva ta' Qafas 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KEE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81), fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni, biex jivverifika, jekk meħtieġ b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn jew mal-Iżvizzera, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jkomplu jkunu adegwati u li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kif prodotti, ikomplu jkunu konformi mat-tip approvat. Il-verifika sabiex ikun aċċertat li l-prodotti jkunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun limitata għall-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness X tad-Direttiva ta' Qafas 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KEE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81), u f’dawk id-Direttivi separati li jkun fihom rekwiżiti speċifiċi. |
|
1. |
Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità mal-approvazzjoni tat-tip meta jinstabu devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew fid-dokumenti tal-informazzjoni u meta dawn id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati permezz tal-Artikolu 5(3) jew (4) mill-Istati Membri jew mill-Iżvizzera li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip. Vettura ma għandhiex tkun ikkunsidrata li tvarja mit-tip approvat meta jkunu permissibbli tolleranzi minn Direttivi separati u dawn it-tolleranzi jkunu rrispettati. |
|
2. |
Jekk Stat Membru jew l-Iżvizzera li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip isib li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati akkumpanjati b’ċertifikat tal-konformità jew li jkollhom marka tal-approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun aċċertat li l-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kif prodotti jkunu mill-ġdid konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' dak l-Istat Memmbru jew l-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u/jew l-Iżvizzera bil-miżuri meħuda li jistgħu jestendu l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
3. |
Jekk Stat Membru jew l-Iżvizzera juru li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ġodda akkumpanjati minn ċertifikat tal-konformità jew li għandhom marka tal-approvazzjoni mhumiex konformi mat-tip approvat, dawn jistgħu jitolbu lill-Istat Membru jew l-Iżvizzera li taw l-approvazzjoni tat-tip tal-KE biex jivverifikaw li vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati prodotti jibqgħu jikkonformaw mat-tip approvat. Tali azzjoni għandha sseħħ malli jkun possibli u fi kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba. |
|
4. |
Fil-każ ta':
Meta nuqqas ta' konformità jkun stabbilit, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istat Membru jew tal-Iżvizzera li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip għal sistema, komponent jew unità teknika separata, jew l-approvazzjoni ta' vettura mhux kompluta, għandhom jieħdu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 70/156/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81). |
|
5. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-Iżvizzera għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip u bir-raġunijiet għal din il-miżura. |
|
6. |
Jekk l-Istati Membri jew l-Iżvizzera li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip jikkuntestaw in-nuqqas ta' konformità kif innotifikat lilhom, l-Istati Membri kkonċernati jew l-Iżvizzera għandhom jgħamlu sforz biex isolvu dik il-kwistjoni. Il-Kummissjoni u l-Kumitat għandhom jinżammu infurmati u għandhom, meta meħtieġ, jikkonsultaw b’mod xieraq bl-iskop li jintlaħaq ftehim. |
KAPITOLU 13
TRAKTERS AGRIKOLI U TAL-FORESTERIJA
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE tat-2 ta' Marzu 2006 (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22) |
|
2. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE tal-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-veloċità massima skont il-disinn ta' u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/89/KE tal-20 ta' Novembru 1998 (ĠU L 322, 1.12.1998, p. 40) |
|
|
3. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE tal-25 ta' Ġunju 1974 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-mirja li juru wara ta' tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/40/KE tat-8 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 171, 17.6.1998, p. 28) u r-Rettifika (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 42) |
|
|
4. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE tal-25 ta' Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-apparat tal-istering ta' tratturi bir-roti tal-agrikoltura jew tal-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE tal-5 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 170, 16.6.1998, p. 15) |
|
|
6. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-suppressjoni ta' interferenza tar-radju prodotta minn magni spark-ignition mgħammra fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
7. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE tas-6 ta' April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
8. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 99/86/KE tal-11 ta' Novembru 1999 (ĠU L 297, 18.11.1999, p. 22) u r-Rettifika (ĠU L 87, 8.4.2000, p. 34) |
|
|
9. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/311 tad-29 ta' Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-livell ta' storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta' trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE tat-2 ta' Marzu 2006 (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22) |
|
|
10. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/536/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
11. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24). |
|
|
12. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sedil tas-sewwieq ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
13. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE tas-17 ta' Ottubru 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-installazzjoni ta' dwar u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE tat-2 ta' Marzu 2006 (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22) |
|
|
14. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE tas-17 ta' Mejju 1979 war l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal tagħmir ta' dawl u sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
15. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE as-17 ta' Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/58/KE tas-7 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 148, 15.6.1999, p. 37) |
|
|
16. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-25 ta' Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (ittestjar statiku), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
17. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE tal-24 ta' Ġunju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw l-ispazju għall-manuvrar, l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan u l-bibien u t-twieqi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
18. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-power take-offs ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija u l-protezzjoni tagħhom, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
19. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
20. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-installazzjoni, il-post, l-operazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) |
|
|
21. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, b’karreġjata dejqa, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
22. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
23. |
Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
24. |
Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici u li d-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar ir-rekwiżiti tekniċi għat-trakters agrikoli (RO 1995 4171) kif emendata fit-28 ta' Marzu 2007 (RO 2007 2181) |
|
101. |
L-Ordinanza tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tat-triq (RO 1995 3997) kif emendata fid-29 ta' Novembru 2006 (RO 2007 95) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom jirreferu għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi rispettivi tagħhom kif elenkati fit-Taqsima I.
