|
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 78/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet li qed jikkuntrattaw tinkludi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE tat-18 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE dwar mard li jittieħed elenkat f'dawk id-deċiżjonijiet (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż tal-Artikolu 16(1) (Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
“, kif emendat b'li ġej:
|
— |
32007 D 0875: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE tat-18 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 52.
(2) ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.