28.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 26/2009

tas-17 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2009 tat-5 ta’ Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Riformolat) (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 345/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 94/92 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitoli XII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-ewwel inċiż (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru94/92), l-inċiż 17 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/97), l-inċiż 20 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1367/98), l-inċiż 26 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2000), l-inċiż 29 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2589/2001), l-inċiż 30 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2000), l-inċiż 31 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1616/2000), l-inċiż 32 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2426/2000), l-inċiż 33 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2001), l-inċiż 36 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2002), l-inċiż 37 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2382/2002), l-inċiż 39 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2003), l-inċiż 41 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2144/2003), u l-inċiż 57 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006) ta’ punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) għandhom jiġu mħassra.

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91):

“—

32008 R 0123: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat-12 ta’ Frar 2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3).”

3.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzw (Direttiva tal-Kummissjoni 2008/5/KE):

“54zzzx.

32008 R 0345: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas- 17 ta’ April 2008 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (Riformolat) (ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 123/2008 u 345/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta’ Marzu 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE li hemm miegħu.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 38.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

(4)  ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.