12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 17/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 19w (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006) fl-Anness XXI għall-Ftehim:
“19x. |
32007 R 0716: Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Noreġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 38.
(2) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.
(*) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.