3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3), b'adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 iħassar ir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 (5), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“66i

32008 R 0820: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 820/2008 fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(4)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.

(5)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.