28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2009 tal-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89 (3), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 12 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4060/89) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32008 R 1100: Ir-Regolament (KE) Nru 1100/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-eliminazzjoni ta’ kontrolli li jsiru mal-fruntieri ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ trasport bit-triq u b’passaġġi tal-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1100/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 52.

(2)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 63.

(3)  ĠU L 390, 30.12.1989, p. 18.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.