11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/65 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 159/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li jemenda l-Protokoll 31, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, u l-Protokoll 37 tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 u 101 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1). |
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2). |
(3) |
Huwa xieraq li tkun estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim biex tiġi inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE tal-20 ta’ April 2009 li twaqqaf grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej (3). |
(4) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ. |
(5) |
Sabiex il-Ftehim jaħdem sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi l-grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tas-sistemi GNSS Ewropej mwaqqfa bid-Deċiżjoni 2009/334/KE, u l-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta’ assoċjazzjoni ma’ dan il-Grupp, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-paragrafu 8a tal-Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp tekniku) tal-Protokoll 31 għandi jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-addattamenti (d) u (e) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala addattamenti (e) u (f) rispettivament. |
2. |
Din l-adattazzjoni l-ġdida li ġejja (d) għandha tiddaħħal wara l-adattazzjoni (c):
(*) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE tal-20 ta’ April 2009 (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 22).”" |
Artikolu 2
Il-punt li ġej għandu jkun inserit fil-Protokoll 37 (li fih il-lista li jipprovdi għaliha l-Artikolu 101) mal-Ftehim:
“32. |
Il-Bord ta’ Sigurtà għas-Sistemi GNSS Ewropej (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/334/KE).” |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim. (**)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 277, 22.10.2009, p. 50.
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) ĠU L 101, 21.4.2009, p. 22.
(**) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.