21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 50/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim. |
(3) |
It-titlu “Master of Science fl-Arkitettura (MScArch)”, li skond il-Komunikazzjoni 2008/C 27/09 ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (3) jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE (4), għandu jiżdied skond l-adozzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE li tikkonċerna lil-Liechtenstein. |
(4) |
Awtorità ġdida “Landlæknir” (id-Direttur Mediku għas-Saħħa) hi kompetenti li toħroġ liċenzji lill-persunal tas-saħħa fl-Iżlanda. |
(5) |
L-Anness VII mal-Ftehim għandu jiġi simplifikat billi jitneħħew l-intestaturi u l-punti vojta u billi jiġu nnumerati mill-ġdid il-punti li baqa’, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness VII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
Għandhom jitneħħew l-intestaturi C (l-Attivitajiet mediċi u paramediċi), D (l-Arkitettura) u K (Oħrajn), inklużi s-sotto-intestaturi u l-punti relatati. |
(3) |
Għandhom jitneħħew il-punti 59 sa 65 u 67 sa 74, inklużi l-intestaturi. |
(4) |
Għandhom jitneħħew il-punti 1a sa 1c, 20 sa 26, 29 u 31 sa 57. |
(5) |
Għandhom jiġi nnumerati mill-ġdid bħala punti 1a, 3, 4, 5 u 6 il-punti 1d, 27, 28, 30 u 66. |
(6) |
L-intestatura E (il-Kummerċ u l-intermedjarji) għandha tkun innumerata mill-ġdida bħala l-intestatura C. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1430/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta‘ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 70
(2) ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3.
(3) ĠU C 27, 31.1.2008, p. 30.
(4) ĠU L 223, 21.8.1985, p. 15.
(*) Ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.