Dispożizzjonijiet supplimentari
Id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għandhom japplikaw esklussivament għar-relazzjonijiet bejn l-Iżvizzera u l-Komunità.
1. Skambju ta' informazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar l-Artikoli 4, 6, 8 u 9 ta' konformità tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip tat-trakters għall-agrikultura jew il-forestrija, il-karrijiet u l-makkinarju skambjabbli rmunkat tagħhom, flimkien mas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata l-aħħar) jew l-Artikoli 14 u 16 tan-nuqqas ta' konformità tad-Direttiva 2003/37/KE, kif emendata l-aħħar) vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati mqiegħda fis-suq.
Fil-każ ta' rifjut mill-Iżvizzera u mill-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip bi qbil mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/37/KEE, kif emendata l-aħħar, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jinnotifikaw lil xulxin bid-deċiżjoni tagħhom u jagħtu r-raġunijiet dwar dan.
2. Rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
L-Iżvizzera għandha wkoll tirrikonoxxi l-approvazzjonijiet tat-tip ta' trakters jew unitajiet tekniċi separati mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim bi qbil mad-Direttiva 74/150/KEE jew 2003/37/KEE, it-tnejn kif emendati l-aħħar, mill-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istati Membri tal-UE meta dik l-approvazzjoni tkun għadha valida fil-KE.
Il-Komunità Ewropea għandha tirrikonoxxi l-approvazzjoni tat-tip Żvizzera meta r-rekwiżiti Żvizzeri jkunu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk tad-Direttiva 2003/37/KEE, kif emendata l-aħħar.
Ir-rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa mill-Iżvizzera għandu jkun sospiż jekk l-Iżvizzera tonqos milli tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità li tkun fis-seħħ.
3. Klawżoli tas-salvagwardja tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura.
|
1. |
Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandhom jippermettu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' trakters ġodda għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-kostruzzjoni u l-operat tagħhom biss jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat validu tal-konformità. |
|
2. |
Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandhom jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' unitajiet tekniċi separati biss jekk dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva relevanti separata jew mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Żvizzera li tkun ekwivalenti għad-Direttiva separata relevanti. |
|
3. |
Jekk Stat Membru jew l-Iżvizzera jsib li trakters ta' tip partikolari jistgħu jkunu ta' perikolu għas-sikurezza fit-triq jew fuq ix-xogħol, anki meta dawn ikollhom ċertifikat tal-konformità validu, jista', għall-perjodu massimu ta' sitt xhur, jirrifjuta li jirreġistra trakters ġodda ta' dak it-tip jew jipprojbixxi li jinbiegħu, jidħlu fis-servizz jew jintużaw fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Iżvizzera u lill-Kummissjoni dwar dan, billi jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. Fi żmien sitt ġimgħat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati kkonċernati mit-tilwima (Stati Membri jew l-Iżvizzera). Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le, u għandha tapplika l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/37/KE. |
|
1. |
Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jagħti approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/37/KE biex jivverifika, fejn xieraq b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra jew l-Iżvizzera, li jkunu saru l-arranġamenti adegwati biex jiġi assigurat li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet separati tekniċi prodotti jikkonformaw mat-tip approvat. Din il-verifika għandha tkun limitata għall-proċeduri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2003/37/KE. |
|
2. |
Meta Stat Membru jew l-Iżvizzera jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li jiġi avżat b’kull waqfien tal-produzzjoni u b’kull bidla fid-dettalji li jidhru fid-dokument tal-informazzjoni. Jekk l-Istat inkwistjoni jsib li emenda fid-dokument tal-informazzjoni teħtieġ verifiki ġodda jew testijiet ġodda u li jkun għalhekk meħtieġ li jiġi emendat iċ-ċertifikat eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip jew li jimtela ċertifikat ġdid tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat għandhom javżaw lill-manifattur b’dan, u għandhom, fi żmien xahar minn mindu jimtlew dawk id-dokumenti l-ġodda, jibagħtuhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jew l-Iżvizzera. |
|
1. |
Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità mal-approvazzjoni tat-tip meta jinstabu devjazzjonijiet mid-dettalji fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE u/jew fid-dokumenti tal-informazzjoni u meta dawn id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2003/37/KE kif emendata l-aħħar, mill-Istati Membri jew mill-Iżvizzera li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip. Vettura ma għandhiex tkun ikkunsidrata li tvarja mit-tip approvat meta jkunu permissibbli tolleranzi minn Direttivi separati u dawn it-tolleranzi jkunu rrispettati. |
|
2. |
Jekk Stat Membru jew l-Iżvizzera li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip isib li għadd ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati akkumpanjati minn ċertifikat tal-konformità jew li jkollhom marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ma jkunx konformi mat-tip li jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun assigurat l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' dak l-Istat Membru jew l-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u/jew l-Iżvizzera bil-miżuri meħuda li jistgħu jestendu l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti tal-approvazzjoni tat-tip ta' Stat Membru ieħor jew l-Iżvizzera b’dan in-nuqqas ta' konformità. |
|
3. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-Iżvizzera għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE u bir-raġunijiet għal din il-miżura. |
|
4. |
Jekk l-Istat Membri jew l-Iżvizzera li jkunu taw l-approvazzjoni tat-tip jikkontestaw in-nuqqas ta' konformità kif innotifikat lilhom, l-Istati (l-Istati Membri jew l-Iżvizzera) kkonċernati għandhom jagħmlu sforz biex isolvu dik it-tilwima. Il-Kummissjoni u l-Kumitat għandhom jinżammu infurmati u għandhom, meta meħtieġ, jikkonsultaw b’mod xieraq bl-iskop li jintlaħaq ftehim. |
KAPITOLU 14
‘ PRASSI TAL-LABORATORJU TAJBA ’
Kamp ta' applikazzjoni u kopertura
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu applikabbli għat-testijiet tal-kimiċi skont il-GLP (Good Laboratory Practice - ‘prassi tal-laboratorju tajba’), li jkunu jew sustanzi inkella preparazzjonijiet, koperti bid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi elenkati fit-Taqsima I. Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim li jikkonċernaw l-oriġini mhumiex applikabbli.
