|
8.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 124/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 158/2007
tas-7 ta’ Diċembru 2007
li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u Anness VIII (Drittijiet ta' stabbiliment) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness V tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1). |
|
(2) |
L-Anness VIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċcirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (3) għandhu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2004/38/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, id-Direttivi tal-Kunsill 64/221/KE (4), 68/360/KEE (5), 72/194/KEE (6), 73/148/KEE (7), 75/34/KEE (8), 75/35/KEE (9), 90/364/KEE (10), 90/365/KEEC (11) u 93/96/KEEC (12), li huma inkorporati fil-Ftehim u li huma konsegwentement irrevokati taħt il-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2004/38/KE tħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 (13), li huwa inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 635/2006 iħassar, b'effett mit-30 ta' April 2006, ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70 (14), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim. |
|
(8) |
Il-kunċett ta' “Ċittadinanza ta' l-Unjoni” m'huwiex inkluż fil-Ftehim. |
|
(9) |
Il-politika ta' l-immigrazzjoni m'huwiex parti mill-Ftehim. |
|
(10) |
Dan il-Ftehim ma japplikax għal ċittadini ta' pajjiżi terzi. Il-membri tal-familja, fis-sens ta' tifsira tad-Direttiva, li jkollhom ċittadinanza ta' pajjiż terz, għandhom madankollu jgawdu minn ċerti drittijiet derivati bħal dawk previsti fl-Artikolu 12(2), 13(2) u 18 meta jidħlu jew joħorġu mill-pajjiż ospitanti. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/1999 (15) tas-17 ta' Diċembru 1999 introduċiet adattamenti settorjali ġodda għall-Anness V u l-Anness VIII dwar il-Liechtenstein, li ġew emendati skond il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea (16), iffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' Ottubru 2003. |
|
(12) |
L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fil-Ftehim għandha tkun bla ħsara għal dawn l-adattamenti settorjali fir-rigward tal-Liechtehstein, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness VIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/148/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: “ 32004 L 0038: Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċcirkolaw u jirrisjedu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru. 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:
|
|
2. |
It-test tal-punti 4 (Direttiva tal-Kunsill 75/34/KEE), 5 (Direttiva tal-Kunsill 75/35/KEE), 6 (Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE), 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/365/KEE) u 8 (Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE) għandu jkun imħassar. |
Artikolu 2
L-Anness V tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/221/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: “L-att imsemmi fil-punt 3 ta' l-Anness VIII ta' dan il-Ftehim (id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattat għall-iskop tal-Ftehim għandu japplika, kif xieraq, għall-oqsma koperti minn dan l-Anness.” |
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68):
|
|
3. |
It-test tal-punt 4 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: “ 32006 R 0635: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2006 tal-25 ta’ April 2006 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1251/70 dwar id-dritt tal-ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li kienu impjegati f'dak l-Istat (ĠU L 112, 26.4.2006, p. 9).” |
|
4. |
It-test ta' punti 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE) u 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/194/KEE) għandu jiġi mħassar. |
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva 2004/38/KE u Regolament (KE) Nru 635/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea
Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 198, 25.7.2005, p. 45.
(2) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(3) ĠU L 112, 26.4.2006, p. 9.
(4) ĠU 56, 4.4.1964, p. 850/64.
(5) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 13.
(6) ĠU L 121, 26.5.1972, p. 32.
(7) ĠU L 172, 28.6.1973, p. 14.
(8) ĠU L 14, 20.1.1975, p. 10.
(9) ĠU L 14, 20.1.1975, p. 14.
(10) ĠU L 180, 13.7.1990, p. 26.
(11) ĠU L 180, 13.7.1990, p. 28.
(12) ĠU L 317, 18.12.1993, p. 59.
(13) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.
(14) ĠU L 142, 30.6.1970, p. 24.
(15) ĠU L 74, 15.3.2001, p. 29.
(16) ĠU L 130, 29.4.2004, p. 11.
(*1) ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deċiżjoni Nru 158/2007 li tinkorpora d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
Il-kunċett ta' Ċittadinanza ta' l-Unjoni kif introdott mit-Trattat ta' Maastricht (issa fl-Artikoli 17 seq. tat-Trattat tal-KE) m'għandhux ekwivalenti fil-Ftehim taż-ŻEE. L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE fil-Ftehim taż-ZEE għandu jkun bla ħsara għall-evalwazzjoni tar-relevanza taż-ŻEE għal leġiżlazzjoni futura ta' l-UE kif ukoll il-każistika futura tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bbażata fuq il-kunċett ta' Ċittadinanza ta' l-Unjoni. Il-Ftehim taż-ŻEE ma jipprovdix bażi legali għad-drittijiet politiċi ta' ċittadini taż-ŻEE.
Il-Partijiet kontraenti jaqblu li l-politika ta' immigrazzjoni m'hijiex koperta mill-Ftehim taż-ZEE. Id-drittijiet ta' residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jaqgħu barra l-ambitu tal-Ftehim bl-eċċezzjoni tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta' ċittadin taż-ŻEE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu skond il-Ftehim taż-ŻEE minħabba li dawn id-drittijiet ikunu riżultat tad-dritt għal moviment liberu taċ-ċittadini taż-ŻEE. L-Istati EFTA jagħrfu li huwa ta' importanza għaċ-ċittadini ŻEE li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal moviment liberu tal-persuni, li l-membri tal-familja tagħhom fis-sens tat-tifsira tad-Direttiva u li għandhom ċittadinanza ta' pajjiżi terzi jgawdu wkoll ċerti drittijiet derivati bħal dawk previsti fl-Artikoli 12(2), 13(2) u 18. Dawn huwa bla ħsara għall-Artikolu 118 tal-Ftehim taż-ZEE u l-iżvilupp futur ta' drittijiet indipendenti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.