3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2009

tad-29 ta' Mejju 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 298/2009 tat-8 ta' April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32009 R 0298: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 298/2009 tat-8 ta' April 2009 (ĠU L 95, 9.4.2009, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 298/2009 fil-lingwi tal-Iżlanda u n-Norveġja, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

(2)  ĠU L 95, 9.4.2009, p. 16.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati