|
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 52/2009
tal-24 ta’ April 2009
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 li jiffinalizza l-Anness IC tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi ta’ skart (2) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:
|
“— |
32008 R 0669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 188, 16.7.2008, p. 7).” |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 669/2008 fil-lingwi Islandi\i u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ta\-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ April 2009 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.
F’isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER