19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 6/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal-4 ta’ Marzu 2008 li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ gamithromycin Test b’relevanza għaż-ŻEE (2) għandu jkun integrat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 542/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ cyfluthrin u lectin estratti minn fażola ħamra (Phaseolus vulgaris) (3) għandu jkun integrat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32008 R 0203: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2008 tal-4 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 18),

32008 R 0542: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 542/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 203/2008 u 542/2008 fil-lingwa Iżlandiż u dik Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 21.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 18.

(3)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 43.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.