29.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 24/52


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja u Ħerzegovina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja u Ħerzegovina dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, wara li fit-30 ta’ Novembru 2007 tlestiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.