11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom (3), kif ikkoreġut mill-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32009 R 0256: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3), kif korrett bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39”.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 2005/396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32009 R 0256: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3), kif korrett bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39”.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 256/2009, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 208, 12.8.2009, p. 39, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 27.

(3)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 3.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.