14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2008 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN

tal-10 ta’ Novembru 2008

dwar l-istabbiliment ta’ skeda ta’ tneħħija tat-tariffi għall-prodotti mniżżlin fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

(2009/20/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Novembru 1997 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002, u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u l-Artikolu 11(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Komunità u l-Ġordan għandhom jistabbilixxu gradwalment żona ta’ kummerċ ħieles matul perjodu ta’ żmien tranżitorju li jilħaq massimu ta’ 12-il sena mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u f’konformità ma’ dawk tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.

(2)

Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jerġa’ jeżamina l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati lill-prodotti mniżżla fl-Anness IV tal-ftehim, li fih lista ta’ prodotti industrijali li joriġinaw mill-Komunità, erba’ snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, u fil-waqt ta’ dak l-eżami mill-ġdid, jistabbilixxi skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għal dawk il-prodotti.

(3)

L-iskeda tat-tneħħija tat-tariffi għall-prodotti mniżżlin fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġiet innegozjata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ġordan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-importazzjonijiet lejn il-Ġordan tal-prodotti li joriġinaw fil-Komunità mniżżla fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-iskeda ta’ tneħħija tat-tariffi indikata fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċijoni. Din l-iskeda għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Mejju 2008.

Artikolu 2

1.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil-lista 1 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien sentejn, li jibda mill-1 ta’ Mejju 2008. Dawn il-prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b’effett mill-1 ta’ Mejju 2009. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a)

fl-1 ta’ Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas għal 3 %;

(b)

fl-1 ta’ Mejju 2009, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

2.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil-lista 2 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien seba’ snin li jibda mill-1 ta’ Mejju 2008. Dawn il-prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b’effett mill-1 ta’ Mejju 2014. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a)

fl-1 ta’ Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas sa 90 % tad-dazju bażiku;

(b)

fl-1 ta’ Mejju 2009, id-dazju għandu jitnaqqas sa 80 % tad-dazju bażiku;

(ċ)

fl-1 ta’ Mejju 2010, id-dazju għandu jitnaqqas sa 70 % tad-dazju bażiku;

(d)

fl-1 ta’ Mejju 2011, id-dazju għandu jitnaqqas sa 60 % tad-dazju bażiku;

(e)

fl-1 ta’ Mejju 2012, id-dazju għandu jitnaqqas sa 50 % tad-dazju bażiku;

(f)

fl-1 ta’ Mejju 2013, id-dazju għandu jitnaqqas sa 40 % tad-dazju bażiku;

(g)

fl-1 ta’ Mejju 2014, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

3.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità u li huma mniżżla fil-lista 3 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx jitneħħew. L-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom josservaw b’mod konġunt, fis-sotto-kumitat ta’ l-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji lejn il-Ġordan tal-birra (HS 2203) u l-vermut (HS 2205) biex jewalwaw kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji kkawżat minn trattament preferenzjali mogħti lil imsieħba kummerċjali oħra. Fil-każ fejn ġie ppruvat tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet Komunitarji, l-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirrevedu d-dazji doganali applikabbli fuq dawk iż-żewġ prodotti bl-għan li jirrimedjaw l-iżbilanċ identifikat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.


ANNESS

Lista 1

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

ex ex 8703 10 000  (*)

– Vetturi magħmula apposta biex jimxu fuq il-borra; Vetturi tal-golf u vetturi simili

ex ex 8703 21 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 21 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 21 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 22 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 22 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 22 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 23 130  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 140  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 23 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 23 310  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 320  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 390  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 24 100  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 24 200  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 24 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 31 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 31 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 31 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 32 130  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 32 140  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 32 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 32 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 32 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 32 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 33 110  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 33 120  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 33 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 33 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 33 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 33 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 90 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 90 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 90 590  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 90 600  (*)

– – – – Oħrajn, ta’ kapaċità ċilindrika li taqbeż l-2 000 cc iżda mhux l-2 500 cc.

ex ex 8703 90 700  (*)

– – – – Oħrajn ta’ kapaċità ċilindrika ta’ aktar minn 2 500 cc

ex ex 8703 90 900  (*)

– – – Oħrajn


Lista 2

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

5701 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5701 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 10 000

– Kelem, Schumacks, Karamanie u tapiti simili maħduma bl-idejn

5702 20 000

– Kisi tal-art tal-fibri tal-ġewż tal-Indi (kajjar)

5702 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 41 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 51 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 59 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5703 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5703 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5704 10 000

– Madum, li għandu erja tal-wiċċ ta’ 0,3 m2

5705 00 000

– Tapiti oħra u kisi tal-art ieħor tat-tessuti, kemm jekk maħduma lesti jew le.

6101 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6101 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6102 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6102 30 000

– Minn fibri magħmula mill-bniedem

6102 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 12 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6103 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 21 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6103 22 000

– – Mill-qoton

6103 23 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6103 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 12 000

– – Mill-qoton

6104 13 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6104 23 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6104 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6104 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 44 000

– – ta’ fibri artifiċjali

6104 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 59 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 61 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6104 69 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6106 10 000

– Mill-qoton

6108 11 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6108 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 32 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6108 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6110 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6111 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6112 20 000

– Ilbies tal-iskijar

6112 31 000

– – Minn fibri sintetiċi

6112 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6112 41 000

– – Minn fibri sintetiċi

6112 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6113 00 000

– – Ħwejjeġ, magħmula minn tessuti maħduma bil-labar jew bil-ganċ taħt l-intestatura 59.03, 59.06 jew 59.07.

