31.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 29/55


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KE U L-ISVIZZERA

tal-14 ta' Jannar 2009

li jibdel it-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2

(2009/84/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kif emendat mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, il-prezzijiet ta’ referenza interna huma stabbiliti għall-Partijiet Kontraenti mill-Kumitat Konġunt.

(2)

Il-prezzijiet proprji nbidlu fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għalihom huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet u l-ammonti ta’ referenza elenkati fit-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 ikunu aġġornati skont dan.

(4)

Minħabba li l-volatilità tas-swieq hija mistennija tkompli, il-partijiet se jiskambjaw it-tagħrif tal-prezz domestiku fuq bażi bimensili u jekk jibdew jidhru differenzi sostanzjali tista’ ssegwi emenda għal din id-Deċiżjoni

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tabelli III u IV(b) tal-Protokoll Nru 2 huma mibdula bit-tabelli fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt

Alan SEATTER

Il-President


ANNESS I

“TABELLA III

Prezzijiet domestiċi ta’ referenza Żvizzeri u tal-KE

Materja prima Agrikola

Prezz ta’ referenza domestiku Żvizzeru

CHF għal kull 100 kg nett

Prezz ta’ referenza domestiku tal-KE

CHF għal kull 100 kg nett

L-Artikolu 4(1)

Applikat fin-naħa Żvizzera

Differenza prezz ta’ referenza Żvizzeru/KE

CHF għal kull 100 kg nett

L-Artikolu 3(3)

Applikat fin-naħa tal-KE

Differenza fil-prezz ta’ referenza Żvizzeru/KE

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

59,11

25,74

33,35

0,00

Qamħ durum

52,93

51,73

1,20

0,00

Segala

53,63

21,70

31,95

0,00

Xgħir

27,21

27,21

Qamħirrun

23,31

23,31

Dqiq tal-qamħ komuni

111,26

46,02

65,25

0,00

Trab tal-ħalib mhux proċessat

678,50

386,70

291,80

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

555,19

321,37

233,80

0,00

Butir

1 005,04

397,76

607,30

0,00

Zokkor abjad

Bajd (1)

212,80

174,80

38,00

0,00

Patata friska

42,00

23,80

18,20

0,00

Xaħam veġetali (2)

381,00

160,00

221,00

0,00


(1)  Idderivati mill-prezzijiet għall-bajd likwidu tal-għasafar, mhux fil-qoxra, immultiplikat b’fattur ta’ 0,85.

(2)  Prezzijiet għal xaħmijiet veġetali (għall-industrija tal-ħami u tal-ikel) b’kontenut ta’ xaħam ta’ 100 %.”


ANNESS II

“TABELLA IV

b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjus għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Applikati fin-naħa Żvizzera Art 3(2)

Ammont bażiku applikat

CHF għal kull 100 kg nett

Applikati fin-naħa tal-KE Art 4(2)

Ammont bażiku applikat

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

28,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

27,00

0,00

Xgħir

Qamħirrun

Dqiq tal-qamħ komuni

55,00

0,00

Trab tal-ħalib mhux proċessat

248,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

199,00

0,00

Butir

516,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

15,00

0,00

Xaħam veġetali

188,00

0,00 ”