Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
Official Journal L 273 , 15/10/2008 P. 0009 - 0017
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn naħa waħda, u IR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-Partijiet") FILWAQT LI JINNUTAW li strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-leġislazzjoni Komunitarja, FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru wieħed għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-istrumenti ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportaturi ta’ l-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea, FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja għandhom jinġiebu f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja u biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi ta’ l-ajru, FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu strumenti ta’ ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi jew prattiċi miftiehma li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi ta’ l-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti, jistgħu jrendu mhux effettiva l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza tas-sikurezza huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika ta’ l-Indja skond id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Repubblika ta’ l-Indja għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, FILWAQT LI JINNUTAW li l-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru elenkati fl-Anness I huma msejsa fuq il-prinċipju ġenerali li t-trasportaturi ta’ l-ajru nnominati tal-partijiet għandu jkollhom opportunitajiet ġusti u ndaqs fl-operat tas-servizzi maqbula fuq ir-rotot speċifikati, FILWAQT LI JIINNUTAW li dan il-ftehim la għandu l-għan li jżid il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja, la li jaffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta’ l-ajru tar-Repubblika ta’ l-Indja, u lanqas li jinnegozja emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta’ l-ajru fir-rigward ta’ drittijiet tat-traffiku, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali 1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 2. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 3. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew għal-linji ta’ l-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru. 4. L-għoti ta’ drittijiet ta’ traffiku jkompli jsir permezz ta’ arranġamenti bilaterali. Artikolu 2 Nomina minn Stat Membru 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b), rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina ta’ trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika ta’ l-Indja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi tat-trasportaturi ta’ l-ajru, rispettivament. 2. Mal-wasla ta’ nomina minn Stat Membru, ir-Repubblika ta’ l-Indja għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kondizzjoni li: (i) it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jinnomina skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għandu Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea; (ii) ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fin-nomina; u (iii) it-trasportatur ta’ l-ajru jkun proprjetà u għandu jkompli jkun proprjetà diretta jew permezz ta’ proprjetà maġġoritarja ta’ l-Istati Membri u/jew taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew ta’ Stati oħrajn elenkati fl-Anness III u/jew taċ-ċittadini ta’ Stati oħra simili, u għandu jkun il-ħin kollu taħt il-kontroll effettiv ta’ tali Stati u/jew ta’ tali ċittadini. 3. Ir-Repubblika ta’ l-Indja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur ta’ l-ajru nnominat minn Stat Membru fejn: (i) it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jinnomina skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandux Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea; (ii) ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; (iii) it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta’ proprjetà maġġoritarja, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; (iv) it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika ta’ l-Indja u xi Stat Membru ieħor u billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew (v) it-trasportatur ta’ l-ajru nnominat għandu Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru li miegħu r-Repubblika ta’ l-Indja m’għandhiex ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku lir-Repubblika ta’ l-Indja. Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika ta’ l-Indja m’għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità Ewropea abbażi tan-nazzjonalità. Artikolu 3 Sikurezza 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli korrispondenti elenkati fl-Anness II (c). 2. Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika ta’ l-Indja skond id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Repubblika ta’ l-Indja għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ l-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur ta’ l-ajru. Artikolu 4 Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni 1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-istrumenti ta’ ftehim elenkati fl-Anness I m’għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi miftiehma li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ mill-ġdid l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. 2. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-istrumenti ta’ ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jiġu applikati. Artikolu 5 Annessi għall-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu. Artikolu 6 Eżami, reviżjoni jew emendar Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jeżaminaw, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku. Artikolu 7 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew. 3. L-istrumenti ta’ ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ l-Indja li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li jkun għadhom mhux qed jiġu applikati proviżorjament huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim għandu japplika għat-tali strumenti ta’ Ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew ma’ l-applikazzjoni proviżorja tagħhom. Artikolu 8 Terminazzjoni 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-istrumenti ta’ ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin. B’XHIEDA ta’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul f’Marsilja f’żewġ kopji, fit- tmienja u għoxrin jum ta’ Settembru elfejn u tmienja bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, u bil-Ħindi. За Европейската общност Por la Comunidad Europea Za Evropské společenství For Det Europæiske Fællesskab Für die Europäische Gemeinschaft Euroopa Ühenduse nimel Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα For the European Community Pour la Communauté européenne Per la Comunità europea Eiropas Kopienas vārdā Europos bendrijos vardu Az Európai Közösség részéről Għall-Komunità Ewropea Voor de Europese Gemeenschap W imieniu Wspólnoty Europejskiej Pela Comunidade Europeia Pentru Comunitatea Europeană Za Európske spoločenstvo Za Evropsko skupnost Euroopan yhteisön puolesta För Europeiska gemenskapen +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ За правителството на Република Индия Por el Gobierno de la República de la India Za vládu Indické republiky For regeringen for Republikken Indien Für die Regierung der Republik Indien India Vabariigi valitsuse nimel Για την κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Ινδίας For the Government of the Republic of India Pour le gouvernement de la République de l'Inde Per il governo della Repubblica dell'India Indijas Republikas valdības vārdā Indijos Respublikos Vyriausybės vardu Az Indiai Köztársaság kormánya részéről Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja Voor de Regering van de Republiek India W imieniu Rządu Republiki Indii Pelo Governo da Repúblika da Índia Pentru Guvernul Republicii India Za vládu Indickej republiky Za Vlado Republike Indije Intian tasavallan hallituksen puolesta För Republiken Indiens regering +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS I Lista ta’ strummenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim (a) Strumenti ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Gvern ta’ l-Indja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea kif setgħu ġew emendati, modifikati jew supplimentati, li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati proviżorjament - Ftehim bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-servizzi ta’ l-ajru ffirmat fi New Delhi fis- 26 ta’ Ottubru 1989; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fis- 6 ta’ April 1967; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar is-servizzi ta’ l-ajru magħmul fi New Delhi fis- 16 ta’ Ġunju 1992; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-servizzi ta’ l-ajru magħmul f’Nikosija fit- 18 ta’ Diċembru 2000; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja ffirmat f’Delhi fis- 16 ta’ Ottubru 1997; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fid- 19 ta’ Diċembru 1995; - Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern ta’ l-Indja ffirmat fi New Delhi fit- 18 ta’ Lulju 1995; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fis- 16 ta’ Lulju 1947; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fil- 31 ta’ Mejju 1963; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ l-Ungerija u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fit- 23 ta’ Frar 1966; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern ta’ l-Indja ffirmat fi New Delhi fl- 20 ta’ Frar 1991; - Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Italja u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat f’Ruma fis- 16 ta’ Lulju 1959; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fl- 20 ta’ Ottubru 1997; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fl- 20 ta’ Frar 2001; - Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar is-servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fit- 8 ta’ Jannar 2001; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat f’Malta fil- 5 ta’ Ottubru 1998; - Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Olanda u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fl- 24 ta’ Mejju 1951; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fil- 25 ta’ Jannar 1977; - Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Portugall u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja ffirmat fi New Delhi fis- 6 ta’ Frar 1997; - Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern ta’ l-Indja magħmul fi New Delhi fl- 4 ta’ Diċembru 1993; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bi Skeda ffirmat fi Bratislava fid- 9 ta’ Ottubru 1996; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bi Skeda ffirmat fi New Delhi fis- 16 ta’ Frar 2004; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern ta’ Spanja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja ffirmat fi New Delhi fl- 10 ta’ April 1987; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Isvezja u l-Gvern ta’ l-Indja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru ffirmat fi New Delhi fid- 19 ta’ Diċembru 1995; - Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq iffirmat fi New Delhi fit- 8 ta’ Settembru 2005; (b) Strumenti ta’ ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern ta’ l-Indja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea kif setgħu ġew emendati, modifikati jew supplimentati, li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati proviżorjament - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja inizjalat f’Ateni fit- 23 ta’ Ottubru 1997. -------------------------------------------------- ANNESS II Lista ta’ Artikoli fl-istrumenti ta’ ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan il-Ftehim (a) Nomina minn Stat Membru: - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Awstrija; - Artikolu 3, paragrafi 1 sa 5, tal-Ftehim Indja - Belġju; - Artikolu III tal-Ftehim Indja – Bulgarija; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Ċipru; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Repubblika Ċeka; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Danimarka; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Finlandja; - Artikolu 2, tal-Ftehim Indja - Franza; - Artikolu III, tal-Ftehim Indja - Ġermanja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Greċja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Ungerija; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Irlanda; - Artikolu IV, tal-Ftehim Indja - Italja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Latvja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Litwanja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Lussemburgu; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Malta; - Artikolu 2, tal-Ftehim Indja - Olanda; - Artikolu IV, tal-Ftehim Indja - Polonja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Portugall; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Rumanija; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Slovakkja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Slovenja; - Artikolu II, tal-Ftehim Indja - Spanja; - Artikolu 3, tal-Ftehim Indja - Żvezja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja – Renju Unit; (b) Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi: - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Awstrija; - Artikolu 3, paragrafu 6, tal-Ftehim Indja - Belġju; - Artikolu IV tal-Ftehim Indja – Bulgarija; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Ċipru; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Repubblika Ċeka; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Danimarka; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Finlandja; - Artikolu 9, tal-Ftehim Indja - Franza; - Artikolu IV, tal-Ftehim Indja - Ġermanja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Greċja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Ungerija; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Irlanda; - Artikolu IV, paragrafi 4 sa 6 tal-Ftehim Indja - Italja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Latvja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Litwanja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Lussemburgu; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Malta; - Artikolu 8, tal-Ftehim Indja - Olanda; - Artikolu V, tal-Ftehim Indja - Polonja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Portugall; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Rumanija; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Slovakkja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Slovenja; - Artikolu IV, tal-Ftehim Indja - Spanja; - Artikolu 4, tal-Ftehim Indja - Żvezja; - Artikolu 5, tal-Ftehim Indja – Renju Unit; (ċ) Sikurezza: - L-Artikolu dwar is-sikurezza maqbul bejn l-Indja u d-Danimarka fit- 30 ta’ Novembru 2006 - L-Artikolu dwar is-sikurezza maqbul bejn l-Indja u l-Finlandja fit- 18 ta’ Mejju 2006 - Appendiċi "C", tal-Ftehim Indja - Greċja - Artikolu XI, tal-Ftehim Indja - Spanja - L-Artikolu dwar is-sikurezza maqbul bejn l-Indja u l-Iżvezja fit- 30 ta’ Novembru 2006 - Artikolu 7, tal-Ftehim Indja – Renju Unit -------------------------------------------------- ANNESS III Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim (a) Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (b) Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (ċ) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru). --------------------------------------------------