Sakemm ma jkunux mogħtija definizzjonijiet speċifiċi, id-definizzjoni tat-termini ‘f’Il-Prinċipji tal-OECD għal Prassi Tajba tal-Laboratorji’ kif riveduti fl-1997 [ENV/MC/CHEM(98)17] ibbażati fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD tat-12 ta' Mejju 1981 (C(81) 30 (Finali)), emendati fis-26 ta' Novembru 1997 [C(97) 186 FINAL], u d-Deċiżjoni-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 1989 [C(89) 87 (Final)] emendata fid-9 ta' Marzu 1995 [C(95) 8 (Final)] u d-dokumenti tal-Kunsens dwar il-GLP, is-Serje tal-OECD dwar il-Prinċipji tal-Prassi Tajba tal-Laboratorji u Monitoraġġ tal-Konformità, u l-emendi kollha li sarulhom, huma applikabbli.
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-ekwivalenza tal-programmi tal-monitoraġġ tal-konformita ta' xulxin fir-rigward tal-Prassi Tajba tal-Laboratorji, li huma skont id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-OECD imsemmija hawn fuq u l-proċeduri u l-prinċipji leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi elenkati fit-Taqsima IV.
Il-Partijiet reċiprokament jaċċettaw l-istudji u d-dejta ġġenerata minnhom, li jsiru mill-faċilitajiet tat-testijiet tal-Parti l-oħra sakemm dawn jipparteċipaw fil-programm tal-monitoraġġ tal-konformità dwar il-Prassi Tajba tal-Laboratorji ta' dik il-Parti bi qbil mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-Partijiet reċiprokament jaċċettaw il-konklużjonijiet tal-istudji dwar il-verifika u l-ispezzjonijiet tal-faċilitajiet tat-testijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-monitoraġġ tal-GLP.
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
F’dak li jirrigwardja t-testijiet tal-kimiċi skont il-GLP, il-partijiet relevanti tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi elenkati hawn taħt, għandhom ikunu applikabbli.
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(1)
|
Il-Komunità Ewropea |
Addittivi għall-għalf
Oġġetti tal-ikel
|
||||||
|
L-Iżvizzera |
Mhemmx leġiżlazzjoni relevanti għall-GLP |
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
Kimiċi Ġodda u Eżistenti
Prodotti mediċinali
Mediċina veterinarja
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
Bijoċidi
|
||||||||||||||
|
L-Iżvizzera |
|
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu Settorjali, ‘Korpi tal-Valutazzjoni tal-Konformità’ tfisser il-faċilitajiet tat-testijiet rikonuxxuti fil-programm ta' monitoraġġ tal-GLP ta' kull Parti.
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet tal-ħatra
Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu Settorjali, ‘l-Awtoritajiet tan-Nomina’ tfisser l-Awtoritajiet tal-Monitotaġġ tal-GLP tal-Partijiet. Id-Dettalji tal-Awtoritajiet tal-Monitoraġġ tal-GLP tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera jistgħu jinstabu f’dawn il-websajts
Għall-Komunità Ewropea:
http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/legislation/glp/national_en.htm
Għall-Iżvizzera:
http://www.bag.admin.ch/themen/chemikalien/00253/00539/02401/index.html?lang = en
Prinċipji speċjali għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu Settorjali, ‘il-Ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità’ tfisser il-proċedura li biha l-Awtoritajiet tal-Monitoraġġ tal-GLP jirrikonoxxu li l-faċilitajiet tat-testijiet ikunu konformi mal-prinċipji tal-GLP. Għal dan il-għan huma għandhom japplikaw il-prinċipji u l-proċeduri tad-dispożizzjonijiet tagħhom kif elenkati hawn taħt, li huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti u konformi mal-Atti tal-Kunsill tal-OECD C(81) 30 Finali u C(89) 87 (Finali) imsemmija qabel:
|
Il-Komunità Ewropea: |
1. |
Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika laboratorja tajba u l-verifika tal-applikazzjonijiet tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44). |
|
2. |
Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28) |
|
|
L-Iżvizzera: |
100. |
Il-Liġi Federali tas-7 ta' Ottubru 1983 dwar il-ħarsien tal-ambjent (RO 1984 1122), kif emendata l-aħħar fis-16 ta' Diċembru 2005 (RO 2006 2677) |
|
101. |
Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien minn sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (RO 2004 4763), kif emendata l-aħħar fis-17 ta' Ġunju 2005 (RO 2006 2197) |
|
|
102. |
Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fl-20 ta' Diċembru 2006 (RO 2006 5599) |
|
|
103. |
L-Ordinanza tat-18 ta' Mejju 2005 dwar Prassi Tajba tal-Laboratorju (RO 2005 2795) |
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju ta' informazzjoni
Bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom partikolarment jipprovdu lil xulxin ta' mill-anqas darba fis-sena, b’lista tal-faċilitajiet tat-testijiet li, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjonijiet u l-verifiki, ikunu konformi mal-Prassi Tajba tal-Laboratorji, kif ukoll bid-dati li fihom ikunu twettqu l-ispezzjonijiet jew il-verifiki u l-istatus tal-kompetenza tagħhom.
Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin f’waqtu meta faċilità tat-testijiet li taqa' taħt it-termini tat-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu settorjali li tiddikjara li tapplika prassi tajba tal-laboratorji, tonqos milli tikkonforma ma' din il-prassi sa punt li jista' jipperikola l-integrità u l-awtentiċità ta' kwalunkwe studju li tagħmel.
Il-Partijiet għandhom ifornu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar l-ispezzjoni tal-faċilità tat-testijiet jew dwar verifika b’reazzjoni għal talba motivata mingħand il-Parti l-oħra.
2. L-Ispezzjonijiet tal-Faċilità tat-Testijiet
Kull Parti tista' titlob spezzjonijiet oħra tal-faċilitajiet fejn isiru t-testijiet jew verifiki tal-istudji jekk ikun hemm dubju ddokumentat dwar jekk test sarx skont il-Prassi tal-Tajba tal-Laboratorji.
Jekk, f’każijiet eċċezzjonali, ikun għad fadal xi dubji u l-Parti li tirrikjedi l-ispezzjoni tkun tista' tiġġustifika tħassib speċjali, skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim, tista' taħtar espert wieħed jew iktar mill-awtoritajiet tal-monitoraġġ tal-GLP tagħha biex jieħdu sehem fi spezzjoni tal-laboratorju jew verifika tal-istudju mwettaq mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
3. Kunfidenzjalità
B’konformità mal-Artikolu 13 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom iżommu kunfidenzjali kull informazzjoni li tingħarrfilhom skont dan il-Kapitolu Settorjali jew li tingħarrfilhom fil-qafas tal-parteċipazzjoni fi spezzjoni jew verifika ta' studju u li hija inkluża fid-definizzjoni ta' sigriet kummerċjali jew informazzjoni kummerċjali jew finanzjarja kunfidenzali. Huma għandhom jittrattaw tali informazzjoni b’mill-anqas l-istess kunfidenzjalità kif mogħtija mill-Parti li tipprovdiha u jassiguraw li kull awtorità li tasal għandha l-informazzjoni, tittrattaha bl-istess mod.
4. Il-kooperazzjoni
Abbażi tal-Artikolu 9 tal-Ftehim, kull Parti tista', fuq talba, tipparteċipa bħala osservatur fi spezzjoni ta' faċilità tat-testijiet immexxija mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra bil-kunsens tal-faċilità tat-testijiet ikkonċernata sabiex ikun hemm għarfien kontinwu tal-proċeduri tal-ispezzjoni tal-Parti l-oħra.
KAPITOLU 15
SPEZZJONIJIET TAL-PRASSI TAJBA TAL-MANIFATTURA TAL-PRODOTTI MEDIĊINALI U Ċ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-LOTTIJIET
Kamp ta' applikazzjoni u kopertura
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu Settorjali jkopru l-prodotti mediċinali manifatturati b’mod industrijali fl-Iżvizzera jew fil-Komunità Ewropea, u li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Prassi tal-Manifattura Tajba (GMP – Good Manufacturing Practice).
Għall-prodotti mediċinali koperti minn dan il-Kapitolu, kull parti għandha tirrikonoxxi l-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet tal-manifatturi mwettqa mis-servizzi tal-ispezzjoni relevanti tal-Parti l-oħra u tal-awtorizzazzjonijiet tal-manifattura relevanti mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.
Iċ-ċertifikazzjoni tal-manifattur rigward il-konformità ta' kull lott mal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu għandha tkun rikonoxxuta mill-Parti l-oħra mingħajr kontroll mill-ġdid fl-importazzjoni.
Barra minn hekk, ir-rilaxxi uffiċjali tal-lottijiet imwettqa minn awtorità tal-Parti li tesporta għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Parti l-oħra.
‘Prodotti mediċinali’ tfisser il-prodotti kolla regolati mil-leġiżlazzjoni farmaċewtika fil-Komunità Ewropea u fl-Iżvizzera kif elenkata fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu. Id-definizzjoni ta' prodotti mediċinali tinkludi l-prodotti kollha, kemm dawn tal-bniedem u wkoll veterinarji, bħalma huma l-farmaċewtiċi kimiċi u bioloġiċi, l-immunoloġiċi, ir-radjo-farmakewtiċi, il-prodotti mediċinali stabbli derivati mid-demm tal-bniedem jew mill-plażma tal-bniedem, it-taħlitiet bil-lest għal-preparazzjonijiet ta' għalf imħallat bil-mediċina veterinarja, u fejn xieraq, il-vitamini, il-minerali, ir-rimedji erbali u l-prodotti mediċinali omeopatiċi.
