8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/395/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 rigward id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-użu ta’ paraffini klorinati short-chain notifikati mir-Renju ta’ l-Olanda skond l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12x (id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“12y.

32007 D 0395: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/395/KE tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferu għall-użu ta’ paraffini klorinati short-chain notifikati mir-Renju ta’ l-Olanda skond l-Artikolu 95(4) tat-Trattat KE (ĠU L 148, 9.6.2007, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/395/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE ta' miegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 68.

(2)  ĠU L 148, 9.6.2007, p. 17.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati