28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li temenda d-Direttiva 2004/40/KE dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (It-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (2) għadha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII għall-Ftehim:

“—

32008 L 0046: Id-Direttiva 2008/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/46/KE fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 31.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.