1.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 171/63 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE
tat-13 ta’ Ġunju 2008
dwar ir-reviżjoni tal-modalitajiet tal-finanzjament għall-varjazzjonijiet ta’ żmien qasir tad-dħul mill-esportazzjoni
(2008/494/KE)
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonú fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rrivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-pajjiżi firmatarji tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, filwaqt li jagħrfu li l-instabbiltà fid-dħul mill-esportazzjoni tista’ tkun ta’ ħsara għall-iżvilupp ta’ l-Istati AKP, ħolqu sistema ta’ sostenn addizzjonali maħsuba sabiex tnaqqas l-effetti negattivi ta’ kwalunkwe instabbiltà fid-dħul mill-esportazzjoni, inkluż dak fis-settur agrikolu u tal-minjieri, u jikkonfermaw li l-għan ta’ dan is-sostenn huwa li jkunu mħarsa r-riformi u l-linji politiċi soċjo-ekonomiċi li jistgħu jintlaqtu b’mod negattiv minħabba tnaqqis fid-dħul u li jirrimedjaw għall-effetti avversi ta’ l-instabbiltà tad-dħul mill-esportazzjoni li ġej mill-prodotti agrikoli u tal-minjieri. |
(2) |
Konformement ma’ l-Artikolu 11 ta’ l-Anness II mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 ta’ l-imsemmi Anness dwar il-finanzjament tal-varjazzjonijiet ta’ żmien qasir tad-dħul mill-esportazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni sa mhux aktar tard wara sentejn ta’ applikazzjoni u, wara dan, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet. |
(3) |
Is-sistema ta’ sostenn maħsuba sabiex tnaqqas l-effetti negattivi ta’ kwalunkwe instabbiltà fid-dħul mill-esportazzjoni kienet emendata l-ewwel bid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tat-30 ta’ Ġunju 2004. |
(4) |
Waqt l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE rrivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, il-Partijiet għamlu dikjarazzjoni konġunta li: “Il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE ser jeżamina, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 100 tal-Ftehim ta’ Kotonù, il-proposti tan-naħa ta’ l-AKP dwar l-Anness II tiegħu dwar l-oxxillazzjonijiet ta’ żmien qasir fl-ammonti tad-dħul mill-esportazzjoni”. |
(5) |
Jaqbel li jittejjeb il-funzjonament tas-sistema ta’ finanzjament tal-varjazzjonijiet ta’ żmien qasir fid-dħul mill-esportazzjoni sabiex dan ikun aktar adegwat għall-objettivi tas-sistema, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu 3 ta’ l-Anness II mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit bit-test li ġej: “Kriterji ta’ eliġibbiltà 1. L-eliġibbiltà għal risorsi addizzjonali għandha tiġi stabbilita minn:
|
(2) |
l-Artikolu 9(2) huwa sostitwit bit-test li ġej: “2. It-telf tad-dħul mill-esportazzjoni ddefinit fil-paragrafu 1 għandu jkun aktar minn jew daqs 0,5 % tal-PGD sabiex japplika d-dritt għal sostenn addizzjonali. Id-dritt għal sostenn addizzjonali huwa limitat għal tliet snin suċċessivi.”; |
(3) |
l-Artikolu 9(3) huwa sostitwit bit-test li ġej: “3. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jidhru fil-kontijiet pubbliċi tal-pajjiż ikkonċernat. Dawn jintużaw konformement mar-regoli u l-metodi ta’ programmazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Anness IV dwar il-proċeduri ta’ implimentazzjoni u ta’ ġestjoni, abbażi ta’ ftehim stabbiliti minn qabel mill-Komunità u l-Istat AKP ikkonċernat matul is-sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni. Bi ftehim komuni bejn iż-żewġ partijiet, ir-riżorsi jistgħu jintużaw sabiex jiffinanzjaw programmi li jidhru fil-baġit nazzjonali. Parti mir-riżorsi addizzjonali sadanittant tista’ tiġi rriservata għal setturi speċifiċi, partikolarment sabiex jiġu żviluppati sistemi ta’ assigurazzjoni kummerċjali maħsuba sabiex iħarsu kontra l-varjazzjonijiet tad-dħul mill-esportazzjoni.”. |
(4) |
l-Artikolu li ġej huwa miżjud mal-Kapitolu 3 ta’ l-Anness II: “Artikolu 9a 1. L-ammont ta’ sostenn finanzjarju addizzjonali huwa daqs it-telf tad-dħul mill-esportazzjoni mmultiplikat bil-medja aritmetika tal-proporzjon ‘dħul tal-gvern/prodott gross domestiku’ ta’ l-erba’ snin ta’ qabel is-sena ta’ applikazzjoni fejn jiġi eskluż il-valur l-aktar estrem u l-limitu massimu ta’ dan il-proporzjoni kun 25 %. 2. L-analiżi tad-data pprovduta mill-Istati AKP sabiex tkun iddeterminata l-eliġibbiltà u s-sostenn finanzjarju addizzjonali ddefinit fl-Artikolu 9 ssir mill-Kummissjoni fil-munita lokali korretta skond ir-rata ta’ inflazzjoni. Il-Kummissjoni ser tikkonverti mbagħad l-ammont potenzjali tas-sostenn finanzjarju addizzjonali f’Euro, konformement mal-proċeduri tagħha. 3. Fil-qafas tal-pakkett finanzjarju allokat għall-finanzjament tal-programmi indikattivi nazzjonali, il-Kummissjoni kull sena ser tiddetermina pakkett għas-sostenn f’każ ta’ varjazzjonijiet ta’ żmien qasir tad-dħul mill-esportazzjoni li jkopri l-pajjiżi AKP kollha. F’każ fejn is-somma tas-sostenn finanzjarju kkalkulata abbażi tal-kriterji ddefiniti fl-Artikolu 9 taqbeż l-ammont ta’ dan il-pakkett, it-tqassim ta’ l-allokazzjonijiet nazzjonali jsir proporzjonalment ma’ l-ammont potenzjali tas-sostenn finanzjarju addizzjonali ta’ kull Stat AKP mfissra f’Euro.”. |
(5) |
l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Is-sistema ta’ allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali tipprevedi xi ħlasijiet antiċipati maħsuba sabiex inaqqsu l-problemi li jirriżultaw minn dewmien fil-kisba ta’ l-istatistiki kummerċjali kkonsolidati u sabiex jiżguraw li r-riżorsi in kwistjoni jkunu jistgħu jiġu inklużi aktar tard fil-baġit tat-tieni sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni. L-għotja ta’ ħlas antiċipat hija rriservata għall-Istati fejn is-sostenn finanzjarju taħt il-FLEX jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sostenn baġitarju ġenerali. Il-ħlasijiet antiċipati għandhom jingħataw abbażi ta’ statistiki proviżorji dwar l-esportazzjoni mfassla mill-gvern u ppreżentati lill-Kummissjoni. Il-ħlas antiċipat massimu huwa ta’ 100 % ta’ l-ammont tas-sostenn finanzjarju previst għas-sena ta’ applikazzjoni. L-ammonti mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu aġġustati skond l-istatistiki kkonsolidati definittivi dwar l-esportazzjoni. Dawn l-istatistiki għandhom ikunu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena ta’ wara s-sena ta’ applikazzjoni.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul f’Addis Abeba, 13 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE
Il-President
Mohamed Ahmed AWALEH