20.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 108/2008
tas-26 ta’ Settembru 2008
li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2008 ta’-4 ta’ Lulju 2008 (1). |
(2) |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (2) għandu jiġi mdaħħal fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:
“19xa. |
32008 R 0364: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (ĠU L 112, 24.4.2008, p.14). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness III ‘DEROGI’:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 364/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 280, 23.10.2008, p. 32.
(2) ĠU L 112, 24.4.2008, p. 14.
(*) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.