18.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 339/117


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2008

tas-7 ta' Novembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas-26 ta' Settembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18ub (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“18v.

32008 R 0453: Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tlett xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu l-lingwi awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2008, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.