‘GMP’ hija dik il-parti tal-assigurazzjoni tal-kwalità li tassigura li l-prodotti jkunu konsistentament prodotti u kkontrollati man-normi tal-kwalità kif xieraq għall-użu intenzjonat tagħhom u kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni kummerċjali u l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti. Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu din tinkludi s-sistema li permezz tagħha l-manifattur jirċievi l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-proċess mingħand id-detentur tal-awtorizzazzjoni kummerċjali jew mingħand l-applikant u jassigura li l-prodott mediċinali jkun manifatturat f’konformità ma' din l-ispeċifikazzjoni.
Fir-rigward ta' prodotti mediċinali koperti bil-leġiżlazzjoni ta' Parti waħda iżda mhux tal-oħra, il-kumpanija tal-manifattura tista titlob, għall-iskop ta' dan il-Ftehim, li l-ispezzjoni sseħħ mis-servizz kompetenti lokali tal-ispezzjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika, fost l-oħrajn, għall-manifattura ta' ingredjenti farmaċewtiċi attivi, prodotti intermedji u prodotti mediċinali investigattivi, kif ukoll għall-ispezzjonijiet ta' qabel il-kummerċ. Id-dettalji tal-arranġamenti operattivi jinsabu fil-paragrafu 3 tat-Taqsima III.
Certifikazzjoni tal-manifatturi
Mat-talba tal-esportatur, tal-importatur jew tal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-manifattura u għas-superviżjoni tal-manifattura tal-prodotti mediċinali, għandhom jiċċertifikaw li l-manifattur:
|
— |
ikun awtorizzat kif xieraq għall-manifattura tal-prodott mediċinali relevanti, jew biex iwettaq l-operazzjoni relevanti speċifika tal-manifattura, |
|
— |
ikollu spezzjonijiet regolari mill-awtoritajiet, |
|
— |
ikun konformi mar-rekwiżiti nazzjonali tal-GMP rikonoxxuti bħala ekwivalenti miż-żewġ partijiet, u li huma elenkati fit-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu. Jekk jintużaw rekwiżiti differenti tal-GMP bħala referenza, dan għandu jissemma fiċ-ċertifikat. |
Iċ-ċertifikati għandhom ukoll jidentifikaw is-sit(i) tal-manifattura (u l-laboratorji b’kuntratt għall-kontroll tal-kwalità, jekk ikun hemm).
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu b’ħeffa xierqa, u ż-żmien meħtieġ ma għandux jeċċedi t-tletin jum kalendarji F’każijiet eċċezzjonali, bħal meta jkollha ssir spezzjoni ġdida, dan il-perjodu jista' jiġi estiż għal sittin jum.
Iċ-ċertifikazzjoni tal-lott
Kull lott esportat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat tal-lott stabbilit mill-manifattur (awtoċertifikazzjoni) wara analiżi kwalitattiva sħiħa, analiżi kwanitattiva tal-ingredjenti attivi kollha u t-testijiet jew il-verifiki l-oħrajn kollha maħtieġa biex jassiguraw il-kwalità tal-prodott f’konformità mal-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni kummerċjali. Dan iċ-ċertifikat għandu jikkonferma li l-lott ikun jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu u għandu jinżamm mill-importatur ta' dak il-lott. Dan għandu jkun disponibli meta jkun mitlub mill-awtorità kompetenti.
Meta joħroġ ċertifikat, il-manifattur għandu jqis id-dispożizzjonijiet tal-iskema kurrenti taċ-ċertifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kwalità tal-prodotti farmaċewtiċi li jiċċaqilqu fil-kummerċ internazzjonali. Iċ-ċertifikat għandu jagħti l-ispeċifikazzjonijiet mifthiema tal-prodott, ir-referenza tal-metodi analitiċi u r-riżultati analitiċi. Għandu jkun fih stqarrija li r-reġistru tal-ipproċessar tal-lott u tal-ippakkjar ġie revedut u nstab li huwa konformi mal-GMP. Iċ-ċertifikat tal-lott għandu jkun iffirmat mill-persuna responsabbli għar-rilaxx tal-lott għall-bejgħ jew il-forniment, jiġifieri fil-Komunità Ewropea l-‘persuna kkwalifikata’ msemmija fl-Artikolu 48 tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2001/82/KE, u fl-Iżvizzera ‘il-persuna responsabbli’ msemmija fl-Artikoli 5 u 10 tal-Ordinanza dwar l-istabbiliment tal-liċenzji.
Rilaxx Uffiċjali tal-Lott
Meta l-proċedura tar-rilaxxi uffiċjali tal-lottijiet tkun applikabbli, ir-rilaxxi uffiċjali tal-lott imwettqa minn awtorità tal-Parti li tesporta (elenkata fit-Taqsima II) għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Parti l-oħra. Il-manifattur għandu jipprovdi ċ-ċertifikat tar-rilaxx uffiċjali tal-lott.
