22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 88/2009

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1784/2006 tal-4 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ aġenti tal-ipproċessar (2) għandu jkun inkorporat fil-ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“—

32006 R 1784: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1784/2006 tal-4 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1784/2006 fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 29.

(2)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 3.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.