22009A0402(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Official Journal L 090 , 02/04/2009 P. 0010 - 0019


Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u l-istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

L-ISTAT TAL-IŻRAEL (minn hawn ‘il quddiem "l-Iżrael")

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem "il-Partijiet")

Wara notifika mill-Komunità Ewropea li:

Ġew konklużi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżrael li fihom dispożizzjonijiet li attwalment m’humiex konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja,

Il-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, inkluż l-Iżrael,

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

Ċerti dispożizzjonijiet tal-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżrael, li iridu jinġiebu f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżrael u biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,

Skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu akkordji li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

Dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżrael li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ akkordji bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

Mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, taħt dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżrael, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u trasportaturi tal-ajru tal-Iżrael, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti tas-servizzi tal-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku.

IL-PARTIJIET FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

2. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għalihom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina ta’ trasportatur tal-ajru mill-Istati Membri kkonċernati, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Iżrael, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

2. Mal-wasla ta’ nomina minn Stat Membru, l-Iżrael għandu joħroġ l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kundizzjoni li:

(i) it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għandu Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea;

(ii) kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru huwa mħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fin-nomina; kif ukoll

(iii) it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ sjieda maġġoritarja, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

3. L-Iżrael jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru nominat minn Stat Membru fejn:

(i) it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea;

(ii) ma jkunx imħaddem jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

(iii) it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta’ sjieda maġġoritarja, u ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew minn ċittadini ta’ dawn l-istati oħra; jew

(iv) it-trasportatur tal-ajru diġà jkun awtorizzat jopera skond ftehim bilaterali bejn l-Iżrael u Stat Membru ieħor, u l-Iżrael ikun jista’ juri li billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, it-trasportatur tal-ajru jkun qed idur ma’ restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti bil-ftehim bilaterali bejn l-Iżrael u dak l-Istat Membru l-ieħor.

Huwa u jeżerċita d-dritt tiegħu skond dan il-paragrafu, l-Iżrael ma għandux jiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (c).

2. Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju fuqu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Iżrael skond id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u l-Iżrael għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għalihom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2. It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i tal-ajru nominat/i mill-Iżrael permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (d) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 5

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 ma għandu (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ ftehim elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 6

Annessi ma’ dan il-Ftehim

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emendament

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, bi qbil reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2. Fil-każ li kull ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess waqt.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell f’żewġ kopji, fid- disa jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u tmienja, li jikkorrispondi għat-tnax-il jum tal-Kislev fis-sena ħamest elef seba’ mija u disgħa u sittin tal-kalendarju Lhudi, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Ebrajka.

За Европейската общнoст

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

За държавата Израел

Por el Estado de Israel

Za Stát Izrael

For Staten Israel

Für den Staat Israel

Iisraeli Riigi nimel

Για το Κράτος του Ισραήλ

For the State of Israel

Pour l'État d'Israël

Per lo Stato d'Israele

Izraēlas Valsts vārdā

Izraelio Valstybės vardu

Izrael Állam részéről

Għall-Istat ta' l-Iżrael

Voor de Staat Israël

W imieniu Państwa Izrael

Pelo Estado de Israel

Pentru Statul Israel

Za Izraelský štát

Za Državo Izrael

Israelin valtion puolesta

För Staten Israel

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta’ strumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

Strumenti ta’ ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Iżrael u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea kif modifikati u emendati li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament:

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael magħmul f’Ġerusalemm fit- 2 ta’ Awwissu 1963, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Awstrija" fl-Anness II;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern Belġjan u l-Gvern tal-Iżrael għal Servizzi tal-Ajru bejn it-Territorji rispettivi tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul f’Hakirya fit- 30 ta’ Ġunju 1952, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Belġju" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael għal servizzi tal-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul f’Sofja fil- 25 ta’ Marzu 1991, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Bulgarija" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Ġerusalemm fil- 21 ta’ Diċembru 1993, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Ċipru" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, li r-Repubblika Ċeka ddikjarat li tqis li hija marbuta bid-dispożizzjonijiet tiegħu, magħmul f’Ġerusalemm fl- 24 ta’ April 1991, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Repubblika Ċeka" fl-Anness II;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul f’Ġerusalemm fit- 18 ta’ April 1977, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Danimarka" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Ħelsinki fl- 24 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Finlandja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Tel Aviv fid- 29 ta’ April 1952, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Franza" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Bonn fit- 12 ta’ Frar 1971, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Ġermanja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern Irjali Elleniku u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael dwar is-servizzi tal-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, magħmul f’Ateni fil- 15 ta’ Lulju 1952, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Greċja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Ġerusalemm fl- 1 ta’ Marzu 1989, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Ungerija" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Istat tal-Iżrael u l-Gvern tal-Irlanda, magħmul f’Ġerusalemm fid- 19 ta’ Ottubru 1993, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Irlanda" fl-Anness II;