Għall-Komunità, il-proċedura tar-rilaxx uffiċjali tal-lott hija speċifikata fid-dokument ‘Control Authority Batch Release of Vaccination and Blood Products, 2001’ jew verżjonijiet sussegwenti u l-proċeduri differenti speċifiċi tar-rilaxx tal-lottijiet. Għall-Iżvizzera, il-proċedura uffiċjali tar-rilaxx tal-lottijiet hija speċifikata fl-Artikolu 17 tal-Liġi Federali dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku u fl-Artikoli 18-21 tal-Ordinanza tal-Aġenzija Żvizzera għall-Prodotti Terapewtiċi dwar ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali.
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
F’dak li jirrigwardja l-GMP, il-partijiet relevanti tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi elenkati hawn taħt, għandhom ikunu applikabbli. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' referenza għall-kwalità tal-prodotti għall-esportazzjoni, inkluż il-metodu tal-manifattura tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, għandhom ikunu dawk fl-awtorizzazzjonijiet kummerċjali relevanti kif mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Parti li timporta.
Dispożizzjonijiet koperti mill-Artikolu 1(2)
|
Il-Komunità Ewropea |
1. |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1). |
|
2. |
Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34) |
|
|
3. |
Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards ta' kwalità u ta' sigurtà għall-kollezzjoni, il-kontroll, l-ipproċessar, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' demm uman u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30) |
|
|
4. |
Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1) kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2001/82/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma' prodotti veterinarji mediċinali (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58) |
|
|
5. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE tat-8 ta' Ottubru 2003 tniżżel il-prinċipji u l-pariri dwar il-prattika tal-fabbrikazzjoni tal-oġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti mediċinali għal użu personali u investigazzjoni tal-prodotti mediċinali għal użu personali (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 22) |
|
|
6. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/412/KEE tat-23 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida ta' prattika tajba ta' fabbrikazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 228, 17.8.1991, p. 70) |
|
|
7. |
Linji ta' Gwida għal Prassi ta' Distribuzzjoni Tajba tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU C 63, 1.3.1994, p. 4) (ippubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea) |
|
|
8. |
EudraLex Volum 4 – Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju u tal-Bniedem: Linji ta' Gwida tal-UE għal Prassi ta' Manifattura Tajba (ippubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea) |
|
|
9. |
Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-04 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta' prattika korretta ta' klinika fit-twettiq ta' provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34) |
|
|
10. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/28/KE tat-8 ta' April 2005 li tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida dettaljati għall-prattika klinika tajba dwar prodotti mediċinali ta' stħarriġ li jintużaw mill-bniedem, kif ukoll il-kriterji għall-awtorizzazzjoni għall-manifattura jew l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti (ĠU L 91, 9.4.2005, p. 13) |
|
|
L-Iżvizzera |
100. |
Il-Liġi Federali tal-15 ta' Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u t-tagħmir mediku (RO 2001 2790), kif emendata l-aħħar fl-20 ta' Diċembru 2006 (RO 2007 14 11) |
|
101. |
L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar awtorizzazzjonijiet fil-qasam tal-mediċini (RO 2001 3399) kif emendata l-aħħar fis-16 ta' Marzu 2006 (RO 2007 1961) |
|
|
102. |
L-Ordinanza tal-Aġenzija Żvizzera għall-Prodotti Terapewtiċi tad-9 ta' Novembru 2001 dwar ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali (RO 2001 3437) kif emendata l-aħħar fit-22 ta' Ġunju 2006 (RO 2006 3587) |
|
|
103. |
L-Ordinanza tas-17 ta' Ottubru 2001 dwar provi kliniċi ta' prodotti farmaċewtiċi (RO 2001 3511) kif emendata l-aħħar fis-16 ta' Marzu 2007 (RO 2007 1961) |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu ‘Korpi tal-Valutazzjoni tal-Konformità’ tfisser is-servizzi uffiċjali tal-ispezzjoni tal-GMP ta' kull Parti.
Id-Dettalji tas-Servizzi ta' Spezzjoni tal-GMP uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera jistgħu jinstabu f’dawn il-websajts.
http://www.hma.eu/index.php?id = 148
Għall-korpi Żvizzeri tal-valutazzjoni tal-konformità:
Għall-prodotti kollha għall-użu veterinarju u tal-bniedem (ħlief prodotti immunoloġiċi għall-użu veterinarju):
http://www.swissmedic.ch/?lang = 2
Għall-prodotti immunoloġiċi għall-użu veterinarju:
http://www.bvet.admin.ch/ivi/index.html?lang = en
Għall-korpi tal-Komunità Ewropea tal-valutazzjoni tal-konformità:
http://ec.europa.eu/enterprise/pharmaceuticals/mra/index_a.htm
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. It-Trażmissjoni tar-rapporti tal-ispezzjoni
Fuq talba motivata, is-servizzi relevanti tal-ispezzjoni għandhom jgħaddu kopja tal-aħħar rapport tal-ispezzjoni dwar is-sit tal-manifattura jew, fil-każ ta' meta l-operazzjonijiet analitiċi jkunu mogħtija b’kuntratt, tas-sit tal-kontroll. It-talba tista' tikkonċerna ‘rapport sħiħ ta' spezzjoni’ jew ‘rapport dettaljat’ (ara l-partita 2 hawn taħt). Kull Parti għandha tittratta dawn ir-rapporti tal-ispezzjoni bil-kunfidenzjalità kif mitluba mill-Parti li tkun ipprovdiethom.
