21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2008 ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2), korrett permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p.3, għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(3)

Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(4)

Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas-26 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

1.

L-inċiż illi ġej għandu jiżdied fil-punt 54zs (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE):

“—

32007 L 0061: Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas-26 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 27).”

2.

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 54zzzs (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE):

“54zzzt.

32006 R 1924: Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9), korrett permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3.

54zzzu.

32006 R 1925: Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, korretti permezz tal-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3 u 1925/2006, u d-Direttiva 2007/61/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 182, 10.7.2008, p. 7.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(4)  ĠU L 258, 4.10.2007, p. 27.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.