|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/67 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 160/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim sabiex jiġi inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (2), kif emendat mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1643/95 (3), 1654/2003 (4), u 1112/2005 (5). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2010, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
“11. |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*3).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, ir-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L …
(2) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(4) ĠU L 245, 29.9.2003, p. 38.
(5) ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5.
(*3) Hemm indikati rekwiżiti konstituzzjonali.