6114 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6114 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6115 99 900

– – – Oħrajn

6116 10 000

– Mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks jew gomma

6116 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6116 92 000

– – Mill-qoton

6116 93 000

– – Minn fibri sintetiċi

6116 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6117 10 000

– Xalel, xalpi, mleffi, mantilji, velijiet u oġġetti simili

6117 20 000

– Ingravajjet, cfuf u mkatar tal-għonq

6117 80 000

– Aċċessorji oħrajn

6117 90 900

– – – Oħrajn

6201 13 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6201 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6201 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6202 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6202 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6202 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6205 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6206 10 000

– Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

6206 40 000

– Minn fibri magħmula mill-bniedem

6206 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 11 000

– – Mill-qoton

6207 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 22 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6207 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 92 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6207 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 11 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 21 000

– – Mill-qoton

6208 22 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 91 000

– – Mill-qoton

6208 92 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6209 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6209 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6210 10 000

– Minn drappijiet taħt l-intestatura 56.02 jew 56.03

6210 40 000

– ħwejjeġ oħra tal-irġiel jew tas-subien

6210 50 000

– ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet

6211 11 000

– – Ħwejjeġ oħra tal-irġiel jew tas-subien

6211 12 000

– – Ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet

6211 20 000

– Ilbies tal-iskijar

6211 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6211 33 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6211 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6211 41 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6211 43 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6211 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6212 20 000

– Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt

6212 30 000

– Corselettes

6212 90 000

– Oħrajn

6213 10 000

– Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

6213 20 000

– Mill-qoton

6213 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6216 00 000

Ingwanti, mittens u mitts.

6217 10 000

– Aċċessorji

6217 90 900

– – – Oħrajn

6309 00 100

– – – Xedd tas-saqajn

6309 00 900

– – – Oħrajn

6401 10 000

– Ilbies għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall

6401 91 000

– – Li jgħatti l-irkoppa

6401 92 000

– – Li jgħatti l-għaksa iżda mhux l-irkoppa:

6401 99 000

– – Oħrajn

6402 12 000

– – Bwiez għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u bwiez tal-bords tas-silġ

6402 19 000

– – Oħrajn

6402 20 000

– Ilbies għar-riġlejn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mwaħħlin mal-qiegħ permezz ta’ tappijiet

6402 30 000

– Ilbies ieħor għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall

6402 91 000

– – Li jgħatti l-għaksa

6402 99 000

– – Oħrajn

6405 10 000

– B’uċuħ tal-ġilda jew ta’ kompożizzjoni tal-ġilda

6405 20 000

– B’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti:

6405 90 000

– Oħrajn

6406 10 000

– Uċuħ u bċejjeċ tagħhom, għajr oġġetti li jwebbsu

6406 20 000

– Qigħan ta’ barra u tal-għarqbejn, tal-gomma jew tal-plastiks

6406 91 000

– – Tal-injam

6406 99 000

– – Ta’ materjali oħrajn

9401 20 000

– Siġġijiet (seats) ta’ tip użati għal vetturi bil-mutur

9401 30 000

– Siġġijiet (seats) iduru b’aġġustament ta’ għoli varjabbli

9401 40 000

– Siġġijiet minbarra siġġijiet tal-ġnien jew tagħmir għall-camping, li jistgħu jsiru sodod

9401 50 000

– Siġġijiet tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu’ jew materjali simili:

9401 61 000

– – Tapezzati

9401 69 000

– – Oħrajn

9401 71 000

– – Tapezzati

9401 79 000

– – Oħrajn

9401 80 900

– – – Oħrajn

9401 90 000

– Partijiet

9402 10 100

– – – Siġġijiet tal-barbiera

9403 10 000

– Għamara tal-metall ta’ tip użat fl-uffiċċji

9403 20 000

– Għamara oħra tal-metall

9403 30 000

– Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fl-uffiċċji

9403 40 000

– Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fil-kċina

9403 50 000

– Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

9403 60 000

– Għamara oħra tal-injam

9403 70 000

– Għamara tal-plastiks

9403 80 000

– Għamara ta’ materjali oħrajn, inkluż tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu jew materjali simili

9403 90 000

– Partijiet

9404 10 000

– Irfid għas-saqqijiet

9404 21 000

– – Ta’ gomma jew plastiks ċellulati, sew miksijin kif ukoll le

9404 29 000

– – Ta’ materjali oħrajn

9404 30 000

– Xkora għall-irqad

9404 90 000

– Oħrajn

9405 10 000

– Linef u tagħmir ieħor tad-dawl għas-saqaf jew għall-ħajt, għajr dawk ta’ tip użat biex jiddawwlu postijiet pubbliċi miftuħin jew triqat

9405 20 000

– Lampi tal-elettriku għall-użu fuq mejda, komodina jew fuq stand mal-art

9405 30 000

– Settijiet ta’ dwal tat-tip li jintuża fuq siġra tal-Milied

9405 40 900

– – – oħrajn

9405 50 900

– – – Oħrajn

9405 60 000

– Sinjali mdawwlin, pjanċi tal-isem imdawwlin u bħalhom

9405 91 900

– – – Oħrajn

9405 92 900

– – – Oħrajn

9405 99 900

– – – Oħrajn

9406 00 900

– – – Oħrajn


Lista 3

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

2203 00 000

Birra magħmula mix-xgħir.

2205 10 000

– Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk mogħti t-togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi, f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

2205 90 000

– Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk u b’togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi: oħrajn

2402 10 000

– Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk

2402 20 000

– CSigarretti li fihom it-tabakk

2402 90 100

– – – Sigarri

2402 90 200

– – – Sigaretti

2403 99 900

– – – Oħrajn


(*)  Vetturi użati huma definiti bħala vetturi li għandhom iżjed minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni u li tellgħu mill-inqas 6 000 km.