20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar koperazzjoni f’oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2006 tal-10 ta’ Marzu 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim sabiex tiġi inkluża d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (STSI) fir-rigward l-protezzjoni tad-dejta personali (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi għalhekk emendat sabiex jippermetti li din il-koperazzjoni estiża sseħħ.

(4)

Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) ma ġiex inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Is-subinċiż li ġej għandu jiżdied fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 17(5)(b) (Deċiżjoni Nru 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32008 D 0049: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Tagħrif tas-Suq Intern (STSI) fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali (ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 64.

(2)  ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali indikati.