10.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/42


DEĊIŻJONI Nru 2/2009 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE

tas-16 ta’ Frar 2009

dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

(2009/435/KE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI TAL-AKP-KE,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), rivedut mill-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u partikolarment l-Artikolu 2(7) tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

l-ex-Direttur taċ-ĊŻI, maħtur fl-1 ta’ Marzu 2005 għal mandat li kellu jintemm fit-28 ta’ Frar 2010, irriżenja b’effett mit-23 ta’ Awwissu 2007.

(2)

Fi tmiem il-ħidma tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni stabbilit miż-żewġ partijiet ippropona l-ħatra tas-Sur Mabousso THIAM (Senegal) fil-post ta’ Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi għall-bqija tal-mandat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jkun mitlub jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Mabousso THIAM huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2009, għal mandat li jintemm fit-28 ta’ Frar 2010.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP-KE

Il-President

M. VICENOVÁ


(1)  ĠU L 317,15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.