19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 3/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/15/KE tal-14 ta’ Marzu 2007 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE li għandha x’taqsam mal-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32007 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/15/KE tal-14 ta’ Marzu 2007 (ĠU L 75, 15.3.2007, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/15/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 15.

(2)  ĠU L 75, 15.3.2007, p. 21.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.