11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2008 tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-iffissar ta’ livell massimu għal dijossini u PCBs fil-fwied tal-ħut (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32008 R 0565: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2008 tat-18 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 160, 19.6.2008, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 565/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27.

(2)  ĠU L 160, 19.6.2008, p. 20.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.