19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 16/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/48/KE tħassar, b’effett mit-12 ta’ Mejju 2010, id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant tiġi mħassra taħt l-istess Ftehim b’effett mit-12 ta’ Mejju 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIX għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 7 g (id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“7h.

32008 L 0048: Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, tal-22.5.2008, p. 66).”

(2)

It-test tal-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE) għandu jitneħħa b’seħħ mit-12 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/48/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 339, 18.12.2008, p. 103.

(2)   ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.

(3)   ĠU L 42, 12.2.1987, p. 48.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.