|
19.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 14/2009
tal-5 ta’ Frar 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurta ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (2) ġiet integrata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2005 (3) tat-2 ta’ Diċembru 2005, b’adattamenti speċifiċi tal-pajjiż. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE tas-16 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kriterji għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq ajruplani li jużaw l-ajruporti tal-Komunità (4) għandha tkun integrata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 351/2008 tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità (5) għandu jkun integrat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66ra (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/49/KE u r-Regolament (KE) Nru 351/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 36.
(2) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.
(3) ĠU L 53, 23.2.2006, p. 53.
(4) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 17.
(5) ĠU L 109, 19.4.2008, p. 7.
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.