10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 30/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (6) tat-2 ta' Ġunju 2006, b'addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1265/2007 (KE) tas-26 ta' Ottubru 2007 li jistabilixxi rekwiżiti għall-ispazjar bejn il-kanali għall-komunikazzjoni vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew (7) għandu jiddaħħal fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 66wd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:
“66we. |
32007 R 1265: Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nr 1265/2007 (KE) tas-26 ta' Ottubru 2007 li jistabilixxi rekwiżiti għall-ispazjar bejn il-kanali għall-komunikazzjoni vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 25).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1265/2007 bil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 27.
(3) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(4) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(5) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(6) ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.
(7) ĠU L 283, 27.10.2007, p. 25.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.