11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 jħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (3) u (KEE) Nru 959/93 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu konsegwentament imħassra taħt il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-Punti 24 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 24a u 24aa rispettivament.

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 24a:

“24.

32009 R 0543: ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein hija eżentata milli tiġbor id-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament;”

(3)

It-test tal-punti l-ġodda 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 543/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)   ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.

(4)   ĠU L 98, 24.4.1993, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.