3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2009

tad-29 ta' Mejju 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 289/2008 tal-31 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2008 tad- 29 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' annimali tqal mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim (3).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (Verżjoni kodifikata) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/220/KE tat-12 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjani ta’ qerda u l-pjani għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali ta’ Renanja-Palatinat u tat-Tramuntana tar-Renanja-Westfalia (il-Ġermanja) (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/233/KE tas-17 ta' Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis tal-bovini infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda minn ċerti Stati Membri (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/234/KE tat-18 ta' Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li xi reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enzotika tal-bovini (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/339/KE tal-25 ta' April 2008 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-virus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE (9) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim.

(10)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 289/2008 u 384/2008 u tad-Deċiżjonijiet 2008/185/KE, 2008/220/KE, 2008/233/KE, 2008/234/KE u 2008/339/KE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 89, 1.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 116, 30.4.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.

(5)  ĠU L 70, 14.3.2008, p. 9.

(6)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 56.

(7)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58.

(8)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 39.

(9)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandhu jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32008 D 0339: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/339/KE tal-25 ta’ April 2008 (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 39).”

2.

Dan li ġej se jiġi miżjud f'punt 40 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) f'Taqsima 3.2:

“kif emendat minn:

32008 R 0289: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 289/2008 tal-31 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 3),

32008 R 0384: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2008 tad-29 ta’ April 2008 (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 3).”

3.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 20 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE) fil-Parti 3.2:

“—

32008 D 0220: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/220/KE tat-12 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 70, 14.3.2008, p. 9).”

4.

It-test tal-punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE) tal-Parti 4.2 għandu jitħassar.

5.

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 70 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) tat-Taqsima 4.2:

“—

32008 D 0234: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/234/KE tat-18 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58).”

6.

Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal f’punt 80 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) tat-Taqsima 4.2:

“—

32008 D 0233: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/233/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 56).”

7.

L-inċiż li ġej għandu jigi inserit wara l-punt 83 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/846/KE) fit-Taqsima 4.2;

“84.

32008 D 0185: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”