Il-Partijiet għandhom jassiguraw li r-rapporti tal-ispezzjoni jingħataw mhux aktar minn tletin jum kalendarju, u dan il-perjodu jiġi estiż għal sittin jum f’każ li ssir spezzjoni ġdida.
2. Rapporti tal-ispezzjoni
‘Rapport sħiħ tal-ispezzjoni’ jinkludi Site Master File (ikkompilat mill-manifattur jew mill-ispettorat) u rapport narrattiv mill-ispettorat. ‘Rapport dettaljat’ iwieġeb għal domandi speċifiċi dwar il-kumpanija mill-Parti l-oħra.
3. Referenza tal-GMP
|
(a) |
Il-manifatturi għandhom ikollhom spezzjoni fil-konfront tal-GMP applikabbli tal-parti li tesporta (ara t-Taqsima I). |
|
(b) |
Fir-rigward ta' prodotti mediċinali koperti bil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Parti li timporta iżda mhux ta' dik li tesporta, is-servizz lokali kompetenti tal-ispezzjoni li joffri li jwettaq spezzjoni tal-operazzjonijiet relevanti tal-manifattura, għandu jwettaq spezzjoni fil-konfront tal-GMP tiegħu. Jew, fin-nuqqas tar-rekwiżiti speċifiċi tal-GMP, fil-konfront tal-GMP applikabbli għall-Parti li timporta. Għal prodotti jew klassijiet ta' prodotti speċifiċi (eż. prodotti mediċinali investigattivi, materjali tal-bidu mhux limitati għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi), l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-GMP għandha tiġi determinata skont proċedura stabbilita mill-Kumitat. |
4. Natura tal-ispezzjonijiet
|
(a) |
L-ispezzjonijiet għandhom jassessjaw regolarment il-konformità tal-manifattur mal-GMP. Dawn huma msejħa spezzjonijiet ġenerali tal-GMP (ukoll spezzjonijiet regolari, perjodiċi jew ta' rutina). |
|
(b) |
‘Spezzjonijiet orjentati lejn il-prodott jew il-proċess’ (li jistgħu jkunu spezzjonijiet ta' ‘qabel it-tqegħid fis-suq’ skont kif rilevanti) jiffukaw fuq il-manifattura ta' prodott wieħed jew serja ta' prodotti u proċessi u jinkludu stima tal-validazzjoni ta' u l-osservanza ma' proċess speċifiku jew aspetti tal-kontroll kif deskritti fl-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq. Meta meħtieġ, l-informazzjoni relevanti tal-prodott (id-dossier tal-kwalità ta' dossier tal-applikazzjoni/l-awtorizzazzjoni) għandha tkun ipprovduta b’mod kunfidenzali lill-ispettorat. |
5. Miżati
Is-sistema tal-miżati tal-ispezzjoni/stabbiliment għandha tiġi determinata skont fejn jinsab il-manifattur. Il-miżati tal-ispezzjoni/stabbiliment ma għandhomx jiġu imposti fuq manifatturi li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra.
6. Klawżola ta' salvagwardja għall-ispezzjonijiet
Kull Parti tirriserva d-dritt li jkollha l-ispezzjoni tagħha mwettqa għal raġunijiet identifikati lill-Parti l-oħra. Tali spezzjonijiet għandhom ikunu notifikati bil-quddiem lill-Parti l-oħra u għandhom, bi qbil mal-Artikolu 8 tal-Ftehim, ikunu mwettqa b’mod konġunt mil-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet. Rikors għal din il-klawżola ta' salvagwardja għandu jkun eċċezzjoni.
7. Skambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-approssimazzjoni tar-rekwiżiti tal-kwalità
Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom iwettqu skambju ta' kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għal rikonoxximent reċiproku tal-ispezzjonijiet.
L-awtoritajiet relevanti fl-Iżvizzera u fil-Komunità għandhom ukoll iżommu lil xulxin infurmati dwar kull gwida teknika jew proċedura tal-ispezzjoni ġdida. Kull Parti għandha tikonsulta lill-oħra qabel l-adozzjoni tagħhom u għandha tagħmel sforz biex tersaq lejn l-approssimazzjoni tagħhom.
8. Taħriġ tal-ispetturi
Bi qbil mal-Artikolu 9 tal-Ftehim, għandhom ikunu aċċissebbli sessjonijiet tat-taħriġ għall-ispetturi organizzati mill-awtoritajiet, għall-ispetturi tal-Parti l-oħra. Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar dawn is-sessjonijiet.
9. Spezzjonijiet konġunti
Skont l-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, u bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet, jistgħu jiġu organizzati spezzjonijiet konġunti. Dawn l-ispezzjonijiet huma ntiżi sabiex jiżviluppaw rikonoxximent komuni u l-interpretazzjoni tal-prassi u r-rekwiżiti. L-istabbiliment ta' dawn l-ispezzjonijiet u l-għamla tagħhom għandha tkun mifthiema permezz tal-proċeduri approvati mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim.
10. Sistema tat-Twissija
Il-punti tal-kuntatt għandhom ikunu mifthiema bejn iż-żewġ Partijiet biex jippermettu lill-awtoritajiet u lill-manifatturi li jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra bil-ħeffa xierqa fil-każ ta' difett fil-kwalità, rtirar ta' lottijiet, falsifikazzjoni u problemi oħrajn li jikkonċernaw il-kwalità, li jistgħu jeħtieġu kontrolli addizzjonali jew is-sospensjoni tad-distribuzzjoni tal-lott. Proċedura dettaljata tat-twissija għandha tkun mifthiema.
Il-Partijiet għandhom jassiguraw li kull sospensjoni jew irtirar (totali jew parzjali) tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura, ibbażata fuq nuqqas ta' konformità mal-GMP u li jista' jkollha implikazzjonijiet fuq is-saħħa pubblika, ikunu kkomunikati lil xulxin bil-grad xieraq ta' urġenza.
11. Punti ta' kuntatt
Għall-iskop ta' dan il-Ftehim, il-punti ta' kuntatt għal kull aspett tekniku, bħalma huma r-rapporti tal-ispezzjoni, is-sessjonijiet tat-taħriġ tal-ispetturi, ir-rekwiżiti tekniċi, huma:
Għall-KE
Id-Direttur tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Għall-Iżvizzera
L-uffiċjal tas-servizzi tal-ispezzjoni tal-GMP elenkat fit-Taqsima II hawn fuq.
12. Diverġenza tal-opinjonijiet
Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jirrisolvu kull diverġenza fl-opinjonijiet li jikkonċernaw, inter alia, il-konformità tal-manifatturi u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-ispezzjoni. Diverġenzi mhux solvuti dwar l-opinjonijiet għandhom jiġu referuti lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim.
KAPITOLU 16
PRODOTTI GĦALL-BINI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1
|
Il-Komunità Ewropea |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Iżvizzera |
|
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
|
1. |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità. |
|
2. |
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jinqasmu fi tliet entitajiet differenti involuti fl-attestazzjoni tal-konformità: il-korp taċ-ċertifikazzjoni, il-korp tal-ispezzjoni u l-laboratorju tal-ittestjar. Għall-għan ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fit-Taqsima 3 tal-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE. |
Awtoritajiet tal-ħatra
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet tal-ħatra nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali relatati mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 89/106/KEE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. L-istandards armonizzati Ewropej tal-prodotti għall-bini
|
(a) |
Għall-għan ta' dan il-Ftehim, l-Iżvizzera se tippubblika r-referenza tal-istandards armonizzati Ewropej tal-prodotti għall-bini wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewopea skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/106/KEE. |
|
(b) |
Biex tiddikjara l-ekwivalenza tas-sistemi Żvizzeri ta' attestazzjoni tal-konformità, l-Iżvizzera se żżid ma' kull standard armonizzat tabella ta' konverżjoni. It-tabella ta' konverżjoni għandha tiżgura l-komparabilità tas-sistemi Żvizzeri u Ewropej tal-attestazzjoni tal-konformità filwaqt li tiddeskrivi l-proċeduri rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità. |
2. Id-dokumenti interpretattivi u ta' gwida
Is-sitt Dokumenti Interpretattivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/106/KEE u fil-Komunikazzjoni 94/C62/01 tal-Kummissjoni (ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1) stabbiliti skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 89/106/KEE għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta' dan il-Ftehim.
3. L-Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej
|
(a) |
L-Iżvizzera se jkollha d-dritt li taħtar korpi Żvizzeri biex joħorġu approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Għandha tiżgura li l-korpi maħtura jsiru membri tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjonijiet Tekniċi (EOTA) u li jipparteċipaw fix-xogħol tagħha, b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti linjigwida għal approvazzjonijiet tekniċi Ewropej skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/106/KEE u biex jinħarġu approvazzjonijiet tekniċi Ewropej (ETAs).
L-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim bl-ismijiet u l-indirizzi ta' dawn il-korpi. Id-Deċiżjonijiet tal-EOTA għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta' dan il-Ftehim. L-Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej jinħarġu mill-Korpi tal-Approvazzjoni tal-EOTA u huma rikonoxxuti miż-żewġ Partijiet għal fini ta' dan il-Ftehim. |
|
(b) |
‘Korp tal-Approvazzjoni’ għandha tfisser korp pubbliku jew privat awtorizzat li joħroġ approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.
Il-korpi tal-approvazzjoni jinħatru mill-Partijiet skont il-proċeduri rilevanti tagħhom. Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-korpi tal-approvazzjoni. Għal dan l-għan, il-proċedura tan-notifika deskritta fil-paragrafu 1 tat-Taqsima II skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim għandha tapplika wkoll bl-istess mod għal korpi tal-approvazzjoni. B’dan il-Partijiet jirrikonoxxu li l-korpi elenkati b’dan il-mod għall-fini ta' dan il-Ftehim jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. |
4. L-iskambji ta' informazzjoni
Skont l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adatta ta' dan il-kapitolu.
5. Id-dokumentazzjoni teknika
Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq, li jkollhom disponibbli d-dokumenti tekniċi meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet għal perjodu ta' mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.
Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
6. Il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u għat-twaħħil tat-tikketti
Il-manifattur ma għandux ikun obbligat li jaħtar rappreżentant awtorizzat jew persuna responsabbli biex tqiegħed il-prodotti fis-suq stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra, lanqas li jindika l-isem u l-indirizz ta' rappreżentant awtorizzat, persuna responsabbli jew importatur fuq it-tikketta, l-ippakkjar ta' barra jew l-istruzzjonijiet għall-użu.”