8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 169/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE ta' l-20 ta' Lulju 2006 dwar kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 21abb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

“21abc.

32006 D 0534: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE ta' l-20 ta' Lulju 2006 dwar kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007 (ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/534/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.

(*)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.