11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE tat-23 ta’ Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 18x (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008):

“18xa.

32009 R 0646: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari (ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0707: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 3).”

3.

Il-punt li jmiss se jiddaħħal wara l-punt 17c (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/217/COM):

“17d.

32009 H 0498: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE tat-23 ta’ Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 646/2009 u (KE) Nru 707/2009 u r-Rakkomandazzjoni 2009/498/KE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.