11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) u l-Protokoll 30 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistiċi mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Il-Protokoll 30 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandom jitħassaru taħt dan il-Ftehim.

(5)

Ir-referenzi kollha għall-Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS) fil-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jidbiddel b’referenza għall-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 17 (ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jidbiddel b’dan li ġej:

32009 R 0223: ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”

(2)

It-test tal-punt 17a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Il-Protokoll 30 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-Artikolu 1(6) għandu jidbiddel b’dan li ġej:

“Il-ġestjoni tal-istatistika mill-Istati tal-EFTA għandhom jiġu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistiċi Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”

(2)

Il-kliem “Kumitat tal-Pogramm Statistiku (KPS)” fl-Artikolu 1(1) għandu jidbiddel bil-kliem “Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (KSEI)”.

(3)

Il-kliem “KPS/ŻEE” fl-Artikolu 1(1) u 1(7) għandu jidbiddel bil-kliem “KSEI/ŻEE”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 43.

(3)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(4)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 70.

(5)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.