11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32009 D 0240: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/240/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.