|
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 166/26 |
(Traduzzjoni)
Tweġiba mill-Unjoni Ewropea lid-dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti — SWIFT/programm għat-traċċar tal- finanzjament tat-terroriżmu
(2007/C 166/10)
L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tat-28 ta' Ġunju li fiha rappreżentazzjonijiet dwar l-ipproċessar u l-ħarsien ta' data personali ċitata minn SWIFT fl-Istati Uniti taħt il-“Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu”.
Nilqgħu dawn ir-rappreżentazzjonijiet unilaterali u l-opportunità li d-Dipartiment tagħkom ta lill-Unjoni Ewropea li jkollha l-fehmiet u t-tħassib tagħha debitament riflessi fir-rappreżentazzjonijiet.
Ladarba Swift u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħmlu użu tas-servizzi tiegħu jkunu temmew l-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-liġi KE, b'mod partikolari permezz tal-provvediment ta' informazzjoni li data personali ser tkun trasferita għal finijiet kummerċjali lill-Istati Uniti u, fir-rigward ta' SWIFT, ir-rispett tal-prinċipji ta' “Port Sigur”, soġġett għal aċċess legali mid-Dipartiment tat-Teżor ta' l-Istati Uniti, Swift u l-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija ser ikunu konformi mar-responsabbiltajiet legali rispettivi taħt il-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.
Ir-rappreżentazzjonijiet jipprovdu għal sorveljanza minn Ewropew eminenti li għandu jinħatar f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor. Issa ser nibdew il-proċess ta' identifikazzjoni ta' kandidati xierqa sabiex din il-ħidma tista' tibda fl-ewwel semestru ta' l-2008. Il-Kummissjoni ser tagħmel kuntatt mal-persunal tagħkom biex jaqbel mad-dettalji prattiċi dwar din il-ħidma ta' sorveljanza.
Nirringrazzjakom għal- kooperazzjoni tagħkom f'din il-kwistjoni, li turi s-saħħa ta' l-impenn kondiviż għal libertajiet ċivili, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-funzjonament bla xkiel tas-sistema finanzjarja internazzjonali,
Dejjem tiegħek,
Għall-Kummissjoni
FRATTINI
(Viċi-President)
Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
PEER STEINBRÜCK
(Ministru Federali tal-Finanzi)