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u l-Istat tal-Iżrael dwar is-servizzi tal-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, magħmul f’Ruma fit- 18 ta’ Mejju 1979, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Italja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Ġerusalemm fit- 3 ta’ Novembru 1993, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Latvja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Istat tal-Iżrael u l-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, inizjalat u anness mal-Minuti Miftiehma magħmulin f’Ġerusalemm fl- 20 ta’ Novembru 1997, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Litwanja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul fil-Lussemburgu fl- 14 ta’ Ġunju 1994, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Lussemburgu" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Istat tal-Iżrael u l-Gvern ta’ Malta, magħmul f’Ġerusalemm fl- 20 ta’ Frar 1995, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Malta" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Olanda u l-Gvern tal-Iżrael magħmul f’Ġerusalemm fit- 23 ta’ Ottubru 1950, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Olanda" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Varsavja fis- 27 ta’ Frar 1990, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Polonja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Portugall u l-Istat tal-Iżrael magħmul f’Liżbona fit- 8 ta’ Mejju 1997, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Portugall" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul fl-Iżrael fid- 19 ta’ Diċembru 1967, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Rumanija" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael, magħmul fi Bratislava fit- 22 ta’ Awwissu 1994, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Repubblika Slovakka" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u l-Istat tal-Iżrael, magħmul fi Ljubljana fis- 16 ta’ Ġunju 1993, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Slovenja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport tal-Ajru bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Istat tal-Iżrael, magħmul f’Ġerusalemm fil- 31 ta’ Lulju 1989, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Spanja" fl-Anness II;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tal-Istat tal-Iżrael dwar is-Servizzi tal-Ajru, magħmul fi Stokkolma fid- 9 ta’ Novembru 1977, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Iżrael – Żvezja" fl-Anness I;

- Il-ftehim bejn l-Istat tal-Iżrael u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar is-servizzi tal-ajru, iffirmat f’Londra fl- 24 ta’ Settembru 1975, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim tal-1975 Iżrael - Renju Unit";

- Il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istat tal-Iżrael u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar is-servizzi tal-ajru, magħmul f’Tel Aviv fis- 6 ta’ Diċembru 2001, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim tal-2001 Iżrael - Renju Unit".

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta’ Artikoli fl-istrumenti ta’ ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a) Nomina minn Stat Membru:

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Awstrija;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Belġju;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Bulgarija;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Ċipru;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Ċeka;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Danimarka;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Finlandja;

- l-Artikolu XIII tal-Ftehim Iżrael - Franza;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Ġermanja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Ġreċja;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Ungerija;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Irlanda;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Italja;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Latvja;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Litwanja;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Lussemburgu;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Malta;

- l-Artikolu II tal-Ftehim Iżrael - Olanda;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Polonja;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Portugall;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Rumanija;

- l-Artikolu 3 tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Slovakka;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Slovenja;

- l-Artikolu III tal-Ftehim Iżrael - Spanja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Żvezja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-1975 Iżrael - Renju Unit;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-2001 Iżrael – Renju Unit.

(b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

- l-Artikolu 5 tal-Ftehim Iżrael - Awstrija;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Belġju;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Bulgarija;

- l-Artikolu 5 tal-Ftehim Iżrael - Ċipru;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Ċeka;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Danimarka;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Finlandja;

- l-Artikolu VIII tal-Ftehim Iżrael - Franza;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Ġermanja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Ġreċja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Ungerija;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Irlanda;

- l-Artikolu 5 tal-Ftehim Iżrael - Italja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Latvja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Litwanja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Lussemburgu;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Malta;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Olanda;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Polonja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Portugall;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Rumanija;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Slovakka;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Slovenja;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael - Spanja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim Iżrael - Żvezja;

- l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-1975 Iżrael - Renju Unit;

- l-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-2001 Iżrael - Renju Unit.

(ċ) Sikurezza:

- l-Artikolu XIV tal-Ftehim Iżrael - Bulgarija;

- l-Artikolu 13 tal-Ftehim Iżrael - Ċipru;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Ċeka;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Danimarka;

- l-Artikolu 11 tal-Ftehim Iżrael - Finlandja;

- l-Artikolu VIII tal-Ftehim Iżrael - Ġreċja;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Ungerija;

- L-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Irlanda;

- l-Artikolu 12 tal-Ftehim Iżrael - Italja;

- l-Artikolu 9 tal-Ftehim Iżrael - Latvja;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Litwanja;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Lussemburgu;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Malta;

- l-Artikolu IV tal-Ftehim Iżrael-Olanda;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Portugall;

- l-Artikolu 9 tal-Ftehim Iżrael - Republika Slovakka;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Slovenja;

- l-Artikolu X tal-Ftehim Iżrael - Spanja;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Żvezja;

- l-Artikolu 12 tal-Ftehim tal-2001 Iżrael - Renju Unit.

(d) Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Awstrija;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Belġju;

- l-Artikolu IX tal-Ftehim Iżrael - Bulgarija;

- l-Artikolu 17 tal-Ftehim Iżrael - Ċipru;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Repubblika Ċeka;

- l-Artikolu 10 tal-Ftehim Iżrael - Danimarka;

- l-Artikolu 10 tal-Ftehim Iżrael - Finlandja;

- l-Artikolu XVII tal-Ftehim Iżrael - Franza;

- l-Artikolu 9 tal-Ftehim Iżrael - Ġermanja;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Ġreċja;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Ungerija;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Irlanda;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim Iżrael - Italja;

- l-Artikolu 6 tal-Ftehim Iżrael - Latvja;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Litwanja;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Lussemburgu;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Malta;

- il-Paragrafu 7 tal-Anness għall-Ftehim Iżrael - Olanda;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Polonja;

- l-Artikolu 16 tal-Ftehim Iżrael - Portugall;

- l-Artikolu 7 tal-Ftehim Iżrael - Rumanija;

- l-Artikolu 6 tal-Ftehim Iżrael - Republika Slovakka;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Slovenja;

- l-Artikolu VI tal-Ftehim Iżrael - Spanja;

- l-Artikolu 10 tal-Ftehim Iżrael - Żvezja;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-1975 Iżrael - Renju Unit;

- l-Artikolu 8 tal-Ftehim tal-2001 Iżrael - Renju Unit.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ) Ir-Renju Norveġiż (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Ajru).

--------------------------------------------------