|
25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 77/2008
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 23/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim jiġi estiż sabiex jinkludi d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tadotta program ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2013) (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 16(1) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:
|
“— |
32007 D 1350: Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 161, 23.6.2005, p. 52.
(2) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.