12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 6/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/19/KE tat-30 ta' Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u d-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE li tistabbilixxi l-lista tas-simulanti sabiex jintużaw għat-testijiet tal-migrazzjoni tal-kostitwenti tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jidħlu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Direttiva 2007/42/KE li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KE (4) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim, |
(5) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:
1. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 36 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE): “, kif emendat b'li ġej:
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zzb (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE):
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007):
|
4. |
It-test ta' punt 54h (id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/ŻEE) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2007/19/KE a 2007/42/CE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 15.
(2) ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17.
(3) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 71.
(4) ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27.
(*) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.